Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1307482
02 aħbarijiet IL-ĦADD 8 TA' NOVEMBRU 2020 • illum SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Regent Pharmacy, Valletta Cosmed Pharmacy, Ħamrun Evans Pharmacy, Qormi St. Jude Pharmacy, Birkirkara Remedies Pharmacy, Msida Mensija Pharmacy, San Ġwann Stella Maris Pharmacy, Sliema St. Catherine Pharmacy, Attard Smiths PAMA Pharmacy, Mosta Gżejjer Chemists, Qawra Distinction Pharmacy, Paola Verdala Pharmacy, Bormla St. Anne Pharmacy, Marsascala Gerada's Pharmacy, Żejtun Qrendi Pharmacy, Qrendi Menelo Pharmacy, Siġġiewi Imtarfa Pharmacy, Mtarfa Batu Pharmacy, Victoria, Gozo Xagħra Pharmacy, Xagħra, Gozo MIA Airport Pharmacy Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 21˚Ċ L-INQAS: 15˚Ċ Temp Ftit imsaħħab li jsir ftit jew wisq imsaħħab f 'xi ħin Viżibilità Tajba Riħ Majjistral it-Tramuntana forza 3 għal 4 li jsir mill-Grieg il-Lvant forza 2 għal 3 L-OGĦLA: 22˚Ċ L-INQAS: 16˚Ċ Temp Ftit imsaħħab li jsir ftit jew wisq imsaħħab f 'xi ħin Viżibilità Tajba Riħ Grigal forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jdur mill- Majjistral it-Tramuntana Albert Gauci Cun- ningham SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda www.maltco.com/lotto/results/ Iċċekkja n-numri tal-lottu fuq - www.bca.org.mt GENERAL ENQUIRIES: 2095 5000 CUSTOMER CARE: 2095 5555 2095 5710 ENERGY PERFORMANCE CERTIFICATES ( EPC ) : THIRD PARTY ISSUES: 2095 5700 NEW TELEPHONE NUMBERS AS OF 9 TH NOVEMBER YENDRICK CIOFFI Bejn is-Sibt 31 ta' Ottubru u lbieraħ, total ta' 13-il persuna tilfu ħajjithom kawża tal- Covid-19. Fil-fatt, fl-aħħar jiem rajna mhux biss konsistenza fl-għadd tal-każi rrapportati kuljum imma anke żieda fl-għadd ta' pazjenti li tilfu ħajjithom. Bejn l-4 u l-5 ta' Novembru biss, mietu xejn inqas minn sitt pazjenti. L-etajiet tal-pazjenti li tilfu ħajjithom varjaw, bl-iżgħar pazjent kien għad għandu biss 54 sena. Intant l-għadd tal-każi attivi bħalissa huwa ta' 1,825 każ. Ta' min isemmi wkoll dak li qalet is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, Charmaine Gauci, waqt il-bulletin mediku ta' nhar il- Ġimgħa li għadda, jiġifieri li reġa' kien hemm għadd ta' każi fi tlett idjar tal-anzjani. Dawn huma Dar Pinto, Golden Care u anke Zammit Clapp. Fil-fatt, fil-Good Samarithan Hospital, fejn qed jittieħdu l-anzjani residenti fi djar residenzjali u li jkunu nstabu pożittivi għall-virus, hemm xejn inqas minn 59 pazjent. B'kollox, skont l-aħħar informazzjoni mogħtija mill- awtoritajiet tas-saħħa, fl-isptarijiet hemm 176 pazjent u 14-il persuna jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva. Minn meta feġġet il-pandemija, f 'Malta kien hawn 6,042 każ. 75 persuna tilfu ħajjithom, filwaqt li 4,155 persuna fiequ. Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika spjegat ukoll kif skont it- tbassir tal-Għaqda Dinjija għas- Saħħa u anke ċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni tal-Mard, il- każi mistennija jiżdiedu madwar l-Ewropa kollha fil-ġimgħat li ġejjin. Kien għalhekk li appellat lil kulħadd biex isegwi l-miżuri u r-restrizzjonijiet imposti għax dawn jistgħu jgħinu biex iż-żieda tinżamm taħt kontroll. Fil-fatt, grupp ta' organizzazzjonijiet u assoċjazzjonijiet mediċi ngħaqdu fi stqarrija jsejħu għal aktar miżuri restrittivi hekk kif it-tieni mewġa tal-Covid-19 qed tkompli tolqot lil Malta. "Is-servizzi tas-saħħa qed jiffaċċjaw kriżi li se tkompli tiggrava jekk ir-restrizzjonijiet ma jiżdidux u ma jkunux infurzati," saħqu l-assoċjazzjonijiet. Huma saħqu li bir- restrizzjonijiet preżenti qed ibassru li l-każi se jibqgħu jiżdiedu u se jibqgħu jiżdiedu wkoll il- pazjenti li jkollhom bżonn il-kura fl-isptarijiet, anke għax ix-xitwa tinsab wara l-bieb. Saħqu li dan qed ikun rifless ukoll fir-rata tal-imwiet waqt li insistew li s-servizzi tal-kura għall-każi kritiċi diġà mhux qed tlaħħaq mad-domanda. Bħalissa l-barijiet jinsabu magħluqa, filwaqt li l-isnack bars ma jistgħux ibiegħu alkoħol. L-użu tal-maskri huwa mandatorju kullimkien mill- bieb 'il barra filwaqt li ma jistax ikun ġemgħat ta' aktar minn sitt persuni fil-pubbliku. F'ġimgħa jitilfu ħajjithom 13-il persuna bil-Covid-19