Illum previous editions

ILLUM 8 November 2020 opt

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1307482

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 27

13 intervista illum • IL-ĦADD 8 TA' NOVEMBRU 2020 koalizzjoni mal-PN ... qatt ma stajna f'imġieba mhux korretta' sfortunatament inessi. Forsi sa issa l-leħen tal-AD u anke l-PD ma tantx kien qawwi. Ftit li xejn jingħata importanza. Ma taħsibx li l-AD+PD ma għandux jibqa' jibbaża l-kommunikazzjoni tiegħu fuq sempliċiment stqarrijiet imma jkun aktar attiv. Pereżempju, fejn kien l-AD+PD meta sitt organizzazzjonijiet ingħaqdu biex jissieltu legalment il-ftehim sigriet tal-Miżieb u l-Aħrax tal-Mellieħa? L-AD+PD kien preżenti kemm f 'din l-attività kif ukoll f 'bosta oħrajn. Imma f 'dawn iċ-ċirkustanzi aħna noqgħodu attenti li ma nidħlux iżżejjed fl-ispazju ta' ħidma tal-għaqdiet, prinċipalment l-għaqdiet ambjentali li magħhom naqsmu ideat u ideali. Fejn nintalbu nieħdu sehem dirett qatt ma qagħdna lura. Lill-għaqdiet ambjentali meta jkun meħtieġ ngħiduhom bla daqq ta' trombi. Fost il-ħidma tagħna minn żmien għal żmien nippubblikaw dokumenti bi proposti politiċi għal diskussjoni pubblika. Xogħol li għandu jagħmel kull partit politiku. In vista tal-fatt li m'għandiex TV, radju jew gazzetta tal-partit ma nistgħux nikkomunikaw dawn l-ideat biżżejjed. Riċentment, per eżempju, ippubblikajna bil-Malti u bl- Ingliż dokument dwar il-Green New Deal intitolat: Pjan Aħdar : Ġust u Sostenibbli, li kien kontribut utli għal diskussjoni pubblika li l-partiti l-oħra jaħarbu kontinwament. Sfortunatament il-midja hi iktar interessata fis-sensazzjonaliżmu milli fuq diskussjoni politika serja. X'inhi l-pożizzjoni tal-AD+PD dwar il- kunċett tal-living-income? Fid-dokument tagħna Pjan Aħdar: Ġust u Sostenibbli nagħmlu fil-fatt referenza għall-idea ta' living wage. Imma immorru oltre minn hekk. Nirreferu għal idea oħra simili magħrufa bħala Universal Basic Income li dwarha saru xi studji u pilot projects prinċipalment fil-pajjizi Nordiċi u jidhirli fl-Olanda. Imma mhux biżżejjed li nitkellmu dwar dawn l-ideat. L-anqas mhu pass tajjeb li nieħdu pożizzjoni qabel ma jkunu saru studji serji u dettaljati. Id-diskussjoni dwar dawn l-ideat ma tistax tkun divorzjata mill-mod kif din teħtieġ li tkun iffinanzjata. Il-partiti fil- Parlament qegħdin f 'kompetizzjoni bejniethom dwar min inaqqas l-iżjed it- taxxi! Dan meta t-tassazzjoni suppost li hi għodda bażika ta' ġustizzja soċjali. Taxxi żejda jagħmlu l-ħsara, imma daqstant ieħor issir il-ħsara b'nuqqas ta' tassazzjoni. Issa qegħdin fil-pożizzjoni assurda li l-Gvern jiaħar li kien providenzjali li kellu dħul mill-bejgħ tal-passaporti għax mingħajru ma setax jilqa' għall-impatti tal- Covid! Idea perversa dwar il-finanzjament tal-istat. It-titjib tal-welfare state ma jistax ikun diskuss f 'iżolament minn riforma mill- qiegħ tas-sistema tat-tassazzjoni. Dwar dan tkellimna diversi drabi u tajna kontribut għal diskussjoni serja. Imma forsi kien hemm aħbarijiet oħra iktar sensazzjonali li ġibdu fuqhom l-attenzjoni! Uħud forsi insew li Alternattiva Demokratika kien l-uniku partit li fl- 2013 ikkampanja favur reviżjoni tal-mod kif tinħadem il-paga minima u dan wara li kienu ippubblikati studji tal-Caritas li ddokumentaw in-nuqqasijiet li kellhom ikunu indirizzati. Il-prezz tal-proprjetà u tal-kirjiet huwa waħda mill-akbar sfidi