Illum previous editions

ILLUM 25 October 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1302886

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 27

10 analiżi IL-ĦADD 25 TA' OTTUBRU 2020 • illum L-aqwa ħamsa tal-Baġit ... imma x'qed Il-gazzetta ILLUM ħadet dawk li fl-opinjoni tagħha huma l-aqwa ħames miżuri tal-Baġit 2021 u staqsiet lil Andrew Agius Muscat, Philip Fenech, Oliver Scicluna, Tony Zarb u Sandro Chetcuti x'jaħsbu dwarhom... ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Din il-ġimgħa tħabbar id-disa' baġit ta' Gvern Laburista u kif l-ILLUM tagħmel kull sena l-Ħadd ta' wara, se tevalwa it mill-miżuri li ttieħdu u li qed insejħulhom 'L-aqwa ħamsa' - mill-ottika u l-fehma editorjali tal-gazzetta ILLUM. Għal kull waħda se nerġgħu lura għad- diskors tal-Baġit u naraw x'qal eżatt il- Ministru Scicluna dwar din il-miżura. Wara nistaqsu lil xi ħadd f 'settur li tolqtu dik il-miżura biex janalizzaha fil-qasir u jagħti wkoll reazzjoni qasira għaliha. Għalhekk dwar il-miżura tal-vouchers jwieġeb Philip Fenech, dwar il-Wage Supplement iwieġeb Andrew Agius Muscat, dwar il-miżuri relatati mad- diżabilità jwieġeb Oliver Scicluna, dwar il-pensjonijiet iwieġeb Tony Zarb u dwar il-proprjetà Sandro Chetcuti. 1 - Wage Supplement X'qal il-Ministru? "Sal-lum permezz tal-COVID Wage Supplement issalvagwardjajna mal-100,000 impjieg u tajna għajnuna lil aktar minn 20,000 kumpanija. Il-Gvern qed janalizza kontinwament l-andament ekonomiku u jadatta l-miżura skont il-bżonnijiet. Għalhekk wara li tkellimna ma' diversi msieħba soċjali se nkunu qed nestendu din l-għajnuna sal-aħħar ta' Marzu 2021 ... nistgħu naraw li nimmodifikaw din il- miżura sabiex naraw li l-akbar għajnuna tkun indirizzata lil min l-aktar għandu bżonn." X'jaħseb Andrew Agius Muscat? Mal-ILLUM Andrew Agius Muscat, Kap Eżekuttiv tal-MHRA, fakkar illi l-estensjoni ta' din il-miżura kienet proposta tal-assoċjazzjoni u saret għax ladarba l-pandemija għadha magħna u ġejja x-xitwa - li jfakkar illi huwa żmien normalment ħażin għat-turiżmu - "wieħed bilfors irid jaħseb għal dak li huwa bażiku." "U l-bażiku huwa li l-impjegaturi jsalvaw l-impjiegi u jżommu l-ħaddiema għal bosta raġunijiet," sostna Agius Muscat. Huwa fakkar li ħadd ma jieħu gost jitlef nies li jkollhom l-esperjenza u li jkunu mrawwmin fix-xogħol. "Is-settur turistiku niżel għal żero u ma jidhirx li l-affarijiet se jitranġaw malajr. Allura din il-miżura hija tajba għax tgħin lis-sidien jippruvaw iżommu dawk il- ħaddiema." Huwa hawn li Agius Muscat jgħid lill- gazzetta ILLUM li sakemm impjegat jitlaq minn lukanda u jmur jaħdem f 'oħra kollox sew, "imma jekk il-ħaddiema se jibdew imorru f 'setturi oħrajn se nidħlu fir-riskju ta' brain drain. Aħna nemmnu li s-settur turistiku se jirpilja u meta jirpilja se jkollna bżonn lin-nies." Huwa temm jgħid li għalhekk il-Wage Supplement mhijiex is-soluzzjoni għall- problemi li ħolqot il-pandemija, imma sejħilha "kontribut kbir sabiex inkunu nistgħu nżommu fil-wiċċ. Naħseb li l-miżura tal-Wage Supplement hija kisba għal pajjiżna." 2 - Vouchers X'qal il-Ministru? "Ser nerġgħu nniedu skema oħra għas- sena d-dieħla b'din id-darba il-€100 vouchers se jkunu qed jinqasmu f '€60 li jistgħu jissarrfu f 'akkomodazzjoni, lukandi u ristoranti filwaqt li €40 vouchers jistgħu jissarrfu fil-ħwienet u servizzi. Il-vouchers ser jitqassmu lil kull min ikun għalaq 16-il sena." X'jaħseb Philip Fenech? Mal-ILLUM Philip Fenech, li jmexxi is-sezzjoni tat-Turiżmu u Divertiment tal-Kamra tal-SMEs, qal illi din il-miżura ċertament illi hija waħda tajba ħafna li għenet "għax imliet dak in-nuqqas, kemm fil-konsum u anke fil-kunfidenza li kien hemm." Huwa qal illi l-miżura fissret li ħafna nefqu mhux biss dak li kellhom fuq il-voucher imma naturalment, aktar minn hekk. Huwa qal illi apparti l-effetti ekonomiċi kien hemm ukoll l-effett soċjali, għax qal li permezz ta' din il-miżura n-nies ħarġu u raw kif inhi l-ħajja f 'din ir-realtà l-ġdida. Dwar il-fatt li ristoranti u lukandi se jieħdu inqas - jiġifieri €60 minflok €80 - Fenech sostna illi dan kien parti mid- diskussjonijiet li saru fejn ittieħed kont tal-fatt li ħwienet oħrajn fil-bejgħ bl- imnut ukoll intlaqtu b'mod ħażin. Dawn jinkludu ħwienet tal-ħwejjeġ, taż-żraben u aktar li wkoll, ifakkar Fenech, jiddependu direttament jew indirettament mit-turiżmu. Ifakkar li f 'ċerti lokalitajiet normalment ikollok infiq qawwi mit-turist.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 October 2020