Illum previous editions

ILLUM 8 November 2020 opt

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1307482

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 27

12 intervista IL-ĦADD 8 TA' NOVEMBRU 2020 • illum 'Ma hemm l-ebda ħsieb għal koalizzjoni nagħmlu ftehim ma' min jgħum f'imġieba YENDRICK CIOFFI X'kienet ir-raġuni ewlenija għaliex l-Alternattiva Demokratika ħasset il-ħtieġa li tingħaqad mal-Partit Demokratiku meta dan ilu biss ftit snin li twaqqaf? L-għaqda bejn iż-żewġ partiti hi motivata minn raġuni waħda: il-ħtieġa li flimkien inkunu strument ta' bidla mill-qiegħ fil- politika Maltija. Dwar dan nistgħu nagħtu kontribut aħjar billi naħdmu flimkien flok separatament: dan iwassal għal ħidma aħjar, iktar effettiva u b'użu aħjar tal-it riżorsi li għandna għad-disposizzjoni tagħna. Forsi l-għaqda bejn l-AD u l-PD ma tantx għamlet ħoss, anke għax forsi ħafna għadhom ma jistgħux jifhmu eżatt il-politika tagħkom. X'inhu t-twemmin politiku tal-AD+PD? Sfortunatament il-politika klijentelari kkultivata b'attenzjoni miż-żewġ partiti fil-Parlament tul is-snin, it tħalli ċans lil diversi minn dawk li jsegwu l-politika lokali biex jimu l-politika reali tal-partiti. Dan mhux biss b'referenza għall-politika tal- AD+PD imma wkoll dik tal-partiti l-oħra. L-AD+PD hu partit aħdar u huwa msieħeb fil-familja internazzjonali tal- partiti l-Ħodor. L-AD+PD hu partit politiku ekoloġiku u progressiv ibbażat fuq il-prinċipji bażiċi ħodor u ċioe fuq l-għarfien ekoloġiku, is-solidarjetà, il-ġustizzja soċjali, id- demokrazija parteċipattiva, in-non vjolenza, is-sostenibilità, ir-rispett tad- diversità, is-saltna tad-dritt, il-kontabilità u t-trasparenza. Fl-aħħar snin rajna lill-Alternattiva Demokratika fuq quddiem nett fil-ġlieda kontra l-qerda tal-ambjent. Il-Partit Demokratiku ukoll tkellem diversi drabi dwar dan. Imma bl-ambjent se nieklu? In-nies iridu jisimgħu proposti dwar kif se jkollhom buthom aktar mimli. Ma taħsibx li biex jolqot aktar lin-nies, l-AD+PD irid jitkellem aktar fuq kwistjonijiet li n-nies jolqtuhom direttament. Kuntrarjament għal dak li jaħsbu uħud l-AD+PD mhux partit li jitkellem u jaħdem biss dwar l-ambjent. Jitkellem u jaħdem dwar kull qasam imma jpoġġi l-ambjent fil- qalba tal-politika tiegħu. X'jiswa' li jkollok il-but mimli imma tkun kostrett tieħu n-nifs minn arja mniġġsa inkella tixrob ilma jew ikel ikkontaminat? Il-kwalità tal-ħajja tagħna tiddependi minn kemm aħna kapaċi li nħarsu l-ambjent naturali. Il-ħsara ambjentali ta' madwarna hi riżultat tal-kilba kontinwa ta' dawk li moħħhom biss biex jistagħnew minn fuq dahar ħaddieħor u tal-Gvern li jakkomodhom. Huma jimpalaw il-profitti u aħna, il-bqija, inġorru l-piż tal-impatti li huma jikkawżaw. Ekonomija li timla' l-but u therri l-istonku u l-pulmun. Konsum esaġerat li hu responsabbli għall-eċċessi ta' ħsara ambjentali. Konsum li kabbar l-ekonomija imma li tefa' l-piz u l-impatti ta' dan it-tkabbir fuq il-ġenerazzjonijiet futuri u dan billi sparpalja ir-riżorsi llum u niġġeż dak kollu li ħalla warajh. Huwa sigriet magħruf li l-Alternattiva Demokratika tul diversi snin, ma għamlitx suċċess elettorali. Il-PD tella' żewġ kandidati minħabba l-koalizzjoni li għamel qabel l-elezzjoni mal-Partit Nazzjoanlista. Kemm intom fiduċjużi li l-għaqda bejn l-AD u l-PD se tagħmel differenza meta tmorru għall-elezzjoni? Filwaqt li naqblu li s-suċċessi elettorali kienu skarsi għandu jkun emfasizzat li dan mhux l-uniku kejl ta' suċċess. Il-kontribut biex tissawwar l-aġenda politika tal-pajjiż hi wkoll miżura ta' suċċess li qegħda hemm u ma jista' jmeriha ħadd. Tul is-snin Alternattiva