li qed jiffaċċja l-pajjiż. Xi jkunu l-proposti tal-AD+PD f 'dan il-qasam? AD+PD hu uniku fost il-partiti politiċi f 'Malta li ma jħokkx spalla ma spalla mal- iżviluppaturi. L-iżviluppaturi diversi drabi stqarrew li jħarsu lejn il-partiti parlamentari bħal żewġ vetrini ta' żewg supermarkets kompetituri: attenti għall-offerti! Il-pajjiż ma jistax jibqa' jaġevola lill- industrija tal-bini li għamlet ħafna ħsara. Huma jgawdu l-profitti u fuq il-bqija jitfgħu l-piż u l-impatti tal-industrija. Apparti li huma kontinwament aġevolati huma ukoll sussidjati biex per eżempju ma jħallsux b'rati kummerċjali għall-iskart li jiġġeneraw. Il-Gvernijiet repetutament jimxu magħhom bl-ingwanti. Il-Gvern irid iġorr parti mit-tort għall- għoli tal-propjetà u tal-kirjiet. It-taħriġ fid-dinja tax-xogħol hu nieqes u dan qed iwassal biex diversi kumpaniji li jitħajru jiftħu Malta (bil-lixka ta' ftit jew xejn taxxi) qed jimpjegaw barranin li qed jikru propjetà f 'Malta u per konsegwenza qed ikun l-kawża tal-għoli fenomenali li qed nesperjenzaw. Il-mina bejn Malta u Għawdex. Ilha tissemma' imma għadha ċpar. Il-PL favuriha, il-PN jgħid li l-ewwel irid jara l-istudji. X'inhi l-pożizzjoni tal-AD+PD? AD+PD dejjem kienu ċari. Il- mina proposta mhijiex meħtieġa. Hi essenzjalment mina għall-karozzi mhux mina għan-nies. Anke mill-it studji li saru s'issa u li huma pubbliċi hu ċar li l-vijabilità ekonomika tal-mina proposta hi dipendenti esklussivament milli jkun massimizzat in- numru ta' karozzi li jagħmlu użu minna. Il-mobilità bejn il-gżejjer tista' tkun iffaċilitata b'fast ferry service, li l-Gvern tkellem ħafna dwaru u fil-prattika għad ma għamel xejn ħlief li beda proċess ta' offerti li ġie repetutament imħassar minħabba numru ta' żbalji li saru. Il-mina jekk issir, tkun id-daqqa finali għall-qerda ambjentali ta' Għawdex. S'issa l-impatti tal-iżvilupp tal-art fuq Għawdex kienu inqas minn dawk fuq Malta. Bil- mina dawn l-impatti jkunu aċċelerati. Il-Covid-19. X'kien jagħmel differenti l-AD+PD? X'kontu tipproponu biex 1) tikkontrollaw l-imxija u 2) biex tgħinu lin- negozji? L-iżball fundamentali tal-politika tal- Gvern dwar il-Covid huwa li ndaħal fejn ma jesgħux. Ir-restrizzjonijiet kellhom jonqsu jew jiżdiedu fid-diskrezzjoni tad- Dipartiment tas-Saħħa Pubblika. Il-qagħda tal-lum tirrifletti dan l-iżball. In-negozji kellhom bżonn għajnuna immedjata. Huwa sew li din ingħatatilhom. Imma kull għajnuna għandha tibqa' tkun immirata fuq in-negozji ż-żgħar (SMEs). L-aktar li batew kienu s-self-employed żgħar u l-freelancers, u dawk li jkollhom jirreġistraw bħala taparsi self-employed, per eżempju dawk li jagħmlu d-deliveries. Ġew injorati wkoll il-ħaddiema part time b'kuntratti magħrufa bħala zero-hour contracts. Jiġifieri dawk li filwaqt li huma impjegati part-time m'għandhomx sigħat fissi kemm jaħdmu, għalhekk zero hour. Fi ftit tax-xhur oħra se jkollna elezzjoni ġenerali. Ħafna qed isemmu possibbilità ta' elezzjoni bikrija anke kmieni s-sena d-dieħla. Tista' ssemmi proposta/i ewlenija li l-AD+PD se jkun qed jikkampanja dwarha? Għalkemm qatt ma tista' tgħid meta ser issir l-elezzjoni li jmiss, hu improbabbli li din issir kif qed tgħid. Huwa prematur li nitkellem dwar proposti li dwarhom ser nikkampanjaw. Minkejja dan bdejna l-ewwel preparamenti għal programm elettorali.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 November 2020 opt