Illum previous editions

ILLUM 15 November 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1309489

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 27

16 letteratura IL-ĦADD 15 TA' NOVEMBRU 2020 • illum Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Kelmtejn dwar Albert Camus skont il-Profs Toni Aquilina L-assurd u s-suwiċidju f'Il-Mit ta' Sisifu Bħala parti mill-edizzjoni virtwali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ta' din is-sena — imtella' mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb — nhar l-Erbgħa li għadda l-Professur Toni Aquilina mid- Dipartiment tat- Traduzzjoni, it-Terminoloġija u l-Istudji tal-Interpretazzjoni tal- Università ta' Malta ta taħdita dwar il-ħajja, il-letteratura filosofika u l-impenn politiku ta' Albert Camus. Tul dawn l-aħħar snin Aquilina bħal donnu sar sinonimu ma' dan il-kittieb Franċiż, l-iżjed permezz tat-traduzzjoni tiegħu għall- Malti ta' erba' xogħlijiet ewlenin: Is-Sajf (L'Eté, 1954), Il-Muti (Les Muets, 1957), Il-Maqlub u s-Sewwa (L'envers et l'endroit, 1937) u Il-Waqgħa (La Chute, 1956). Uħud mit-traduzzjonijiet tiegħu rċevew fondi mill- Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u saħansitra rebħu l-ewwel premju fil-kategorija tat-traduzzjoni tal- Premju Nazzjonali tal-Ktieb. F'inqas minn nofs siegħa kollox it-taħdita tal-Professur Aquilina ttrattat fil-qosor diversi sisien filosofiċi u avvenimenti bijografiċi li riffdu l-iżvilupp intellettwali ta' Camus, fosthom il-kontribut tiegħu lejn il- filosofija tal-assurdiżmu, ir- relazzjoni tiegħu mal-ħassieba tar-rivista Franċiża Les Temps modernes (b'mod partikulari r-rapport imqalleb ma' Jean- Paul Sartre), it-tensjoni bejn ir-rebelljoni politika u l-limiti morali li din jenħtieġ ikollha, l-impenn politiku tiegħu kontra d-dittatura, l-attitudni tiegħu fir- rigward tal-Knisja Kattolika ta' żmienu, id-dilemma eżistenzjali tas-suwiċidju u l-kwistjoni dwar jekk fl-aħħar mill-aħħar Camus jistax tabilħaqq jingħadd b'eżistenzjalist. Jidhirli li r-rimarki ta' Aquilina rigward dawn l-argumenti kollha tesiġi, almenu, intervista veru u proprja. Għaldaqstant hawnhekk ser nikkonċentra l-iżjed fuq l-aħħar tnejn, bit-tama li 'l quddiem dan il-kontribut tiegħi jevolvi fi djalogu iżjed profond mal-Professur Aquilina. F'diversi waqtiet Aquilina jisħaq, bir- raġun kollu, li jkun żball li Camus jitpoġġa fl-istess keffa tal- ħassieba eżistenzjalisti. Jilmenta wkoll illi dan l-għelt għadu jsir sal-ġurnata tal-lum, anke fost ċerti filosofi ta' żmienna. F'dar- rigward ir-raġuni ma tridx wisq forza: kull paragun serju li jsir bejn il-kitbiet ta' Camus u dawk ta' bosta eżistenzjalisti — b'mod speċjali ma' dawk ta' Sartre — għandu joħroġ fid-dieher għadd sinifikanti ta' differenzi filosofiċi li bla dubju jbejnu lil Camus bil- kbir mill-bqija tal-eżistenzjalisti. Minn banda nistgħu naċċettaw l-argument — u nemmen illi tassew kien ikun xieraq kieku Aquilina ammetta dan — li l-eżistenzjalisti m'humiex grupp omoġenu ta' ħassieba u li għaldaqstant dan il-fatt kapaċi jagħti lill-istoriċi tal-filosofija lok xi it jew wisq wiesa' għas- suġġettività. Minnu wkoll daqsinsew, kif ser ngħid iżjed 'l isfel, illi nistgħu ninterpretaw ċerti testi tas' Camus — ngħidu aħna Il-Mit ta' Sisisfu (Le Mythe de Sisyphe, 1945) — bħala djalogu kontinwu ma' għadd ta' ħassieba li ttantaw isibu rkaptu tal-assurdità tal-qagħda umana. Iżda mill-banda l-oħra, kif wara kollox irrimarkaw bosta skulari tal-eżistenzjaliżmu, hija ħaġa ċara illi bejn Camus u l-bqija hemm wisq diverġenzi biex dan il-messaġġier tal- assurd jingħata wkoll it-tikketta eżistenzjalist bla problemi. Ibda biex bħala ħassieb Camus kien qabelxejn bin il-Greċja tal- Qedem kif ukoll dixxendent ta' Nietzsche u dixxiplu tal-moralisti tas-seklu sbatax. Il-moviment hekk imsejjaħ eżistenzjalista, mill-banda l-oħra, huwa xi it jew wisq prodott tal-filosofiji tas-sekli dsatax u tmintax li rċevejna mingħand kittieba u ħassieba (uħud minnhom pjuttost anti-Karteżjani) bħal Søren Kierkegaard, Karl Jaspers, Lev Shestov, Edmund Husserl u Martin Heidegger. Terġa' u tgħid fil-biċċa l-kbira l-eżistenzjalisti jemmnu — l-ewwel u qabel kollox — illi l-eżistenza tippreċedi l-essenza mentri Camus ta x'jiem bosta drabi li kien jiimha sewwasew bil-kontra. Camus kien stqarr bla kantunieri dan bosta drabi, notevolment f 'intervista mar- Albert Camus

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 November 2020