Illum previous editions

ILLUM 1 November 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1305622

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 27

14 letteratura IL-ĦADD 1 TA' NOVEMBRU 2020 • illum Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Il-Versi Sataniċi u Charlie Hebdo Mistoqsijiet possibbli lil Salman Rushdie Matul dawn l-aħħar xhur fil- komunità letterarja tagħna bosta tħassbu li kaġun tal- pandemija COVID-19 mhux ser ikollna ebda Festival Nazzjonali tal-Ktieb. Minn banda bir-raġun. Ġaladarba maż-żmien bdew jitħassru wieħed wara l-ieħor bosta avvenimenti ewlenin mill- kalendarju kulturali, għandu mnejn ma kellniex għalfejn nassumu li ma kinitx ser tmiss l-istess xorti lil dan il-festival annwali. Iżda bis-saħħa tal-ħidma tal- Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb dan mhux talli mhux ser jiġri talli bħas-snin li għaddew il- Festival reġa' seħħlu jiġbed lejh personalitajiet distinti mix- xena letterarja internazzjonali, fosthom il-kittieb Brittaniku Indjan Salman Rushdie li ser jidħol f 'konverżazzjoni mal-ex- Prim Ministru Dr. Alfred Sant. Minħabba l-istatura ta' Rushdie bħala kittieb, sa mill- bidu nett deherli li n-natura virtwali tal-edizzjoni ta' din is-sena ftit li xejn għandha tnaqqas mill-importanza ta' dan l-avveniment. Għandi nifhem illi dan issa sar jgħodd iżjed u iżjed meta nqisu l-ġrajjiet xejn sbieħ illi segwejna f 'dawn l-aħħar jiem fix-xena internazzjonali, b'mod partikulari l-omiċidji makabri t'erba' persuni mwettqa minn żewġ fanatiċi Islamiċi f 'żewġ episodji separati fi Franza, ilkoll aktarx b'konnessjoni mġedda mal-kwistjoni Charlie Hebdo. Festival u mhux, min isegwi x-xena letterarja dinjija kważi lanqas jista' ma jiftakarx, imqar għal waqt wieħed, fil-konfronti drammatiċi li kellu Rushdie ma' ċerti fazzjonijiet tad-dinja Islamika, l-iżjed tard fis-snin tmenin wara l-pubblikazzjoni tar-rumanz realista maġiku Il-Versi Sataniċi (The Satanic Verses, 1988). Dik il-ħabta kelli biss tmien snin u minn dan kollu niftakar ftit li xejn: inħarqu eluf ta' kopji tar-rumanz, qamu rvellijiet kbar f 'bosta toroq li swew il-ħajja ta' ħafna nies, inkisru bosta relazzjonijiet diplomatiċi, bosta pajjiżi ordnaw projbizzjoni fuq l-importazzjoni tal-ktieb, id-dar tal-pubblikazzjoni tar- rumanz Penguin India sfat mhedda bl-ikrah filwaqt illi ġew ibbumbardjati bosta ħwienet tal-kotba, saħansitra ħarġet fatwa kontra Rushdie nnifsu mill-Mexxej Suprem tal-Iran Ruhollah Khomeini. Il-kittieb spiċċa wkoll bersall ewlieni tal-organizzazzjoni militanti Salafista al-Qaeda. Minkejja li daqs sitt snin wara sar tentattiv din il- fatwa titneħħa mill-President mriformist Muhammad Khatami, għadha mhix ċara sabarra jekk din għadhiex tabilħaqq fis-seħħ. Li nafu fi- żgur huwa li għad hemm għadd ta' organizzazzjonijiet Islamiċi li għadhom iġedduha, l-iżjed fl- Iran. Rushdie u martu kellhom bilfors jgħixu tul ħafna żmien taħt sigurtà stretta immens. Nafu wkoll illi Rushdie baqa' jirċievi tfakkira dwar dan kollu kull sena f 'Jum San Valentinu b'messaġġ ċar u tond: l-Iran għadu ma nesiex. Intant inqatel it-traduttur Ġappuniż Hitoshi Igarashi mentri żewġ tradutturi oħra ndarbu iżda ħelsuha ħafif. Ġraw mal-mitt ħaġa oħra. Mhux ta' b'xejn illi l-kittieb Hanif Kureishi fil-ġurnal The Guardian ddeskriva l-kontroversja Rushdie bħala "wieħed mill-iżjed avvenimenti sinifikanti fl-istorja letterarja ta' wara l-gwerra; fakkritna li l-kliem jistgħu jkunu dinamite u li fi nħawi oħra fid-dinja, b'mod partikulari fid-dinja Musulmana, il-kittieba li jitħaddtu b'mod liberu jistgħu jisfgħu f 'periklu kbir". Bl-attenzjoni tagħna lkoll mixħuta fuq il-pandemija, id-dinja kienet bħal għoddha nsiet l-attakki vjolenti mwettqa fuq il-kittieba u l-istampa b'mod ġenerali mill-estremisti Islamiċi. Żgur li l-aħħar ħsieb ta' bosta minna, inklużi dawk li jsegwu d-dinja letterarja, kien Salman Rushdie

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 November 2020