Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1307482
IL-ĦADD 8 TA' NOVEMBRU 2020 • illum aħbarijiet Joe Biden elett is-46 President tal-Istati Uniti Wara jiem ta' stennija u taqtiegħa ħarxa, Joe Biden ilbieraħ kiseb biżżejjed voti elettorali biex seta' jkun iddikjarat is-46 President tal-Istati Uniti. Dan ifisser li Donald Trump tilef il-Presidenza wara biss l-ewwel terminu ta' erba' snin. L-aħħar President Amerikan li tilef wara biss erba' snin, kien George H. W Bush li fl-2012 kien tilef kontra Bill Clinton. Biden, li għandu 77 sena u kien il-Viċi President ta' Barack Obama, qabeż il- 270 vot elettorali li kellu bżonn biex ikun elett President u dan wara li rebaħ l-istat importanti ta' Pennyslvania. Fil-jiem ta' qabel, fost stati oħra, Biden rebaħ l-istat ta' Michigan li tah 16-il vot elettorali fil-Kulleġġ Elettorali (ara aktar 'l isfel) u rebaħ l-istat ta' Wisconsin li tah 10 voti elettorali oħra. Rebaħ ukoll l-istat importanti ta' Kalifornja li tah 55 siġġu fil- Kulleġġ Elettorali, fost stati oħra. Iżda sakemm morna għall- pubblikazzjoni, l-għadd tal-voti kien għaddej fl-istati ta' Georgia, Nevada u anke Arizona, fejn Biden jinsab fuq quddiem. Anke jekk wara Pennyslvania, ma kellux bżonn dawn l-istati, kollox jindika li r-rebħa tiegħu se tkompli tikber biex hekk b'kollox mistenni jikseb 360 vot elettorali, l-istess ammont li kiseb Donald Trump erba' snin ilu meta rebaħ lil Hillary Clinton. "Onorat li għażiltuni biex inservi lil pajjiżna. Ix-xogħol li għandna quddiemna huwa iebes, iżda nwiegħdkom din: li se nkun President tal-Amerikani kollha, kemm jekk ivvutajtu għaliha u kemm jekk le," kiteb Biden fuq Twitter malli sar il- President-elett. Il-President Donald Trump ilu, għal dawn l-aħħar jiem, jagħti x'jiem li mhux se jikkonċedi t-telfa u saħansitra wissa lil Biden biex ma jiddikjarax rebħa. Sal-ħin li morna għall-publikazzjoni Trump kien għadu ma tkellimx. Trump insista li d-Demokratiċi "qed jisirqu" din l-elezzjoni hekk kif hu kien fuq quddiem f 'diversi stati iżda tilef il- vantaġġ hekk kif baqgħu dieħla u baqgħu jiġu mgħoddija l-voti li daħlu bil-posta (ara aktar 'l isfel), sistema li l-partitarji ta' Joe Biden għamlu ħafna użu minnha. Trump saħaq ukoll li se jkun qed jiaħ proċeduri legali u jinsab ċert li l-vantaġġ se jerġa' jdur favurih. Fil-fatt, peress li d-distakk f 'Wisconsin u anke f 'Georgia kien inqas minn 1%, il- kampanja ta' Trump qed titlob li jerġgħu jingħaddu l-voti f 'dawn l-istati waqt li qed tallega, anke jekk bla bażi, li kien hemm irregolaritajiet fl-istati li rebaħ Biden. Anke jekk se jsir recount f 'xi stati, storikament dan qatt ma qaleb riżultat ta' elezzjoni hekk kif jinqalbu biss it għexieren ta' voti. X'inhuma l-voti bil-posta? Għaliex Trump irid iwaqqafhom Kollox qed idur mas-sistema tal-voti bil- posta u li Trump ilu żmien jikkritika. Din is-sistema, li Biden ħeġġeġ ħafna lil votanti tiegħu biex jużawha, ġiet introdotta din is-sena għall-ewwel darba minħabba l-pandemija. Fil-fatt numru ta' stati għażlu li fil-jiem li ġejjin jibqgħu jaċċettaw u jgħoddu dawn il-voti, impostati sat-3 ta' Novembru u li kienu għadhom jew ma waslux fis-swali tal-għadd tal-voti. Numru rekord ta' persuni għamlu użu minn din is-sistema tal-early voting. L-Amerikani vvotaw fil-qalba tal- pandemija tal-Covid-19 li laqtet lill-Istati Uniti kif ma laqtet lill-ebda pajjiż ieħor. 'Il fuq minn 232,000 persuna tilfu ħajjithom kawża ta' dan il-virus. Biden kiseb l-akbar ammont ta' voti li qatt kiseb kandidat f 'din l-elezzjoni Intant, il-President-elett Joe Biden kiseb l-akbar ammont ta' voti li kandidat għall- President Amerikan qatt kiseb. Meta jispiċċa l-għadd tal-voti, il- President elett se jkun kiseb kważi 70 miljun vot, fejn saħansitra qabel l-ammont ta' voti li kien kiseb Obama. Kif jintgħażel il-President? Fl-Istati Uniti tal-Amerika mhuwiex il- kandidat li jirbaħ l-akbar ammont ta' voti li jsir President. Huwa l-Kulleġġ Elettorali li jiddetermina min jirbaħ l-Presidenza. Fl-2016, għalkemm Hillary Clinton ġabet kważi tliet miljun vot iżjed minn Donald Trump, kien Trump li sar President peress li kien hu li rebaħ il-maġġoranza fil-Kulleġġ Elettorali. Il-Kulleġġ Elettorali hija sistema li biha min jirbaħ 270 mill-538 vot tal-Kulleġġ isir President. Kull stat ikollu voti skont kemm għandu membri fiż-żewġ kmamar tal-Kungress Amerikan. Il-Kamra tar-Rappreżentanti għandha 435 siġġu u s-senat 100 siggu. Mela allura għalfejn il-Kulleġġ Elettorali huwa bbażat fuq 538 u mħux 535? Dan għaliex il-Belt Kapitali Amerikana ta Washington DC ma tagħmel parti mill- ebda stat Amerikan u fl-istess ħin mhijiex meqjusa bħalha stat għalih. Dan ifisser li n-nies li jgħixu fil-Kapitali Amerikana m'għandhomx rappreżentanza fis- Senat u kull ma għandhom tliet membri 'osservaturi' fil-Kamra tar-Rappreżentanti li m'għandhomx dritt għal vot, bħall-435 membru l-ieħor. Minkejja dan, in-nies ta' Washington DC jingħataw tliet voti elettorali fl-għażla tal- President. Għalħekk il-Kulleġġ elettorali huwa magħmul minn 538 membru. L-istat ta' Kalifornja għandu 53 rappreżentant u żewġ Senaturi fi-Kungress Amerikan. Minħabba f 'hekk, min jirbaħ dan l-istat fl-elezzjoni Presidenzjali jirbaħ 55 vot elettorali. Ma tagħmilx differenza b'kemm tirbaħ. Jekk tirbaħ l-istat ta Kalifornja b'vot wieħed jew b'erba' miljun vot il-kandidat rebbieħ xorta ser jikseb 55 vot elettorali minn dak l-istat. Din hija r-raġuni ewlenija li tista' twassal għal sitwazzjoni fejn min jirbaħ il-Kulleġġ Elettorali u jsir President ma jkunx neċessarjament rebaħ il-maġġoranza tal- vot popolari. Joe Biden rebaħ elezzjoni storika kontra l-President Donald Trump li tilef il-Presidenza wara biss l-ewwel terminu ta' erba' snin Joe Biden