Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1307482
06 aħbarijiet IL-ĦADD 8 TA' NOVEMBRU 2020 • illum 'Diskriminazzjoni' – Sidien ta' ristoranti u snack-bars jilmentaw YENDRICK CIOFFI Sidien ta' ristoranti li jinsabu f 'każini tal-banda, ilmentaw mal-gazzetta ILLUM dwar il- fatt li peress li l-każini jinsabu magħluqa kompletament, għall- kuntrarju ta' ristoranti oħra, huma ma jistgħux jiħu u dan minkejja li bħal kulħadd kienu nefqu l-flus biex ikunu jistgħu jimxu mal-protokolli mħabbra mill-awtoritajiet. Bħas-sidien tar-ristoranti f 'każini tal-banda li tkellmu mal-ILLUM, hemm ukoll sidien ta' ristoranti f 'każini oħra soċjali, politiċi u sportivi u dan ikkonfermah mal- gazzetta ILLUM Philip Fenech, il-President tas-sezzjoni għas- setturi tat-turiżmu, l-ospitalità u d-divertiment, fi ħdan il-Kamra għan-Negozji Żgħar u Medji. Mistoqsi dwar dan Fenech insista li hemm każini li wieħed jiem li kellhom jingħalqu għax iservu sempliċiment ta' bar, fejn persuni jinġabru, jixorbu, jilagħbu xi logħba billiard u l-aktar l-aktar ikollhom xi it plattini bl-ikel. Mill-banda l-oħra, hemm każi ta' sidien li krew partijiet minn każini biex setgħu għamlu ristoranti, daqs kwalunkwe ristorant ieħor. "Għandek każini li għandhom ristoranti famużi għall-fenkati u oħrajn li jservu kull tip ta' ikel. Nista' nsemmi lista sħiħa," insista Fenech. Fil-fatt, Fenech appella biex dawk il-postijiet fejn persuni verament imorru fihom biex jieklu, għandhom jinżammu miuħa fuq l-istess prinċipji li baqgħu miuħa r-ristoranti. "Dawn ma għandhom xejn differenti minn ristoranti oħra," insista Fenech. Iddeskriva wkoll bħala diskriminatorja l-miżura li wasslet biex ir-ristoranti jistgħu jservu l-alkoħol, filwaqt li dawk li għandhom liċenzja ta' snack-bar ma jistgħux. "Għaliex ma għandnix immur ġo snack-bar u nieħu tazza nbid biex inniżżel l-ikel kif jagħmel persuna li jmur f ' r i s t o r a n t ? Forsi jiena l-ikla tiegħi hija ira, platter jew platt ross u għalhekk nippreferi mmur ġo snack-bar. Din ukoll diskriminazzjoni," insista Fenech. "Mhux ngħidlek tixrob biex tisker imma tixrob biex tniżżel l-ikel. L-għan ewlieni tal- istabbiliment irid ikun l-ikel." 'Mhux sew li negozju jfalli għax ġie mitlub jagħlaq' Ma' Philip Fenech, il-gazzetta ILLUM tkellmet ukoll dwar l-għajnuna mogħtija mill-Gvern fil-Baġit għal dawk in-negozji li kienu milquta ħażin mill- pandemja tal-Covid-19. Fost dawn, il-Gvern semma kif is- suppliment tal-paga, anke jekk se jinbidel xi it, se jkun qed jibqa' jingħata sa Marzu li ġej filwaqt li f 'Jannar se jkunu qed jingħataw ukoll mill-ġdid il-vouchers. Iżda dan tħabbar qabel mal- Gvern kellu jerġa' jagħlaq mill- ġdid diversi stabbilimenti, fosthom il-bars u l-każini. L-ILLUM staqsiet lil Fenech jekk jaħsibx li l-għajnuna mħabbra mill-Baġit hija biżżejjed għal dawn l-istabbilimenti li għal aktar minn xahar kellhom iniżżlu s-shutters u jsakkru l-bibien tagħhom. Fenech saħaq kif filwaqt li wieħed jiem li l-awtoritajiet tas- saħħa qed jipprovaw jikkontrollaw l-imxija tal-pandemija, mill- aspett ekonomiku insista li dawn il-miżuri ġew fi żmien meta s-sitwazzjoni kienet diġà diffiċli ħafna. "Nibqa' ninsisti li l-industrija tad-divertiment hija biss fattur wieħed mill-istampa kollha. Fl-aħħar mill-aħħar hija l-imġieba individwali tagħna li tgħodd," saħaq Fenech. Beda jsemmi l-clubs u fakkar li anke jekk dawn mhumiex ħafna, ilhom ġimgħat sħaħ magħluqa u tilfu l-aktar żmien importanti għalihom. "Veru