Illum previous editions

ILLUM 8 November 2020 opt

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1307482

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 27

21 editorjal illum • IL-ĦADD 8 TA' NOVEMBRU 2020 ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt W aqgħet dalma kbira, bħa- likieku wara l-mewt ta' Daphne Caruana Galizia, pajjiżna spiċċa maqsum bejn l-anġli tas-sema u x-xjaten tal-infern. Hu li n-nies ħżiena huma marbuta ma karru politiku wieħed. Hekk kif ġie arrestat Yorgen Fenech, akkużat bħala l-mandant (l-uniku) għal qtil ta' Daphne Caruana Galizia, bdiet il-kampanja ta' attakki fuq dawk kollha li setgħu kienu viċin Yorgen Fenech. Imma l-attakki kienu selettivi, bħal ma kienu l-leaks li ħarġu jew mill-pulizija jew xi ħadd mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali li, Alla jbierek, ma kixfux li dawk li mid- dehra jfuħu. Hu ovvja li din il-lista hija twila mhux ħażin u tikkonċerna nies li ġejjin mid-dinja tan-negozju, mill-partiti politiċi kollha u nies u ħbieb kwalunkwe. Il-maġġoranza assoluta kienu jaraw lil Fenech bħala rappreżentant ta' kumpanija serja u kienu bosta li ħadu pjaċir bil-ħerqa ta' Tumas Group biex jgħin kull meta jkun hemm bżonn. Bħal meta fi żmien missier Yorgen, George, żewġ persuni li kienu jkunu regolarment fir-ranch ta' Ħaż-Żebbuġ ma kienu ħadd ħlief Eddie u Beppe Fenech Adami. Wara Novembru 2019 kellna xalata ta' akkuzi, ta' min tkellem u min kiel u min siefer ma' Yorgen. Ħadd ovvjament ma spjega kif il-familja ta' Tumas kienet tattira lil kulħadd u li kulħadd kien jippreżenta ruħu biex jidher viċin tagħhom u jkun lest ukoll jaċċetta għajnuna jew rigali. Għax wara kollox dawn kienu 'success story' u dan huwa pajjiż iddominat mill-kultura tal- patrunaġġ. Għalhekk, l-argument sottili kien li min tkellem jew kiel ma' Yorgen Fenech kien kompliċi u jaf bl-allegat involviment ta' Fenech fl-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia. Hu għalhekk ħaqqu l-forka. Minkejja kollox kellna litanija sħiħa ta' ismijiet ta' dawk li kienu tkellmu, bagħtu messaġġi u ħadmu ma' Yorgen jew Tumas Group. Huwa għalhekk li din il-gazzetta għażlet li tippubblika storja dwar kif id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi lanqas iddejjaq jaċċetta li l-kamra fil-Hilton ta' Tel-Aviv, li qagħad fiha bejn id-19 u l-24 ta' Lulju 2017 (ara paġna 3), tiġi mħallsa minn Tumas Group, li dak iż-żmien, il- Kap Eżekuttiv tiegħu kien Yorgen Fenech. Dan mhux każ iżolat ta' Azzopardi u ħafna oħrajn li jħufu madwar in-negozji l-kbar. Jekk se nibdew nitkellmu dwar sitwazzjonijiet tal-mistħija, għandha l-ewwel nett naraw x'qed jiġri f 'darna. Bħal fil-każ ta' inkjesta kriminali dwar frodi u korruzzjoni, fost oħrajn u li tinsab quddiem il-Maġistrat Monica Vella, inkjesta li Alla jbierek, għadha miuħa u hija marbuta intrinsikament mad- Dipartiment tal-artijiet li kien jaqa' taħt is-Segretarjat Parlamentari mmexxi minn Jason Azzopardi. Jekk irridu nkunu korretti, għandna nimxu bl-istess kejl li ntuża għal Michael Falzon, il-Ministru li kien responsabbli fil-lands u li kellu jirriżenja meta xi ħadd li kien jaqa' taħtu, ħawwad u gerfex. Tgħid Azzopardi se jagħmel l-istess? Biex tiskonġra trid tkun pur

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 November 2020 opt