'Diskriminazzjoni' –
Sidien ta' ristoranti f'
każini jilmentaw
www.illum.com.mt
ARA PAĠNI 4 u 5
€1.25 IL-ĦADD 8 TA' NOVEMBRU 2020 • NRU 734
Id-diżordni
alimentari fost
l-adoloxxenti
Maltin
Be part of our success
Let's Be Frank. We offer you a CAREER in real estate. With a positive attitude
and solid work ethics there are no limits to your earnings and personal growth.
Time to #BeFrank
franksalt.com.mt/BeFrank
ARA PAĠNA 3
PAĠNA 6
Inkjesta dwar
irregolaritajiet
fil-Lands fi
żmien Jason
Azzopardi
Id-Deputat Nazzjonalista Jason
Azzopardi li huwa marbut intrinsikament
mal-ġlieda favur is-Saltna tad-Dritt u
Avukat għall-familja Caruana Galizia,
qiegħed f 'nofs kontroversja marbuta ma'
inkjesta kriminali dwar korruzzjoni u
frodi fid-Dipartiment tal-Artijiet u dan
meta hu kien Segretarju Parlamentari fl-
2013.
Fil-fatt, fid-9 ta' Mejju 2013 kienet
infetħet inkjesta mill-Maġistrat tal-
Għassa, Giovanni Grixti dwar frodi,
miżaproprijazzjoni u korruzzjoni, fost
oħrajn, b'rabta ma' deċiżjonijiet li ttieħdu
mid-Dipartiment tal-Artijiet li kien jaqa'
taħt ir-responsabbilità tas-Segretarjat
Parlamentari li kien imexxi Jason Azzopardi
fi żmien l-amministrazzjoni tal-Prim
Ministru Lawrence Gonzi.
L-inkjesta inkwistjoni tikkonċerna
deċiżjonijiet marbuta ma' art pubblika li
kienet ingħatat lil persuni li għandhom
djar f 'Għajn Dwieli, kostitwenza ta' Jason
Azzopardi.
L-ispettur li kien ħadem fuq dan ir-rapport
kien Jonathan Ferris li huwa magħruf għall-
fatt li kien telaq mill-Korp tal-Pulizija u mar
jaħdem mal-FIAU, l-Aġenzija għall-Gvern
Kontra l-Ħasil tal-Flus, sakemm tneħħa.
Tkompli f 'paġna 3
MAR IL-
HILTON TA'
TEL AVIV U
ĦALLASLU
TUMAS
GROUP