Illum previous editions

ILLUM 8 November 2020 opt

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1307482

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 27

18 opinjoni IL-ĦADD 8 TA' NOVEMBRU 2020 • illum Lealtà u integrità F il-ktieb tiegħu: 'A Higher Loyal- ty. Truth, Lies and Leadership,' ippubblikat fl-2018, James Comey, direttur tal-FBI li kien imkeċċi mill-kariga minn Donald Trump jitkellem dwar il-ħtieġa li l-istituzzjonijiet tal-pajjiż u dawk li jmexxuhom, jħarsu iktar lejn u japprezzaw it-tfittxija kontinwa għall-ver- ità. Mingħajrha m'aħna xejn. Fl-assenza tagħha il-proċess ġudizzjarju ma jistax jaħdem. Soċjetà mibnija fuq is-saltna tad- dritt, mingħajr il-verità tikkrolla, jkompli jenfasizza James Comey. F'laqgħa li kellu ma' Donald Trump, f 'kuntest ta' stedina fil-White House, Comey jirrakkonta li Trump insista għal-lealtà personali lejh, lil hinn mir- responsabbiltajiet tiegħu bħala direttur tal-FBI. Imbagħad beda jippressah biex ma jibqax għaddej bl-investigazzjoni li l-FBI kienet qed tagħmel dwar Michael Flynn – Konsulent dwar is-Sigurtà Nazzjonali għal 22 jum. Fil-ktieb tiegħu, James Comey jirrifletti dwar din l-insistenza ta' Trump għal lealtà lejh personalment u jenfasizza li f 'ħajjitna hemm lealtà li hi superjuri għal din : "………….. mhux lejn xi persuna, partit jew grupp." Imma lealtà lejn valuri li huma dejjem relevanti, l-iktar importanti fosthom il-valur tal-verità. Ftakart f 'dan kollu meta kont qed naqra dwar dak li ġara meta ltaqgħu Ivan Martin u l-avukat ta' Yorgen Fenech iktar kmieni din il-ġimgħa. Sfortunatament, għal uħud, l-unika valur li jafu bih hu l-valur tal-flus, għax ikejlu kollox f 'termini ta' flus. Meta tkun dahrek mal-ħajt, f 'ċirkustanzi diffiċli, joħorġu, anke bla ma trid, il-valuri reali tiegħek. Jekk tkun għamilt ħiltek biex tostorhom, l-impatt meta dawn ikunu magħrufa jkun wieħed sostanzjali. Għax dak li jkun inħeba, f 'daqqa jsir magħruf. L-offerta ta' flus lil ġurnalist investigattiv bħala ħlas għas-servizzi tiegħu xegħlet bosta bozoz ħomor għall-pajjiż. Li tipprova "tixtri" ġurnalist hu diġà ta' gravità kbira. Imma dan inevitabilment inissel is-suspett li l-flus jistgħu jintużaw ukoll biex jikkorrompu l-proċess ġudizzjarju. Iż-żmien għad jagħtina pariri jekk dak li llum jista' jidher possibli jsirx ukoll probabbli. Bosta minna jiakru kif fl-2002, dak li kien Prim Imħallef, flimkien ma' Imħallef ieħor, inxtraw biex naqqsu sentenza ta' ħabs fi stadju ta' appell. L-akkużat, dakinnhar kien relattivament "fqir" ħdejn l-akkużat tal-lum. Kif ngħidu jidher li l-flus qieshom żerriegħa tal-ħarrub! Min-naħa l-oħra tiskanta kif uħud, anke jekk jgħumu fi-ġid kultant jaġixxu qishom mejtin bil-ġuħ. Jeħtieġ li noqogħdu attenti ħafna, għax dak li diġà ġara jista' faċilment jerġa' jiġri. L-informazzjoni li ħierġa bil-mod dwar iċ-ċirkustanzi konnessi mal-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia jidher li żviluppaw madwar il-kilba għall-flus. Qed isir dejjem iktar ċar li l-investigazzjoni li Daphne kienet għaddejja biha dwar il-korruzzjoni fuq skala kbira fil-kuntratti konnessi mal- power station kienu l-motiv ewlieni li wassal għall-komplott tal-assassinju tagħha. Flus maħmuġa ntuzaw biex jinxtraw in- nies, inxtraw dawk f 'pożizzjoni ta' poter. L-indikazzjonijiet dwar dan kollu huma bosta u ma jistgħux ikunu injorati. Ma hemm xejn ġdid f 'dan kollu, imma kultant tajjeb tieqaf it u taħseb dwar dak li ilna ngħixu fih bla ma nindunaw. Ivan Martin jixraqlu li jkun imfaħħar talli kien attent għal dak li kien qed jiġri madwaru. Kif ngħidu, kien moħħu hemm u mill-ewwel irriuta li jaċċetta l-offerta ta' numru ta' karti tal-€500. Fiċ-ċirkustanzi li dan kollu seħħ huwa fehem mill-ewwel li dak kien attentat biex tinxtara l-pinna tiegħu, jinxtara leħnu. Il-lealtà tiegħu lejn il-valuri li għandu jħaddan ġurnalist investigattiv kienet waħda awtomatika. Ma qagħdx jaħsibha darbtejn biex jara x'jista' jiggwadanja personalment. Il-pajjiż kollu għandu jkun grat lejh li fis-siegħa tal-prova aġixxa b'dan il-mod. L-integrità ta' Ivan bla dubju nibqgħu niakruha għal ħafna snin. Il-lealtà tiegħu lejn il-valuri magħġuna fih ser isaħħu l-ġurnaliżmu Malti f 'dawn iż-żminijiet diffiċli. Carmel Cacopardo Carmel Cacopardo hu ċ-Chairperson tal-AD+PD L-Avukat Caruana Curran ma' Yorgen Fenech. Ritratt: Times of Malta

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 November 2020 opt