11
aħbarijiet
illum • IL-ĦADD 8 TA' NOVEMBRU 2020
qed jgħixu 108 adulti u 89 tifel u
tifla. Madankollu ma damux wisq
jistkennu hemm, għax fil-Gazzetta
tal-Gvern f 'Settembru 1940 ġie
ppubblikat avviż fejn ġie ddikjarat
li wara l-1 ta' Ottubru ħadd ma
seta' jkun f 'Għar Dalam mingħajr
il-permess tal-awtoritajiet militari.
John J. Borg jemmen li minkejja
li bis-saħħa tal-iskavi li saru matul
is-snin għandna ħafna tagħrif siewi
dwar Għar Dalam, għad hemm
ferm iżjed x'niskopru dwar dan is-
sit, bl-għajnuna tat-teknoloġija u
tar-riċerka kontinwa li ssir.
Huwa fakkar li għalkemm Għar
Dalam huwa assoċjat l-aktar mal-
paleontoloġija u l-arkeoloġija,
is-sit għandu wkoll importanza
ekoloġika kbira. Biżżejjed ngħidu
li llum fl-għar jgħixu żewġ speċi
ta' friefet il-lejl, kolonja ta' għasafar
tal-bejt, naħal, brimb u insetti
oħra, kif ukoll l-Armadillidium
għardalamensis.
Dan huwa tip ta' ħanżir l-art
li ma jinstab imkien iżjed ħlief
f 'Għar Dalam u li fil-fatt ħa l-isem
xjentifiku tiegħu minn dan l-għar.
Jgħix fl-iżjed partijiet mudlama
tal-għar u minħabba f 'hekk la
għandu kulur u lanqas għajnejn, u
ġismu hu trasparenti.
Meta jħossu mhedded ma jsirx
ballun bħal dud ieħor, iżda jiċċattja
ruħu u jaqbad ma' xi mkien ċatt,
l-istess bħalma tagħmel imħara.
Jekk tixtieq tisma' lil Għar
Dalam jirrakkontalek ġrajjietu,
żur is-sit u l-mużew f 'Birżebbuġa.
Il-ġranet tal-uħ huma s-Sibt, il-
Ħadd u t-Tlieta mill-10.00am sal-
4.30pm.
Għar Dalam, li tħaffer bil-gelgul
kontinwu tal-ilma ta' xmara li
kienet għaddejja minn fuqu
STARTUP
CAFÉ
Online
Edition
L-ewwel dewqa tal-viżitatur
f 'waħda mis-swali rinovati