Illum previous editions

ILLUM 1 November 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1305622

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 27

03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 1 TA' NOVEMBRU 2020 Bdil tal-kunjonimijiet, tfal adottati u droga: Fost it-temi fil-proposti tal-Ġnus Magħquda diskussi mill-Gvern ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Wara 30 sena, il-Gvern Malti se jkun qed ipoġġi fil-liġi Maltija l-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda dwar id-Drittijiet tat- Tfal li minkejja li kienet ratifikata fl-1990 qatt ma tpoġġiet fil-liġi lokali. Fil-fatt kien fl-aħħar laqgħa tal-Kabinett tal-Ministri li l-Kabinett awtorizza skrutinju ta' x'fadal jiddaħħal fil-liġi Maltija permezz ta' ħarsa lejn il-proposti tal-Ġnus Magħquda. Ħarsa lejn ir-rakkomandazzjoni- jiet li ressqu l-Ġnus Magħquda u li twasslu quddiem il-Kabi- nett għall-implimen- tazzjoni mill-Minis- tri Michael Falzon u Edward Zam- mit Lewis u li kienu fformulati mill-Kummissarju għat-Tfal Pauline Miceli, jagħtu ħarsa lejn diversi proposti li jħarsu lejn lakuni u drit- tijiet tat-tfal li għadhom mhux ċari jew inkella li lanqas huma eżistenti fil-liġi domestika. X'qed ikun propost li jidħol fil-liġi lokali? Fost dawn se tkun eżaminata mill-Gvern il-possibilità li iben jew bint li twieldet barra ż-żwieġ tneħħi l-kunjom tal-missier bijoloġiku b'għażla tagħha jekk ikun ippruvat li l-missier ma kienx u lanqas huwa preżenti fil-ħajja tat-tifel jew tifla u ħoloq problemi mentali jew oltrè lit-tfal. Il-Ġnus Magħquda qed jipproponu wkoll li titneħħa kull referenza tal-fatt li tfal ikunu twieldu barra ż-żwieġ fiċ-ċertifikat tat-twelid, biex b'hekk titneħħa l-istigma fuq tali tfal, filwaqt li l-istess rapport, li rat din il-gazzetta, qed jipproponi li t-tfal ikollhom dritt bil-liġi li jsiru jafu lill-ġenituri naturali tagħhom - jekk ikunu adottati u jekk ikunu jixtiequ huma. Il-Gvern se jkun qed jikkunsidra wkoll li titneħħa l-preżunzjoni legali li t-tfal huma awtomatikament tas- sieħeb legali tal-mara - hekk kif dan mhux neċessarjament dejjem ikun il-każ. L-espressjoni 'father unknown' qed ikun propost lill-Gvern li tinbidel fl-espressjoni 'father not named' filwaqt li missier taħt l-età mhux se jkollu l-jedd li jirrikonoxxi lill-ibnu legalment. Intant il-Gvern għandu quddiemu wkoll proposti biex jitjieb it-taħriġ lill-avukati biex jaħdmu mat-tfal u għalhekk ikun assigurat li tinstema' l-vuċi tat-tfal, fi proċeduri ta' kustodja u drittijiet ta' viżitazzjoni. Għalhekk qed issir ukoll il-proposta biex jiżdiedu l-avukati tat-tfal. Il-Ġnus Magħquda qed tinnota li fil-liġi Maltija għad ma hemmx awtorità li b'mod ċar twettaq moniteraġġ fuq stabbilimenti ta' divertiment u ta' logħob filwaqt illi nnutat ukoll illi fil-liġi domestika ma hemmx protezzjoni għal dawk it-tfal li jintużaw għall-produzzjoni u l-bejgħ ta' drogi. Dawn il-punti u diversi oħrajn mistennija jitilgħu Kabinett fejn il-Ministri jiddeċiedu fuq it-triq 'il quddiem biex il-Konvenzjoni ssir liġi. Gvern proattiv li jiddeċiedi fejn hemm bżonn Mal-ILLUM il-Ministru għal-Ġustizzja, Ugwaljanza u Governanza Edward Zammit Lewis sostna li d-drittijiet tat-tfal huma prijorità assoluta għal din l-amministrazzjoni. "Tant hu hekk, li din hija anke wiegħda fil-Manifest Elettorali tas-sena 2017. Il-Gvern huwa determinat li jżomm il-wegħda tiegħu mal-Ġnus Magħquda meta hu ffirma u rratifika il-Konvenzjoni tad-Drittijiet tat-Tfal 30 sena ilu. F'dawn it-30 sena m'hemmx dubju li saru avvanzi fejn jidħlu id-drittijiet tat-tfal. Madanakollu, għad baqa' ħafna xi jsir, sabiex partijiet minn din il-konvenzjoni jidħlu fis-seħħ." Zammit Lewis qal li dan il- proċess qed isir fl-ewwel lok biex "tissawwar mentalità u kultura iktar sensittiva għad-drittijiet tat-tfal. Irrid ukoll nara drittijiet tat-tfal aktar inforzabbli f 'medda ħafna usa' ta' każijiet milli jeżisti attwalment. Irrid ngħid li dan kollu huwa parti mill-proċess ta' tisħiħ fis-saltna tad-dritt. Dan juri Gvern li huwa proattiv u jiddeċiedi fejn hemm bżonn, hekk kif wettaq f 'dawn l-aħħar 10 xhur b'riformi Kostituzzjonali u Istituzzjonali bla preċedent." F'kumment ma' din il-gazzetta intant l-Ministru għall- Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali, Michael Falzon fakkar fil- proċess li permezz tiegħu qed jiġi deċiż x'se jidħol fil-liġi Maltija u x'mhux u għall-mistoqsija tal-ILLUM fakkar li hu ilu b'dan il- portafoll tliet snin illi matulhom iddaħlet l-Alternative Care Act f 'Lulju li għadda. "Dan kien il-pass li jmiss biex nimxu 'l quddiem," jgħid Falzon li jfakkar illi l-Att dwar il-Kura Alternattiva kienet tirrifletti wkoll punti li għamlu l-Ġnus Magħquda u li kienet ilha fuq l-ixkaffa wkoll. Edward Zammit Lewis Michael Falzon

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 November 2020