Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1307482
04 analiżi IL-ĦADD 8 TA' NOVEMBRU 2020 • illum 1,675 adoloxxent f'Malta potenzjalment Studju riċenti li sar mill- Fakultà għall-Ħarsien tas-Soċjetà jitfa' aktar dawl fuq id- diżordni alimentari fost l-adoloxxenti Maltin hekk kif Dar Kenn għall-Saħħtek tinnota li kulma jmur aktar qed ikun hemm adoloxxenti li qed ifittxu l-għajnuna tagħha YENDRICK CIOFFI Studju riċenti li sar mill-Fakultà għall-Ħarsien tas-Soċjetà fost 400 adoloxxent li għandhom bejn 10 u 16-il sena, wera kif potenzjalment, madwar 1,675 adoloxxent f 'Malta qed ibatu minn diżordni alimentari (eating disorder) u jikkonkludi kif anke jekk dan huwa persentaġġ żgħir tal-popolazzjoni, xorta waħda hemm lok għal tħassib. L-istudju, magħmul mill- Professur Andrew Azzopardi u l-Uffiċjal tar-Riċerka fi ħdan il- Fakultà, Annabel Cuff, sar wara li Dar Kenn għal Saħħtek, innutat kif aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qed ikun hemm adoloxxenti u persuni ta' età iżgħar li jitolbu l-għajnuna tagħha. Dar Kenn għal Saħħtek kienet twaqqfet wara studju li kien sar fl-2012 ( fost persuni li għandhom bejn 15 u 50 sena) u kien wera għall-ewwel darba kif il-prevelanza tad-diżordni alimentari f 'Malta hija simili għal dik fil-pajjiżi l-oħra Ewropej. Fil-fatt għalkemm dan l-istudju jibni fuq dak tal-2012, huwa l-ewwel wieħed li ffoka fuq l-adoloxxenti Maltin u d-drawwiet alimentari tagħhom. L-istudju wera kif minn fost l-400 adoloxxent li ġew magħżula biex jipparteċipaw, 5.5% irriżulta li jbatu minn diżordni alimentari. Minn dawn, 3.25% kienu bniet filwaqt li 2.25% kienu subien. Jekk wieħed iqabbel dan il- kampjun mal-popolazzjoni ġenerali tal-adoloxxenti Maltin li għandhom bejn 10 u 16-il sena, potenzjalment hawn 990 tifla u 685 tifel li qed ibatu minn diżordni alimentari. Anke jekk il-prelevanza tad- diżordni alimentari tidher aktar għolja fis-sess femminil, jidher li din qed tiżdied ukoll fost is-sess maskili. Fil-fatt, l-istess studju jikkonkludi li potenzjalment, is-subien x'aktarx li huma aktar affettwati mill-bniet. Minn dan l-istudju ma jidhirx li rriżultat xi rabta sinifikanti bejn l-età, is-sess jew inkella l-istatus soċjo-ekonomiku tal-persuni li ħadu sehem. Imma x'inhi eżatt diżordni alimentari? L-Assoċjazzjoni Psikoloġika Amerikana (APA) tiddefinixxi d-diżordnijiet alimentari bħala drawwiet alimentari mhux normali li jistgħu jkollhom effett mhux biss fuq is-saħħa iżda anke fuq il-ħajja tal-persuna. Anke jekk hemm sitt tipi differenti ta' diżordnijiet alimentari, meta wieħed jaħseb f 'diżordni alimentari, aktarx li tiġih f 'moħħu biss l-Anorexia Nervosa u forsi bir-raġun għax anke jekk mhijiex l-aktar waħda komuni, għandha l-ogħla rata ta' mortalità. Madanakollu hemm forom oħra ta' diżordnijiet alimentari, fosthom il-bulimja u l-estrem l-ieħor tal- Anorexia, jiġifieri dik magħrufa bħala l-Binge Eating Disorder, fejn persuna titlef il-kontroll u tikkonsma ammont eċċessiv ta' ikel f 'perjodu qasir, tant li ħafna minn dawk li jbatu minn din id- diżordni, ikollhom ukoll problemi ta' obeżità. Hemm imbagħad diżordni oħra li dan l-istudju jagħmel ħafna referenza għaliha anke għax kull ma jmur, qed issir dejjem aktar komuni. Din hija l-Avoidant/ Restrictive Food Intake Disorder (ARFID). Bażikament, persuna li tbati minn din il-kundizzjoni tagħżel li tevita għal kollox ċertu kategoriji ta' ikel, fejn saħansitra tiżviluppa wkoll ċertu phobia (biżgħa), pereżempju għax tibża' li tixraq u tifga waqt li tkun qed tiekol Dan jista' jwassal għal