Illum previous editions

ILLUM 8 November 2020 opt

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1307482

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 27

03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 8 TA' NOVEMBRU 2020 Numru ta' stejjer fuq min siefer, kiel jew iltaqa' ma' Yorgen Fenech, akkużat bħala l-mandant tal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, jistgħu jimbarazzaw ukoll għadd ta' persuni li qed jisfidaw u jisparaw bl-addoċċ kontra esponenti oħra viċin l-eks Kap Eżekuttiv ta' Tumas Group. Il-gazzetta ILLUM tista' tiżvela li l-Avukat u d-Deputat tal-Partit Nazzjonalista, Jason Azzopardi, li kkritika kemm- il darba lil dawk li kienu viċin Yorgen Fenech, mhux biss ma ddejjaqx juża s-servizzi ta' Tumas Group, imma b'mod regolari uża servizzi tal-lukanda Hilton b'xejn għax kellu kollox imħallas minn Tumas Group. Fost oħrajn, Azzopardi għamel ħamest ijiem, bejn id- 19 u l-24 ta' Lulju tal-2017, fil-lukanda Hilton ta' Tel Aviv. Azzopardi kellu l-kamra tiegħu imħallsa. Il-gazzetta ILLUM rat b'għajnejha evidenza irrifjutabbli ta' dan il-ħlas li gawda minnu Azzopardi. Waqt il-progamm Xtra ta' nhar il-Ħamis li għadda, Jason Azzopardi qal li sakemm jiftakar sew, ma kien ħa xejn minn Tumas Group u enfasizza li hemm differenza kbira bejn dak li seta' ġara qabel Novembru 2018 u wara li ħarġet l-istorja li l-kumpanija 17 Black kienet fil- fatt ta' Yorgen Fenech. Fl-aħħar jiem, Azzopardi kkritika bl-aħrax lil Joe Cuschieri, Kap Eżekuttiv tal- MFSA, talli kien aċċetta safra ma' Yorgen Fenech biex imur Las Vegas. Din is-safra seħħet f 'Mejju tal-2018, sitt xhur qabel l-aħbar ta' 17 Black. Fl-programm Xtra tal-Ħamis li għadda Azzopardi qal li ma jiftakarx li ħa xi ħaġa mingħand Tumas Group Fl-2017 Jason Azzopardi mar il-Hilton ta' Tel Aviv u ħallaslu l-kamra Tumas Group Il-Hilton f 'Tel Aviv Tkompli minn paġna 1 Iżda l-aktar ħaġa surreali hija kif waqt li l-inkjesta kienet għadha miuħa u Ferris ressaq ir-rapport, li seta' u jista' jkollu konsegwenzi fuq il-karriera politika ta' Jason Azzopardi, Ferris spiċċa rrikorra għand l-istess Azzopardi biex dan ikun l-avukat tiegħu. F'kummenti mal-gazzetta ILLUM, Ferris kkonferma li kien ġie mqabbad mill- Kummissarju tal-Pulizija ta' dak iż-żmien biex jaħdem dwar rapport li kien sar dwar għoti ta' art pubblika lill-privat. Ferris qal: "Niakar li fil-bidu ta' Mejju 2013, is-Segretarju Parlamentari Michael Farrugia kien ġie d-Depot għand il- Kummissarju Peter Paul Zammit, b'rapport intitolat: Rapport li l-Lands u l-MEPA kienu b'mod irregolari trasferixxu u approvaw żvilupp mill-privat fuq art tal- Gvern, liema art skont dan ir-rapport, ma setgħetx tinbigħ jew tiġi akkwistata mill- privat. Il-Kummissarju kien bagħat għalija u inkarigani bill-każ ... Jien tlabt il-uħ ta' Inkjesta Maġisterjali u din infetħet fid-9 ta' Mejju 2013 mill-Maġistrat G. Griscti." Ferris ikkonferma wkoll li meta kien għadu spettur, Jason Azzopardi kien l-avukat tiegħu. Minkejja l-fatt li Jason Azzopardi kien politikament responsabbli mid-Dipartiment tal-Artijiet, Ferris ma sab l-ebda raġuni għaliex Azzopardi kellu jigi mistoqsi. "Sa dakinhar li jien xehedt f 'Lulju 2014, Dr Azzopardi ma kienx l-avukat tiegħi. Huwa sar l-avukat tiegħi lejn l-aħħar tal- 2016, sentejn u nofs wara li jien xehedt u tliet snin u nofs wara li bdiet l-inkjesta msemmija. Miegħu la tkellimt