Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1307482
10 aħbarijiet IL-ĦADD 8 TA' NOVEMBRU 2020 • illum GĦAR DALAM ESPERJENZA ĠDIDA FL-EQDEM SIT PREISTORIKU TAGĦNA Minn meta konnha għadna l-iskola u nisimgħu dwaru kif jaffaxinana. F'Marzu li għadda ngħalaq u nfetaħ isbaħ minn qatt qabel. X'sar eżatt f'Għar Dalam matul l-aħħar xhur? X'se ssib ġdid jekk terġa' tmur? Fuq kollox, x'nafu dwar l-għar? DANIELA ATTARD BEZZINA, HERITAGE MALTA Jekk hawn post f 'Malta fejn tħossok ħriġt mid-dinja tal- lum u dħalt f 'dik ta' eluf ta' snin ilu, dan huwa Għar Dalam. Il- ħemda sewdiena t'hemm isfel tirrakkontalek ġrajja li rat il-bidu tagħha b'gelgul ta' ilma jħaffer l-art ratba ta' taħtu, kompliet bil-wasla ta' ljunfanti, orsijiet u annimali oħra li qatt ma rġajna rajna bħalhom fi gżiritna, u ssoktat bil-miġja tal-ewwel bnedmin fuq din l-art. Fil-ħemda sewdiena t'hemm isfel tiem fejn huma għeruqek. Is-sit u l-mużew ta' Għar Dalam dan l-aħħar reġgħu nfetħu għall- pubbliku wara li kienu ilhom magħluqin minn Marzu li għadda, meta Heritage Malta bdiet twettaq xogħlijiet estensivi fdati lill-imħuħ u l-idejn tal-ħaddiema tagħha stess. B'investiment ta' €250,000 mill-fondi ta' Heritage Malta, ix- xogħlijiet kienu jinkludu r-rinovar taż-żewġ swali ewlenin tal-mużew ta' Għar Dalam; oġġetti esebiti għall-ewwel darba; intrata aktar dinjituża u ħanut b'dehra isbaħ; u servizz imtejjeb ta' interpretazzjoni kemm għall-adulti kif ukoll għat- tfal. Fl-għar innifsu nbidlet is- sistema tad-dawl, filwaqt li fil-bqija tas-sit tneħħiet il-veġetazzjoni aljena kollha u ġiet sostitwita b'waħda indiġena. Is-sit issa jinkludi wkoll ġnien edukattiv bl-isem Ġnien Dinja Waħda, fejn l-għalliema jistgħu jmorru mal- istudenti tagħhom għal lezzjonijiet interattivi f 'kuntatt man-natura. Dan kollu sar bħala parti minn proġett ferm ikbar li ladarba jitwettaq se jara lis-sit ta' Għar Dalam isir parti minn park li jkun jinkludi erba' widien – Wied Dalam, Wied Żembaq, Wied Saptan u Wied Qotna – u jwassal sa tarf Ħal Safi. Il-ġrajja ta' Għar Dalam bdiet issir magħrufa fl-1865, meta Arturo Issel, naturalista minn Genoa, għamel l-ewwel skav ġo fih. Dak iż-żmien fl-Ewropa kollha kien hemm kilba għal tagħrif dwar l-ewwel bnedmin fid-dinja u Issel ġie Malta bil-ħsieb li jiskava diversi għerien u jikseb xi it minn din l-informazzjoni tant mixtieqa. F'dak l-ewwel skav huwa sab fdalijiet ta' bnedmin u ta' annimali, fosthom għadma ta' ippopotamu. Warajh komplew oħrajn, fosthom John Henry Cooke, Napuljun Tagliaferro, Giuseppe Despott, Joseph Baldacchino, u George Zammit Maempel li kien assistit minn John J. Borg, illum Kuratur Anzjan għall-Istorja Naturali fi ħdan Heritage Malta. Iżda x'inhu dak li jagħmel lil dan l-eqdem