Illum previous editions

ILLUM 8 November 2020 opt

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1307482

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 27

07 analiżi illum • IL-ĦADD 8 TA' NOVEMBRU 2020 'L-ajruplan huwa fost l-aktar postijiet siguri fejn tista' tkun bħalissa' YENDRICK CIOFFI "L-ajruplan huwa wieħed mill-aktar postijiet siguri fejn tista' tkun bħalissa." Hekk saħqu mal-ILLUM uffiċjal tal-linja nazzjonali tal-Ajru, Air Malta, hekk kif il- gazzetta kellha laqgħa virtwali magħhom biex tiem aħjar il-miżuri ta' prevenzjoni li qed jittieħdu fuq l-ajruplani matul u bejn titjira u oħra. Il-gazzetta ILLUM iltaqgħet magħhom wara ilment li għamel magħha infermier li tela' Londra jakkumpanja pazjent lejn Malta. Dan ilmenta dwar nuqqas ta' tindif tal- ajruplan bejn titjira u oħra. Madanakollu, il-kelliem tal-Air Malta Stephen Gauci, spjega kif l-ilmenti ta' dan il-passiġġier ġew investigati u hemm spjegazzjoni għalihom waqt li spjegaw ukoll il-miżuri li qed jittieħdu abbord l-ajruplani. Gauci beda jispjega kif il-miżuri ta' mitigazzjoni li ttieħdu mil-linja nazzjonali tal- ajru huma ħafna u saħansitra kinet proattiva fid-deċiżjonijiet li ħadet biex tnaqqas ir-riskju għall-passiġġiera tagħha. "Bħala linja tal-ajru ilna naħdmu kontra epidemiji u pandemiji għal diversi snin," saħaq Gauci. Fakkar f 'mard bħas-Sars u oħrajn u għalhekk insista li diġà kellhom l-esperjenza biex idaħħlu miżuri ta' prevenzjoni minnufih. Kompla jfakkar kif minn Jannar l-Air Malta bdiet timplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-ECDC (Iċ-Ċentru Ewropew għall- Prevenzjoni tal-Mard), fost oħrajn, filwaqt li żżomm kuntatt kontinwtu mal-awtoritajiet lokali tas-saħħa. Ajruplan meta jiġi ssanitizzat? Gauci beda jispjega l-protokolli li magħhom qed timxi l-Air Malta. Spjega kif fil-każ ta' Londra, sa issa mhijiex meqjusa bħala destinazzjoni ta' riskju għoli. Għalhekk il-protokolli li japplikaw għal dawn it-titjiriet huma differenti għal dawk li japplikaw għal destinazzjonijiet oħra fejn ir- riskju huwa ogħla. Fil-każ ta' ajruplani li jaslu minn destinazzjonijiet mhux meqjusa ta' riskju għoli, l-ajruplani jiġu ffumigati kuljum. Mill-banda l-oħra, meta ajruplani jtiru lejn destinazzjonijiet ta' riskju għoli, l-ajruplani jiġu ffumigati u ssanitizzati wara kull titjira. L-ajruplani ffumigati dejjem kull 24 siegħa... Apparti minn hekk, kull 24 siegħa, l-ajruplani jerġgħu jiġu ssanitizzati, ġejjin minn fejn ġejjin. Spjegaw kif qabel ħarġet ir- rakkomandazzjoni tal-EASA, l-Air Malta kienet diġà żiedet ir-rata ta' kimiċi waqt l-iddiżinfettar għall-ogħla livell. Mistoqsija kif jiddeċiedu liema huma d-destinazzjonijiet b'riskju għoli, medju jew baxx, l-uffiċjali spjegaw li huma jimxu mal- amber list li tiġi aġġornata minn żmien għal żmien mill-awtoritajiet tas-saħħa. "Jekk pereżempju jasal minn Franza dan mhux se jitħalla jerġa' jtir qabel ma jkun issanitizzat," komplew jisħqu l-uffiċjali. 44 każ minn fost 1.2 biljun passiġġier L-uffiċjali rreferewna wkoll għal statistika u studju magħmul mill-Assoċjazzjoni Internazzjonali għat-Trasport tal-Ajru (IATA) li spjega kif minn Jannar li għadda kien hemm biss 44 passiġġier minn 1.2 biljun passiġġier li ħadu l-virus minn fuq titjira. Dan ifisser każ wieħed biss għal kull 27.3 miljun passiġġier. Fosthom għalhekk li l-uffiċjali insistew li l-ajruplani huma fost l-aktar postijiet siguri fejn tista' tkun bħalissa. Għaliex ir-riskju huwa daqshekk baxx? Skont L-IATA ir-riskju huwa baxx għal diversi raġunijiet u fost dawn issemmi l-fatt li s-seats qed iħarsu kollha 'l quddiem fejn it li xejn ikun hemm interezzjoni wiċċ imb' wiċċ bejn il-passiġġieri, bl-istess seats iservu ta' barriera bejn passiġġier u ieħor. Iżda forsi l-aktar ħaġa effettiva huma dawk magħrufa bħala HEPA filters