Illum previous editions

ILLUM 1 November 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1305622

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 27

10 analiżi IL-ĦADD 1 TA' NOVEMBRU 2020 • illum ID-DISKORS TA' ABELA KOMUNIKATTIVA TAJBA U KUNFIDENTI, IMMA ... L-għada tad-diskors ta' Grech, tkellem il-Prim Ministru Robert Abela. Kellu, dak li deher bħala l-aqwa diskors tiegħu sa issa, b'komunikattiva b'saħħitha u li sar b'kunfidenza u botti inċiżivi. Imma xi kultant mar oltrè ... ALBERT GAUCI CUNNINGHAM L-għada li tkellem Bernard Grech għamel id-diskors tiegħu l-Prim Ministru Robert Abela f 'reazzjoni. Kollox ma' kollox dak tal-Prim Ministru kien diskors b'saħħtu ħafna, b'botti tajbin pero' li xi minn daqqiet intużaw wisq, magħmul biex jipproġetta immaġini ta' Gvern u Grupp Parlamentari magħqud u bbażat fuq baġit li kien hemm qbil pożittiv kważi anonimu dwaru. Il-Baġit li ressaq għamel l-affarijiet faċli għal Robert Abela Il-Baġit li ressaq Abela stess ta impetu qawwi lid-diskors tiegħu. Ma kellux iqum jgħid 'we have to bite the bullet' jew 'il-bolla balla' u lanqas kellu jgħid 'nissikkaw iċ-ċinturin' jew inkella 'għalissa nbatu u għada naqtgħu l-frott' kif forsi, forsi xi darba se jkollu jgħid. Abela kellu jirreaġixxi dwar baġit ippreżentat minnu stess li fih elenku sħiħ ta' miżuri li wieħed ma jistax isib nuqqasijiet fihom: Il-vouchers, il-wage supplement, iktar eżenzjoni ta' taxxa mill-ewwel proprjetà li tixrtri persuna, ċekkijet tat- taxxa, tnaqqis fit-taxxa għal bejgħ u xiri ta' proprjetà, żieda fil-pensjonijiet - għas-seba' darba - u ħafna aktar. Dawn huma kollha miżuri li qed jolqtu settur tas-soċjetà jew inkella saħansitra firxa wiesa' tal-popolazzjoni - primarjament il-Wage Supplement. Il-fatt li l-Assoċjazzjoni tal- Lukandi u Ristoranti, il-Kamra tal-SMEs (GRTU), Il-Kamra tal-Kummerċ, l-Assoċjazzjoni Għawdxija tat-Turiżmu, l-Assoċjazzjoni ta' Min Iħaddem (MEA), L-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi, il-General Workers' Union u l-Forum Unions Maltin kollha ħarġu b'reazzjonijiet favorevoli għall-Baġit, għen mhux ftit biex tissaħħaħ l-immaġini u l-perċezzjoni ta' Gvern li jaf x'inhu jagħmel. Minkejja punti ta' kritika minn dawn l-organizazzjonijiet jew oħrajn, il-fatt li dan l-eżerċizzju finanzjarju, pero' wkoll ta' strateġija politika u ta' relazzjonijiet pubbliċi jingħata ċertifikat pożittiv fih ċerta toqol. U allura Abela seta' jippompja narrattiva pożittiva, hemm min jgħid li xi kultant iżżejjed, f 'dawn il-miżuri, l-effett tagħhom fuq il-but u l-għan tagħhom b'kumdità u b'suċċess. Fil-fatt il-kritika tal- Oppożizzjoni ftit jekk xejn kienet dwar il-miżuri infushom - iktar kienet tiċċentra madwar il-bżonn ta' strateġija għall-futur - li huwa tajjeb u neċessarju, pero' mhux biżżejjed. Il-poplu jimpurtah mill-futur, pero' jimpurtah ukoll mill-but u l-impjieg illum - u filwaqt li Abela qatta' sagħtejn jitkellem dwar kif il-poplu se jintlaqat għax-xhur li ġejjin, Grech (ara paġni 8 u 9) kien mitluf f 'ideat u viżjonijiet li baqgħu xi ftit jew wisq fl-arja. Naturalment, għalkemm il-paraguni huma odjużi, il- PM kien b'saħħtu meta qabbel ir-reazzjoni tal-Gvern illum għall-kriżi ekonomika ma' dik tal-2008 u s-snin ta' wara. Fil- verità kemm dik il-kriżi affetwat lil Malta u anke l-pandemija u t-tnejn kellhom effett negattiv fuq il-pajjiż. Il-fatt jibqa' iżda illi qatt fl- istorja moderna tad-dinja - u ta' Malta wkoll allura - ma kellek kważi tliet xhur fejn litteralment setturi sħaħ jieqfu b'mod assolut. Qatt fl-istorja tas-settur turistiku ma kellek dan is-settur jieqaf b'mod komplet u qatt fl- istorja ekonomika u politika ma kellu jingħalaq l-ajruport, b'mod kważi komplet, għal aktar minn ġurnata jew tnejn! Allura l-paraguni, sa ċerta punt, jgħoddu u anke jekk ma jgħoddux in-nies qed jagħmluhom. Naturalment Abela kompla jsammar il-messaġġ li "għal Bernard Grech qabel l-2013 kien l-aqwa żmien" għax jaf illi meta jagħmel hekk qed ipinġi immaġini ta' partit li qed jiddefendi dak kollu li seħħ qabel l-2013 - xi ħaġa li ma tantx tinżel tajjeb mat-tieni u l-akbar mewġa ta' switchers li vvutaw lill-PL fl-2013 propju biex jikkastigaw (bil-kbir) lil dak il-Gvern, minħabba fost oħrajn, ċerti miżuri li saru. Prestazzjoni u preżentazzjoni tajba ħafna Wieħed irid jasal għall- konklużjoni li l-prestazzjoni ta' Abela kienet waħda tajba għaliex kien 1) Preparat u ftit li xejn li ħa żbalji u 2) kellu tonalità li żammet lit-telespettaturi jsewgu. Ejja nibdew b'din tal-aħħar. Kif għidna fl-analiżi ta' qabel din, it-tonalità hija importanti u għalkemm Abela għadu ma ottjeniex is-saħħa tal-oratrija li kellhom l-akbar oraturi - nhar it-Tnejn kien hemm ċerta kontinwazzjoni, komunikattiva u tonalità li għamlet id-diskors ta' Abela wieħed iktar faċli biex issewgi. Il-Prim Ministru kien b'saħħtu fejn kellu jkun u spjega fejn kellu jispjega, b'tonalita newtrali fejn hemm bżonn u oħra ta' emfasi, meta kien hemm bżonn. Suġġettivament mhux se ngħidu li kien l-aqwa diskors ta' Prim Ministru, imma definittivament li kien l-aqwa ta' Abela sa issa u li tah impetu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 November 2020