Demokratika ma poġġietx biss l-ambjent fuq l-aġenda politika tal-pajjiż, imma wkoll it- trasparenza, il-kontabilità u l-governanza tajba. Dawn illum kollha jiffurmaw parti mid-dizzjunarju politiku Malti: lessiku magħruf sewwa imma li mhux dejjem huwa osservat. Kienet ukoll Alternattiva Demokratika li waħedha u b'konsistenza li ma taqta' xejn ħadmet favur l-introduzzjoni tad-divorzju u fl-aħħar ħolqot iċ-ċirkustanzi li l-partiti l-oħra ma setgħux jevitaw u li wasslu għar- referendum li ssiġilla dan id-dritt. Dan ukoll hu suċċess. L-Alternattiva Demokratika kienet l-uniku partit konsistenti fil-mixja fit-triq favur id-divorzju. L-istess għandi ngħid dwar id-drittijiet LGBTIQ. Waqt li l-PN u l-PL waqt il- kampanja elettorali tal-2013 kienu kontinwament jitkellmu kontra d-dritt taż- żwieg ta' koppji LGBTIQ, AD inkludiet dan fil-manifest elettorali tagħha. Dan diversi jinsewh għax wara l-elezzjoni sabuha konvenjenti li jibdlu fehmthom. L-għaqda bejn l-Alternattiva Demokratika u l-Partit Demokratiku tibni fuq dan kollu. Iġġib flimkien ir-riżorsi limitati taż-żewġ partiti, primarjament ir-riżorsi umani u d-dedikazzjoni tal- imsieħba li mhux kompromessi minn u mal-inkonsisitenzi tal-partiti l-oħra. Diversi huma dawk li ma jistgħux jifhmu x'differenza jista' jagħmel it-tielet partit fil-Parlament Malti. Pereżempju, konkretament, x'differenza għamlu Marlene u Godfrey Farrugia? Anzi jkun hawn min jgħidlek li t-tielet partit fil- Parlament jista' joħloq instabbilità. Għaliex temmnu li huwa importanti li l-AD+PD ikollu rappreżentanza fil-Parlament Malti? Marlene u Godfrey Farrugia huma persuni validi. Sfortunatament, imma, għażlu li jaħdmu għal rashom, ħidma kkaratterizzata b'impulsività. Dan ċertament mhux ta' għajnuna fit-triq iebsa u diffiċli biex jinbena u jieħu sura t-tielet leħen politiku b'saħħtu fil-Parlament. Huma ħela tal-it risorsi li potenzjalment għandna bħala partit. Imma mhumiex kawża ta' instabilità. L-instabilità, kif rajna, dejjem ġiet miż- żewġ partiti l-kbar infushom. Fil-fatt il- Gvernijiet li waqgħu kienu dawk ta' Alfred Sant, bil-vot tal-Perit Mintoff, u dak ta' Lawrence Gonzi bil-vot ta' Franco Debono. Ma kien hemm l-ebda tielet parti li ta' kontribut biex inħolqot dik l-instabilità. L-instabilità fis-sistema politika Maltija hi ikkawżata minn sistema ta' żewġ partiti li tipprova tirrombla minn fuq kulħadd. Minkejja l-allegazzjonijiet ta' korruzzjoni serjissimi, il-PL għadu b'saħħtu. Tikkunsidraw li fl-elezzjoni ġenerali terġgħu titolbu koalizzjoni mal- Partit Nazzjonalista. Kieku xi jkunu l-kundizzjonijiet tagħkom? Ma hemm l-ebda ħsieb għal koalizzjoni. L-anqas fl-elezzjoni li għaddiet ma kien hemm! L-inizjattiva tal-PN qabel l-elezzjoni tal-2017 kien strataġemma aritmetika tal-PN u mhux koalizzjoni. Min-naħa ta' Alternattiva Demokratika ma tlabniex koalizzjoni u meta konna avviċinati dwarha għamilna l-argument li qatt ma stajna nagħmlu ehim dwar koalizzjoni favur governanza tajba ma min jgħum f 'imġieba mhux korretta. Dan hu dokumentat b'eżempji konkreti. Iż-żmien Fl-aħħar ġimgħat l-Alternattiva Demokratika u l-Partit Demokratiku ngħaqdu f'partit wieħed imma dan ftit li xejn għamel ħoss anke minħabba dak li kien għaddej il-pajjiż, inkluż l-elezzjoni għall-Kap tal-PN. Imma x'inhu t-twemmin politiku tal-AD+PD? Se jibqgħu jitkellmu biss dwar l-ambjent? Lesti jerġgħu jidħlu f'koalizzjoni mal-PN? U jekk le se jagħmlu suċċess? X'jaħsbu dwar il- living income, il-Covid-19 u l-mina bejn Malta u Għawdex? Jekk issir elezzjoni bikrija, jinsabu lesti għaliha?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 November 2020 opt