kumplikazzjonijiet għax persuna ma tkunx qed tieħu biżżejjed nutrijenti. Ħafna drabi gruppi sħaħ ta' ikel ikunu esklużi mid- dieta ta' dawn il-persuni, fosthom il-laħam u l-ħaxix. Għaliex persuna tiżviluppa diżordni alimentari? Ir-riċerkaturi jispjegaw kif hemm diversi raġunijiet għaliex persuna tista' tiżviluppa diżordni alimentari. Ġeneralment dawn jiċċentraw madwar ix-xewqa tal- persuna li tikkontrolla kemm tiekol, iżda dak li jibda bħala attentat biex persuna tonqos jew tiekol aktar ikel bnin, jispiċċa jitlef il-kontroll. Iżda jista' jkun hemm raġunijiet oħra. Jekk fil-familja ġieli kien hemm każi simili ta' diżordni alimentari jew inkella meta jkun hemm pressjoni mill-familja fuq il-persuna biex titlef il-piż, kollha jistgħu jkunu raġunijiet. Hemm ukoll raġunijiet psikoloġiċi u emozzjonali, bħal ansjetà, id-dipressjoni jew inkella dak magħruf bħala low-self estreem. Abbuż jew inkella trawma ukoll jistgħu jikkawżaw diżordni alimentari. Forsi l-aktar raġuni komuni hija dik marbuta mas-self-esteem, fejn persuna ma tkunx komda bid- dehra u saħansitra tkun imdejqa b'ġisimha. Ma ninsewx li fl-etajiet li qed nitkellmu dwarhom, il-ġisem tal-adoloxxenti jkun għaddej minn diversi bidliet u dan biex ma nsemmux ansjetajiet oħra fosthom l-istress ikkawżat mill-istudju u l-eżamijiet. Dan jista' jkun sfurzat fuq il-persuna anke għax tkun kontinwament qed tara immaġini idealizzati (xi drabi impossibbli) ta' sbuħija femminili fuq il-midja, kemm dik tradizzjonali u anke soċjali. Iżda llum, dan ma jgħoddx biss għan-nisa. L-irġiel ukoll qed ikunu kontinwament assedjati b'dawn l-immaġini idealizzati tal-ġisem tar-raġel. Biżżejjed tara riklam jew filmat fuq il-midja soċjali. Fil-fatt, anke jekk id-diżordni alimentari tibqa' l-aktar taffettwa n-nisa ta' età żgħira, kulma jmur qed jiżdiedu wkoll il-każi fost l-irġiel u anke nisa ta' età akbar. X'inhuma l-effetti tad-diżordni alimentari? Persuna tista' ddum tbati minn diżordni alimentari minn it snin għal aktar minn 15-il sena u fil-fatt ir-riċerkaturi jisħqu kif dan ikollu effett mhux biss fuq il-persuna nnifisha imma anke fuq dawk Post of Tradesman Applications are invited for the posts of Tradesmen in the Ministry for Transport, Infrastructure and Capital Projects in the below trades: - Sprayer/Panel Beater - Plumbing - Mechanic - Mason - Carpentry - Plasterer and Painter - Welder and Fabricator - Tile Layer - Electrician Applicants must be in possession of the Journeyman's Certificate in the related trade after having successfully completed the relative course of study under the Extended Skills Training Scheme (ESTS) or a recognised, appropriate, comparable or higher qualification. Public Officers whose competence in the related trade has been certified by a Trade Testing Board set up under the Employment and Training Services Act or a relevant comparable programme in the field at MQF Level 2, can also apply. Applications must be submitted on the Recruitment Portal only at the following address https://recruitment.gov.mt. The closing date of applications is 17.15 hrs of Friday, 20 th November 2020. Further details may be obtained from the Government Gazette dated 6 th November 2020 or by sending an email on recruitment.mtip@gov.mt. People Management Directorate, Support Services Division, Block 'A', Francesco Buonamici Street, Floriana FRN 1700 Tel.: (+356) 2292 7864, e-mail: recruitment.mtip@gov.mt Persuni li jbatu mill-bulimja jew inkella l-Binge Eating Disorder, ħafna drabi jesperjenzaw emozzjonijiet ta' mistħija u ħtija