u lanqas kelli għalfejn nitkellem fuq din l-inkjesta, qatt, għas-sempliċi raġuni li lanqas biss tikkonċernah. Sakemm spiċċajt mill-Korp tal- Pulizija, fl-20 ta' Mejju 2017, nista' ngħidlek li lanqas iż-żewġ Magistrati Inkwirenti (la l-Magistrat Griscti u lanqas il-Maġistrat Monica Vella), qatt ma ħassew il-ħtieġa jew taw struzzjonijiet lill- Pulizija, biex jixhed Azzopardi, tant kemm ma kellu ebda sehem." Jonathan Ferris ma spjegax għaliex inkjesta bħal din ma kellix minn tal-inqas tħares lejn min kien responsabbli. "Sa fejn nista' niakar, jien tajt ix-xhieda tiegħi quddiem il-Magistrat Inkwirenti fit- 22 jew 23 ta' Lulju 2014. Sa dakinhar li xehedt fl-2014 u sa dakinhar li spiċċajt mill-Korp f 'Mejju 2017 niakar li l-Pulizija ma kienet sabet ebda traċċi ta' xi reat, irregolarità jew illegalità f 'dan il-każ." Kif wieġeb Jason Azzopardi? Il-gazzetta ILLUM tkellem ukoll ma' Jason Azzopardi li kkonferma li kien deher quddiem il-Maġistrat Monica Vella wara li kien għamel rikors. Huwa qal hekk: "Jien xehedt quddiem il-Maġistrat Monica Vella fl-2015 u infurmajtha b'dan kollu kif ukoll li: • jiena ma kelli ebda sehem fl-2011 biex ħareġ dan it-tender fuq talba tar-residenti ħlief li bħala Segretarju Parlamentari, kif kien dmiri, approvajt is-sejħa tal-Lands fil-Gazzetta tal-Gvern ... skont il- proċeduri normali; • id-dipartiment tal-artijiet, biex jiżgura li kull min seta' japplika jkun infurmat, bagħat ittra, li jiena mingħalija kont approvajt, lil kull resident ta' dik il- parti tat-triq, għax it huma r-residenti li jaqraw kuljum il-Gazzetta tal-Gvern. Ma kien hemm ebda obbligu fuq id- Dipartiment tal-Artijiet li jagħmel dan imma kienet xi ħaġa ġusta u għaqlija biex ħadd ma jkun jista' jgħid li ma kienx jaf. Hekk jagħmel min iħobb it-trasparenza u jobgħod il-ħabi; • mhux ir-residenti kollha ta' dik il-parti tat-triq kienu applikaw għax kienu lmentaw li l-prezz tal-Lands kien għoli wisq." Azzopardi insista li hu qal lill-Maġistrat li kien se jibqa' għad-dispożizzjoni tagħha. "Qaltli li kienet tiddubita ħafna li jkollha bżonni fil-futur għax l-inkjesta ma kinitx dwari u li ma kien jidher xejn irregolari," insista Azzopardi. Azzopardi kif wieġeb waqt il-programm XTRA? Il-Ħamis li għadda, waqt il-programm XTRA, Saviour Balzan, staqsa lill-istess Azzopardi jekk kienx konxju ta' din l-inkjesta u r-responsabbilità politika marbuta magħha. Minflok wieġeb, Azzopardi qal lil Balzan biex jistaqsi dwar l-eks Chief of Staff f 'Kastilja Keith Schembri u l-eks Ministru Konrad Mizzi. Iżda Balzan kkonfronta lil Azzopardi biex iwieġeb jekk kienx konxju tar- responsabbilità politika li għandha tinġarr jekk din l-inkjesta tinqata' kontra d-Dipartiment tal-Artijiet u li saħansitra tista' twassal għar-riżenja tiegħu bħalma kellu jagħmel il-Ministru Michael Falzon minħabba l-każ ta' Gaffarena. Iżda Azzopardi insista li hemm differenza "lampanti" meta inkjesta tkun dwar dekasteru jew meta tkun dwar persuna. Mal-ILLUM huwa qal ukoll li wara l-programm Xtra, hu kiteb lill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali biex jistaqsi dwar l-inkjesta u wieġbu li din għadha mhux konkluża u ma waslitx għandu. Għadha miftuħa inkjesta dwar korruzzjoni fid-Dipartiment tal-Artijiet li kien jaqa' taħt is-Segretarjat Parlamentari ta' Jason Azzopardi Jonathan Ferris

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 November 2020 opt