li minnhom ma tantx hawn, imma l-it li hawn jieħdu l-volumi tan-nies u jimpjegaw ħafna nies ukoll," fakkar Fenech. Kompla jisħaq kif anke qabel kienu mitluba jagħlqu, l-istabbilimenti, partikolarment dawk tax-xorb u tal-ikel, kellhom inaqqsu mill-kapaċità tagħhom. "Għalihom kienet digà daqqa għax ma kinux qed idaħħlu biżżejjed nies. Kien hemm nuqqas ta' domanda għax naqsu t-turisti u dawk li kellhom domanda ma setgħux idaħħlu nies kemm xtaqu," kompla jisħaq. "Dawn għalihom kienet diġà diffiċli biex jagħmlu profitt jew biex almenu jibbilanċjaw l-ispejjeż." Fil-fatt, kif ġieli qal mal-ILLUM, Fenech insista li mnalla kien is- suppliment tal-paga, il-vouchers u miżuri oħra fosthom l-għajnuna biex in-negozji setgħu ħallsu l-kera u jlaħħqu mal-kontijiet tad- dawl u l-ilma. Madanakollu, Fenech saħaq li d-daqqa li se jkunu ħadu dawk l-istabbilimenti li issa kienu kostretti jerġgħu jagħlqu, "se tkun akbar minn dik li diġà ħadu." Fakkar li ċertu stabbilimenti ikollhom ukoll ċertu stocks li jkunu se jiskadu u din kienet sfida li dawn iffaċċjaw ukoll f 'Marzu. 'Is-sitwazzjoni kienet diġà ssikkata u se tkompli tissikka' "Is-sitwazzjoni kulma jmur qiegħda dejjem tissikka," insista Fenech waqt li spjega kif bħalissa għaddejin id-diskussjonijiet mal-Gvern dwar dan. "Mhux sew li negozju jfalli għax ġie mitlub jagħlaq." Kien għalhekk li Fenech insista li fiċ-ċirkostanzi kif ġew, anke għax din is-sitwazzjoni ma kinitx mistennija, l-għajnuna tal-Gvern trid tmur oltre minn dak li tħabbar fil-Baġit. "Kif inhi s-sitwazzjoni, iridu naraw kif se nikkompensaw lil dawn in-negozji. Mhux sew li negozju jispiċċa jfalli għax ġie sfurzat jagħlaq, għalkemm nifhmu s-sitwazzjoni wkoll," insista Fenech. Kompla jispjega li wieħed ma jistax iħares biss lejn xahar iżda s-sena kollha. Uħud minn dawn l-istabbilimenti kellhom jagħlqu f 'Marzu, fetħu b'restrizzjonijiet u kellhom jonfqu l-flus biex jimplimentaw ċertu miżuri, ma kienx hawn it-turiżmu, l-infiq naqas u issa reġgħu kellhom jagħlqu. "Il-fatt li dawn reġgħu magħluqa se tkompli tissikka sitwazzjoni li diġà kienet issikkata," tenna, waqt li fakkar li kien hemm negozji li jiddependu kważi għal kollox mit-turiżmu u dawn spiċċaw letteralment bla dħul ta' xejn, fejn baqgħu jissapportu t-telf biex ma jitilfux il-pożizzjoni tagħhom fis-suq. Mistoqsi x'miżuri jixtieq li jara, Fenech insista li l-akbar spejjeż li għandhom in-negozji huma l-pagi, li għaliha hemm is-suppliment tal-paga, il-kera, speċjalment għal dawk li jinsabu f 'żoni popolari u anke l-kontijiet tad-dawl u l-ilma. Fakkar kif miżuri bħal dawk li kien ħabbar il-Gvern biex jgħin lin-negozji jlaħħqu mal-kontijiet tad-dawl u l-ilma u anke l-kera spiċċaw f 'Settembru. "Jekk stabbiliment jinsab magħluq, ma tistax titfi l-fridges," insista Fenech. Dwar il-kera, waqt li rrikonoxxa li kien hemm sidien ta' kera li laħqu ftehim mal-inkwilini u naqsulhom il- kera, kien hemm oħrajn li ma ċċaqalqu xejn. "Jekk int għandek post magħluq, jew inkella miftuħ imma ma hemmx xogħol, min fejn se tħallasha l-kera? Hija realtà wkoll li l-Gvern ma jistax jagħmel tajjeb għall-ispejjeż kollha li għandhom in-negozji. Imma l-Gvern jista' joħroġ b'pakkett biex jgħinuhom ikampaw mal-ispejjeż," temm jispjega. Sidien ta' ristoranti li jinsabu f'każini tal-banda jew każini politiċi lmentaw dwar il-fatt li huma, għall-kuntrarju ta' ristoranti oħra, ma jistgħux jiftħu għas-sempliċi raġuni li l-każini ngħalqu kompletament Philip Fenech