Illum previous editions

ILLUM 15 November 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1309489

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 27

17 letteratura illum • IL-ĦADD 15 TA' NOVEMBRU 2020 Fil-paġna letterarja ta' din il-ġimgħa Kevin Saliba jittratta taħdita — mogħtija nhar l-Erbgħa li għadda mill- Professur u traduttur Toni Aquilina matul il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb — dwar il-filosofu u kittieb Franċiż Albert Camus. Fost il-kwistjonijiet illi qajjem Aquilina tul it-taħdita Saliba jikkonċentra l-iżjed fuq żewġ punti ta' diskussjoni ewlenin: qabelxejn dwar jekk Camus jistax tassew jingħadd b'filosofu eżistenzjalist veru u proprju u mbagħad dwar it-tema tas-suwiċidju bħala risposta għall-assurdità tal-eżistenza. Jagħmel dan b'referenza partikulari għas-saġġ Il-Mit ta' Sisifu ta' Camus. Saliba jagħlaq ir-riflessjonijiet tiegħu bit-tama li dan il-kummentarju qasir inissel djalogu iżjed fil-fond mal-Professur Aquilina. rivista Les Nouvelles Littéraires tard fl-1945 fejn iddikkjara li l-fehma tiegħu li l-eżistenzjalimu huwa "suwiċidju filosofiku" u li l-ġabra ta' saġġi tiegħu Il-Mit ta' Sisifu kien filfatt tentattiv biex jargumenta t-twemmin tiegħu kontra l-primat tal-eżistenza. It-tema tas-suwiċidju qed twassalni hawnhekk għat-tieni osservazzjoni. "L-unika kwistjoni filosofika serja hija s-suwiċidju," jgħid Albert Camus f 'Il-Mit ta' Sisifu. B'din l-istqarrija skjetta ried ifisser, fost ħwejjeġ oħra, illi l-kwistjonijiet kollha l-oħra jkun stħaqqhom tweġiba biss ġaladarba qabelxejn inkunu staqsejna: vallapena ngħixuha l-ħajja? Hux is-suwiċidju l-iżjed għażla loġika difaċċ l-assurdità tal-ħajja u n-nuqqas ta' fejda li donnu joħnoq kull proġett tagħna? Minn din il-perspettiva, nistgħu ngħidu li — għad illi Camus dejjem irroa li jissejjaħ eżistenzjalist — xorta jibqa' l-fatt illi mhux possibbli wieħed jixtarr dan kollu bis-sħiħ mingħajr ma jirreferi għal dan il-moviment. Filosofu Taljan ħabib tiegħi darba ssuġġerieli li b'mod ġenerali kull filosofija li tenfasizza t-tensjoni bejn l-eżistenza u l-assurdità tagħha tista' tiġi interpretata bħala rispons għal Kierkegaard, u dan għax għandu mnejn ħadd daqsu ma ddeskriva aħjar l-problematka tal-essri: "Idħak bil-bluhat tad-dinja, u jisgħobbik. Ibki fuqhom, u jisgħobbik xejn inqas. Tidħak jew tibki ser jisgħobbik xorta... Jekk titgħallaq, jisgħobbik; jekk jibdielek jisgħobbik mod ieħor; titgħallaq jew le ser jisgħobbik daqsinsewwa. Dan, sinjuri, huwa l-qofol tal-filosofija." Immela nagħmlu x'nagħmlu xiku briku, għall-inqas skont Kierkegaard. Għaldaqstant forsi jkun tajjeb, skont dan il-ħabib tiegħi, illi kull diskors eżistenzjali jibda minn hemm. Il-mistoqsija ewlenija li jistaqsi Camus, imbagħad, bilfors tiġi weħidha. Il-mistoqsija hija waħda, iżda t-tweġibiet huma bosta. Għax tgħid, minkejja l-istigma peżanti li jġorr miegħu s-suwiċidju, fl- istorja intellettwali tal-Punent dan l-għemil sab bosta paladini: David Hume, Giacomo Leopardi, Arthur Schopenhauer u forsi minn daqqiet anke Fernando Pessoa lkoll għaddewh b'għażla valida. Iżda mbagħad oħrajn bħal John Locke, Immanuel Kant u omas Hobbes żammewh b'att immorali, mentri Seneka, Epiktetu u Markus Awrelju qisuh bħala tweġiba mill-aktar ġwejda. Nietzsche minn daqqiet jaffermah bħala "att pożittiv", daqqiet oħra talment jafferma l-ħajja bis-sod — fis-sħuħija assurda kollha tagħha — li qajla jħalli lok għall-aġir bħal dan. Sartre jissimpatizza, iżda qajla jarah għemil fejjiedi ġaladarba lanqas dan minnu nnifsu ma jista' jagħti tifsira wtiqa lil ħajjitna. Għaldaqstant, bħal Heidegger, Sartre ma jgħoddux is-suwiċidju bi tweġiba "awtentika" għall- qagħda mwiegħra ta' Sisifu. Camus għal darba jaqbel miegħu iżda jmur pass oltre, tant illi donnu jimplika li akkont is- suwiċidju huwa impuls pjuttost skansafaċendi. Min għandu raġun? Ma nazzardax ngħid. Aktarx xi it jew wisq ilkoll. Iżda hu x'inhu nemmen li biex jixtarr dan kollu Camus ma setax għażel xbieha aqwa minn dik ta' Sisifu. Daqs ħames snin ilu kienu proprju dawn il-ħsus li nebbħuni nrodd fl-ilsien Malti is-saġġ Il-Mit ta' Sisifu: "L-allat kienu kkundannaw lil Sisifu jimbotta 'l fuq ġebla daqsiex bla hedu sal-quċċata ta' muntanja minn fejn il-ġebla kienet terġa' taqa' għal isfel bil- għabar tagħha. Kienu ħasbuha, u b'ċerta raġuni, illi m'hemmx kastig iżjed waħxi mill-ħidma bla fejda u bla tama." Kien żmien l-aħħar xhur ta' ħajjet missieri, li ġaladarba kien f 'agunija mgerrem mill-kankru, spiss smajtu jhewden bis-suwiċidju. Forsi ma tlumux: lejn l-aħħar il-ġebla saritlu tqila wisq. Abbli l-ġisem baqa' jrid imma l-ispirtu ddgħajjef. F'daka l-waqt aħħari meta ċeda ma kontx biswitu. B'xorti ħażina, jew assurda, xħin wasalt fejnu kien ġa laħaq għotor u tgħattan taħt it-toqla tal-ġebla. Niakar illi dik il-ħabta kont qsamt din it-traduzzjoni tiegħi mal-Professur Toni Aquilina. Dakinhar tassew kont appik — iżda mbagħad bħal qisni bżajt — nistaqsih jekk bħal Camus tassew jemminx illi minkejja kollox "lil Sisifu għandna nistħajluh kuntent". Minflok ippreferejt il-wens tal-ħsejjes mifluġa tal- ewwel parti tad-Disintegration Loops ta' William Basinski. Iżda forsi jkun xieraq illi nistaqsih dan darb'oħra... Il-Professur Toni Aquilina

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 November 2020