sit preistoriku tagħna daqstant speċjali? Skont John J. Borg, l-aspett uniku ta' Għar Dalam huwa l-fatt li joffri sekwenza mhux interrotta ta' saffi stratigrafiċi li jmorru lura sa Żmien is-Silġ u jibqgħu ġejjin sa żminijietna. L-għar tħaffer bil- gelgul kontinwu tal-ilma ta' xmara li kienet għaddejja minn fuqu daqs miljun sena ilu. Madankollu, l-eqdem saff ta' fdalijiet fl-għar huwa ħafna iżjed "riċenti" u jasal sa madwar 130,000 jew 180,000 sena ilu. Huwa f 'dan is-saff li nstabu l-fdalijiet ta' annimali li għexu f 'Malta fi Żmien is-Silġ. Hawnhekk tajjeb li jingħad li waqt li l-bqija tal-Ewropa kienet għaddejja minn Żmien is-Silġ, Malta kienet qed tesperjenza żmien ta' xita. Xita qawwija u bla waqfien li kaxkret annimali u ħaffret widien. Fil-fatt ħafna mill-widien li għandna f 'pajjiżna, inkluż Wied Dalam, iffurmaw dak iż-żmien. Il-livell tal-baħar tbaxxa bejn 80 u 90 metru, u dan wassal għall-kxif ta' art li qabel kienet taħt il-baħar bejn Malta u Sqallija. B'hekk bejn iż-żewġ gżejjer ifformaw "pontijiet" li ntużaw minn annimali bħal iljunfanti, ippopotami, ċriev, ilpup u orsijiet biex jaħarbu mill-klima kiesħa tal- Ewropa u jinżlu lejn il-klima aktar ħanina ta' Malta, kif jixhdu l-gzuz ta' għadam li nstabu f 'Għar Dalam. Biex setgħu jibqgħu ħajjin, dawn l-annimali għaddew minn tibdil progressiv fid-daqs tagħhom, b'tali mod li wħud kibru ħafna u oħrajn ċkienu ħafna. Dan jispjega għala, ngħidu aħna, id-daqs tal-iljunfanti li l-għadam tagħhom instab f 'Għar Dalam kien ivarja minn għoli ta' 90ċm għal 120ċm u għal 250ċm. Madwar 7,500 sena ilu, jiġifieri eluf kbar ta' snin wara l-miġja tal- annimali, waslu f 'pajjiżna l-ewwel bnedmin, li qasmu fuq ċattri minn Sqallija. Kif jixhdu fdalijiet li nstabu f 'Għar Ilma, Għawdex, u li huma simili għal dawk misjuba f 'Għar Dalam, aktarx li dawn l-ewwel residenti għexu proprju f 'Għar Ilma, iżda wara nfirxu fi nħawi oħra, fosthom Għar Dalam. Ma hemm l-ebda dubju li dan l-għar – fond madwar 140 metru – dejjem serva bħala post ta' abitazzjoni, sew għall-annimali kif ukoll għal dawk l-ewwel "Maltin" li s-sors tal-għajxien tagħhom kien ir-raba'. Fit-Tieni Gwerra Dinjija – sekli sħaħ wara li l-bniedem ma baqax jgħix fl-għerien – Għar Dalam bla mistenni reġa' ntuża għal perjodu qasir bħala kenn għan-nies. Nhar il-11 ta' Ġunju 1940, wara l-ewwel attakki tal-għadu mill- ajru, nies minn Ħal Far u Bengħajsa telqu minn djarhom imbeżżgħin u rħewlha lejn Għar Dalam, li sa it qabel il-gwerra kien għadu qiegħed jiġi skavat u li fl-1933 kien infetaħ bħala attrazzjoni għall-pubbliku. Huma bdew jgħixu fl-għar u aktar tard ingħaqdu magħhom nies minn inħawi oħra ta' Malta. Fil-fatt minn ċensiment li sar xahar wara rriżulta li fl-għar kienu