Illum previous editions

ILLUM 8 November 2020 opt

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1307482

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 27

27 films illum • IL-ĦADD 8 TA' NOVEMBRU 2020 Carmel Bonnici Film klassiku u kult: Raiders of the Lost Ark (2) Dan l-artiklu jkompli mill- ġimgħa li għaddiet... Kif tindika din l-istorja u ħafna aktar, Raiders Of e Lost Ark hu mfawwar bl-azzjoni spissa, avventuri eċitanti u anki umoriżmu. Il-mod kif ġie interpretat wieħed mill-karattri prinċipali minn Harrison Ford, għoġob ferm lill-udjenzi. Il-film intogħġob ukoll mill- kritiċi għaliex ħareġ element ta' spirtu furjuż u avventuruż. L-atturi li ħadu sehem huma: • Harrison Ford (Indiana Jones), • Karen Allen (Marion Rav- enwood), • Paul Freeman (Belloq), • Ronald Lacey (Toht), • John Rhys-Davies (Sallah), • Denholm Elliott (Marcus Brody) u • Alfred Molina (Satipo). Dan il-film huwa 115-il minuta twil. L-ewwel li kienu kkunsidrati biex jagħmlu l-parti ta' Marion kienu Amy Irving u Debra Winger u anki Sean Young, qabel intagħżlet Karen Allen. L-isem tal-karattru ewlieni oriġinarjament kien Indiana (belt f 'Illinois) Smith. Fl-ewwel ġurnata tal- produzzjoni dan inbidel għal Jones. Min iħobb jinnota jinduna li Indy qatt ma jitlef jew jaqgħalu l-kappell minn ġo rasu minkejja l-isforzi kbar kollha li għamel, minkejja li f 'xi sequels wara ġieli tilfu. Tajjeb wieħed jinnota li l-kappell kien kbir biżżejjed biex jaħbi wiċċ l-istuntmen li jagħmlu x-xogħol perikoluż fil-parti tal- attur prinċipali, minflok Ford. Interessanti li x-xena, fil- bidunett tal-film, meta blata tonda kbira tinżel qisha ballun enormi wara Harrison Ford vera seħħet u nħadmet ħames darbiet, minn angoli differenti. Interessanti wkoll li meta Ford jispara fuq attakkant bix-ximitarra, din ma kinitx fl-iscript għax suppost li uża l-frosta biex ineħħilu x-xabla minn idu, imma billi kemm hu kif ukoll oħrajn kienu qed ibatu minħabba ikel ħażin li kielu fejn kien qed jinġibed il-film (it- Tuneżija), ma setax jagħmel dan u sparalu. Id-direttur Steven Spielberg għoġbitu l-idea u ħalliha fil-film. Mill-cast kollu kien id- direttur biss li ma kellux problemi b'imsarnu għax ġab l-ikel miegħu. Il-frosta ta' Indiana Jones inbiegħat f 'Diċembru 1999 f 'irkant ta' Christie f 'Londra għal $43,000. Il-ġakketta u l-kappell jinsabu fil-Mużew Smithsonian. Pat Roach, lottatur Brittaniku jmut darbtejn fil-film, darba bħala l-gwida Sherpa li jinħaraq fil-Bar u darba oħra bħala mekkanik Germaniż li jinqabad minn skrun ta' ajruplan. Minkejja l-esperjenza u l-fama anke f 'dak iż- żmien ta' George Lucas u Steven Spielberg, l-ebda studjo ta' Hollywood ma ried ikollu x'jaqsam ma' din il-produzzjoni sakemm ipperswadew lill-Paramount Pictures. Għal dan il-film, din il-kumpanija wżat il- logo tagħha li kienet tuża fis-snin 40 u 50, bid-differenza li taħt jidhru l-kliem: A Gulf & Western Company. Dawn kienu s-sidien ta' dak iż-żmien ta' dan l-istudjo. Raiders Of e Lost Ark sewa $22 miljun biex inħadem u globalment il-film daħħal $389,925,971. Is-sequels kienu: • I n d i a n a Jones And e Temple Of Doom (1984) li qam $28.7 miljuni u daħħal $333,107,271. • Indiana Jones And e Last Crusade (1989) b'Sean Connery bħala Professor Jones, missier Indy. Kellu baġit ta' $48 miljun u daħħal $474,171,806. • Indiana Jones And e Kingdom Of e Crystal Skull (2008), terġa' taħdem Karen Allen u Shia La Boeuf bħala t-tifel tagħha u ta' Indy. Issa, Harrison Ford kellu 66 sena. Din il-produzzjoni kienet swiet $185 miljun u ġabret is-somma ta' xejn inqas minn $786,636,033 hekk kif kisbet suċċess madwar id-dinja.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 November 2020 opt