Illum previous editions

ILLUM 8 November 2020 opt

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1307482

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 27

26 oroskopju IL-ĦADD 8 TA' NOVEMBRU 2020 • illum L-Oroskopju fit-tielet ġimgħa taħt iż-żodjaku ta' Scorpio Mill-Ħadd 8 ta' Novembru sas-Sibt 14 ta' Novembru Novembru jressaqna lejn dawk li ħallewna Hekk kif jibda x-xahar ta' Novembru, l-aktar wara t-2 ta' Novembru, jum l-erwieħ, tara ċ-ċimiterji kollha invażati b'nies iżuru lil dawk viċin tagħhom li jkunu ħallew din id-dinja tagħna lejn l-eternità. Mal-lejl tkun tista' tara dik ix-xena sabiħa ta' ċimiterju mixgħul b'rispett barra li żgur jitpoġġew kull għamla ta' uri. Iżda mat-tieni ġimgħa ta' Diċembru tagħmel żjara f 'ċimiterji tara telqa kbira u uri nexfin fuq diversi oqbra. Lil dawk l-għeżież tagħna m'għandux ikun ix-xahar ta' Novembru jew xi okkażjoni sabiex inżuruhom, impossibbli li f 'ġimgħa ma nsibux siegħa li fiha mmorru nagħtu qima u nagħmlu it minuti ta' riflessjoni sabiex dan jagħtina ħsieb profond ta' kemm hi sabiħa l-ħajja sakemm qegħdin hawn u nwettqu l-aħjar dak li nistgħu. Għal dan ix-xahar, kull ġimgħa ser inrebbaħ il- pubblikazzjoni tiegħi 7 Rakkonti Misterjużi, vakur ta' €30, propju ktieb ideali f 'dawn il-ġranet. Sabiex tkun rebbieħ/a ibgħat il-kummenti tiegħek fuq din il-paġna u l-aħjar kumment ikun rebbieħ. Indirizzaw l-ittra tagħkom fuq: PaulJon, Kompetizzjoni ILLUM PO Box 27, Paola Namaste Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? 9901 3600 www.pauljon13.com facebook.com/pauljon13 Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar F'dan iż-żodjaku ta' Scorpio għalik bħala Aquarius ser ikun għalik twettiq ġdid, li int se tipprova għalih b'determinazzjoni. Għalkemm tagħraf li xejn mhu faċli iżda int magħruf li tegħleb kull sfida li int issib quddiemek u din ukoll ser tegħlibha. Se ssib telgħa 'l fuq iżda wara tagħraf is- sodisfazzjon. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 9, 11, 13 u 14. Aquarius huma magħrufin bħala nies ta' dettall. Namaste Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu F'dan iż-żodjaku ta' Scorpio għalik bħala Pisces ser joħloq żmien ta' stennija ta risposta partikolari u dan għandu jiġri fil- ġimgħat li ġejjin, fejn int għandek diversi impenji importanti li trid twettaq barra din l-istennija partikolari però għal dan iż-żmien kollu li ser tkun fuq ix-xwiek mhux ser ikun għalxejn. Irrifletti. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Id- dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 8, 10, 12 u 14. Pisces huma magħrufin għad-direzzjoni pożittiva tagħhom. Namaste Aries mill-21 ta' Marzu sad-19 ta' April F'dan iż-żodjaku ta' Scorpio għalik bħala Aries ser jagħmlek twebbes aktar il-karattru tiegħek sabiex b'hekk int turi l-fehma soda f 'dak li tkun trid twettaq. B'dan il-mod tiegħek int se turi f 'dan il-mument li m'intix ser titlef l-ebda kredibbiltà. Anzi se tagħti twissija li int taf tadatta lilek innifsek għal kull sitwazzjoni. Aries huma magħrufin bħala nies ta' gwida. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 9, 11, 12 u 14. Namaste Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju F'dan iż-żodjaku ta' Scorpio għalik bħala Taurus ser jikkawża nuqqas fir-rankatura li kont għaddej biha dan l-aħħar però dan mill- banda l-oħra ser ipoġġik f 'pożizzjoni sabiex tiffoka aktar fuqek li żgur għandek bżonn. Kull sitwazzjoni fiha l-pożittiv u n-negattiv tagħha għalhekk dan hu mument sabiex tirrifletti aktar. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 8, 10, 11 u 13. Taurus huma magħrufin bħala nies li jimu dawk ta' madwarhom. Namaste Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju F'dan iż-żodjaku ta' Scorpio għalik bħala Gemini ser joffrilek opportunità li riesqa lejk però li ser toħloq xi it ta' tensjoni madwarek u int taf li fil-preżent mhux iż-żmien għal ċertu deċiżjonijiet. Int taf ukoll li bħalissa trid tkun ferm attent minn dak li tagħmel issa trid tkun ferm attent minn dak li tagħmel minħabba li tkun għaddejt minnu it żmien ilu. Kun iffokat. L-aktar jum ideali għalik għal din il- ġimgħa huwa l-Ħamis. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 9, 12, 13 u 14. Gemini huma magħrufin bħala nies ta' komunikazzjoni tajba. Namaste Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju F'dan iż-żodjaku ta' Scorpio għalik bħala Cancer iwassal sabiex tagħraf aktar timxi b'moħħok milli b'qalbek. Hemm sitwazzjonijiet ġodda madwarek li trid tagħraf taffaċċja iżda żgur li trid tagħraf li xejn ma jsir malajr iżda kollox għandu ż-żmien tiegħu. Issa huwa l-waqt sabiex tagħraf kemm int kapaċi timxi b'moħħok. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 8, 10, 12 u 13. Cancer huma magħrufin għat-tfassil dettaljat. Namaste Virgo mit-23 ta' Awwissu sat-22 ta' Settembru F'dan iż-żodjaku ta' Scorpio għalik bħala Virgo ser joffrilek sfida sabiex tagħraf tiffaċċja sitwazzjonijiet li resqin lejk. Grazzi għal dan għandek tkun kawt kemm tista' f 'dak li riesaq lejk, f 'mument fejn int imdawwar b'ħafna pożittività u ma għandekx tkun imfixkel minn dak li riesaq, dan huwa mument ta' stabbiltà. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 8, 11, 12 u 13. Virgo huma magħrufin bħala nies li jafu jagħtu gwida. Namaste Libra mit-23 ta' Settembru sat-22 ta' Ottubru F'dan iż-żodjaku ta' Scorpio għalik bħala Libra ser iwassal sabiex tkun tista' tagħti dak li verament tixtieq. Għalhekk bħalissa ara lil min verament tista' tafda minn dawk ta' madwarek sabiex dan it-twettiq li int tant qed tħejji b'dedikazzjoni tkun tista' twasslu fejn verament tixtieq tkun aktar iffokat. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 9, 10, 13 u 14. Libra huma magħrufin bħala persuni li jagħrfu jwasslu direzzjoni lill-oħrajn. Namaste Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal- 21 ta' Diċembru F'dan iż-żodjaku ta' Scorpio għalik bħala Sagittarius ser iwasslek għal pjan li tixtieq twettaq imma trid verament tħejji sew għalih. Taf li int ma tantx tħobb tmur ħażin f 'dak li tkun trid twettaq imma trid verament tħejji sew għalih. Taf li b'dan il-pjan ser tagħti spinta 'l quddiem għal dak li hemm bżonn jitwettaq għalhekk agħraf sew lilek. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 9, 10, 12 u 13. Sagittarius huma magħrufin bħala nies sensittivi. Namaste Scorpio mit-23 ta' Ottubru sat-21 ta' Novembru F'dan iż-żodjaku ta' Scorpio għalik bħala Scorpio stess ser jikkawża sitwazzjoni fejn tixtieq tirranġa jew tirregola iżjed il- madwar tiegħek. Jekk minn issa tagħraf dan hemm il-possibbiltà tajba li tista' tilħaq l-għan tiegħek. Mhix ser tkun sitwazzjoni faċli imma int ser tissielet u kapaċi tirbaħ dak li tant tixtieq. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma:8, 11, 12 u 14. Scorpio huma magħrufin bħala nies ta' moral effettiv. Namaste Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad- 19 ta' Jannar F'dan iż-żodjaku ta' Scorpio għalik bħala Capricorn ser joffrilek dak il-mument li għandek tagħraf x'verament tixtieq kemm għalik u anke għall-ħajja ta' madwarek. Issa trid tagħraf iżjed ir-responsabbiltà tiegħek u trid turi kemm int matur kemm għal dak li hemm madwarek kif ukoll għal dak li riesaq lejk. Irrifletti. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 8, 10, 11 u 13. Capricorn huma magħrufin għall-immaġinazzjoni tagħhom. Namaste Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu F'dan iż-żodjaku ta' Scorpio għalik bħala Leo ser jerġa' jdaħħlek fl-esperjenzi tal-passat hekk kif fil-ġimgħat li ġejjin ser terġa' tkun maħkum minn it ansjetà minħabba li dan jaf ikun ta' eżami għalik sabiex tagħraf kemm int vera kapaċi tiffaċċja l-futur wara dak kollu li esperjenzajt. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. Id-dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma:9, 10, 12 u 14. Leo huma magħrufin bħala nies determinati. Namaste

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 November 2020 opt