li l-effiċjenza tagħhom hija ta' 99.9% L-arja fil-kabina tinbidel kull żewġ / tliet minuti... Tkellimna aktar dwar dawn il-filters, bl- uffiċjali jispjegaw kif dawn jiġbdu partiċelli żgħar ħafna bħal bacteria u anke viruses. Apparti minn hekk, l-arja fil-kabina tal- ajruplan tinbidel kull żewġ jew tliet minuti. Spjegaw li l-arja tkun assorbita minn fuq għal isfef u għalhekk mhux tgħaddi tul il- kabina kollha. Dan ikompli jnaqqas ir-riskju tat-tixrid tal-virus. Filmat ta' kif taħdem din is-sistema se jkun ippubblikat mal-verżjoni onlajn ta' dan l-artiklu fuq is-sit illum.com.mt. Il-protokolli ma jibdewx u jispiċċaw mal- ajruplan Iżda l-protokolli u l-miżuri ma jibdewx u jispiċċaw fuq l-ajruplan. L-uffiċjali fakkru li l-Air Malta hija firmatarja ta' charter bejn l-ECDC u l-Aġenzija tal-UE għas-Sigurta tal- Avjazzjoni (EASA). "Il-protokolli mhumiex f 'iżolazzjoni iżda huma vjaġġ wieħed u sħiħ," insistew. "Il- passiġġier mhuwiex offrut protokolli biss fuq l-ajruplan iżda tul il-vjaġġ kollu, mill- booking." Fil-fatt, meta wieħed jibbukja, il-passiġġier minnufih ikun infurmat b'ċertu miżuri u rakkomandazzjonijiet. Spjegaw kif ġurnata qabel it-titjira, il- passiġġiera qed ikunu mitluba jimlew dikjarazzjoni li fiha jassiguraw li ma għandhom l-ebda sintomu tal-Covid-19. Anke fl-ajruport, l-MIA li wkoll huwa firmatarju tal-istess charter qed jassigura li l-passiġġiera jżommu d-distanza soċjali, jilbsu l-maskri u jiddiżinfettaw idejhom ta' spiss, apparti li tittieħed it-temperatura permezz ta' sistema mhux invażiva. "Hemm miżura li tibna fuq oħra. Dawn kollha barrieri. Teknikament lanqas imissu jkun hemm każ wieħed fuq ajruplan," insistew. L-Air Malta għandha wkoll Covid-19 tracing team L-Air Malta, komplew jispjegaw l-uffiċjali, għandha wkoll tim li jaħdem biex jiffaċilita l-contact tracing kemm mal-awtoritajiet lokali u internazzjonali. Qed jinżammu wkoll id-dettalji kollha tal-każi li kien hemm abbord it-titjiriet u dawn id-dettalji jgħinuhom ukoll fil-proċess tagħhom meta jevalwaw ir-riskji. 'Nieħdu informazzjoni mill-ECDC, mill-awtoritajiet lokali iżda nagħmlu wkoll il-proċess tagħna tar-risk assessment," komplew jispjegaw. "Fil-każ ta' Heathrow f 'London kellna biss każ wieħed. Allura hemm ikunu nistgħu nimplimentaw miżuri skont iż-żona." Fuq l-ajruplan tinżamm id-distanza soċjali? L-infermier kien ilmenta wkoll dwar il- mod kif qed tinżamm id-distanza soċjali fuq l-ajruplan. L-uffiċjali spjegaw kif jekk ikun hemm familji jew gruppi li qed isiefru flimkien, dawn jitħallew ipoġġu ħdejn xulxin. Madanakollu, spjegaw kif bis-saħħa tal- HEPA Filters u l-mod kif tgħaddi u tinbidel l-arja, xejn ma jżomm lil-linja tal-ajru milli timla l-ajruplan. "Minkejja dan nagħmlu li nistgħu biex inqassmu lill-passiġġiera," spjegaw waqt li fakkruna li ħafna drabi huma l-passiġġiera stess li jagħżlu fejn ipoġġu permezz tal-online check-in. Minħabba l-contact tracing, passiġġier li jkun għażel li jpoġġi f 'seat partikolari ma jistax jiċċaqlaq, anke għax jekk ikun hemm każ pożittiv, ikun irid isir kuntatt ma' passiġġieri oħra bilqiegħda viċin tiegħu. Mill-banda l-oħra, id-distanza soċjali tinżamm meta l-passiġiera jkunu telgħin jew nieżla minn fuq l-ajruplan. L-uffiċjali li kienu preżenti għal-laqgħa virtwali mal-ILLUM huma: Kapt. Emvic Debono - Chief Flight Operations Officer Tyrone Galea · Chief Safety & Compliance Officer Delia Hanlon - Chief Customer Experience Officer Stephen Gauci – Head Corporate Communications. Kenneth Aquilina - Head, Occupational Health and Safety, Facilities and Administration Xi protokolli qed tuża l-Air Malta? Bħalissa sigur li tkun fuq ajruplan? Għaliex? L-ILLUM tistaqsi lill- Air Malta Il-fumigazzjoni ta' ajruplan tal-Air Malta

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 November 2020 opt