Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1309489
15 analiżi illum • IL-ĦADD 15 TA' NOVEMBRU 2020 tal-Istati Uniti ... jagħmlilna? jali artifiċjali li bdiet l-ammin- istrazzjoni ta' Trump," saħaq Blinken meta xahrejn ilu kien qed jitkellem waqt laqgħa tal-Kamra tal-Kummerċ Amer- ikana. Biex insemmu xi wħud, l-am- ministrazzjoni ta' Trump kienet imponiet tariffi fuq prodotti Ewropej, fosthom anke l-inbid Franċiż u dan wara ġlieda li kienet ilha għaddejja 15-il sena fuq sussidji illegali għall-kump- anija Ewropea Airbus u r-rivali Amerikana tagħha Boeing. L-Istati Uniti kienet fetħet każ kontra s-sussidji mogħtija lill-Airbus u kienet qed tisħaq li dan kellu impatt negattiv di- rett fuq l-industrija tal-avjazz- joni Amerikana u l-ħaddiema tagħha. L-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) kienet tat raġun lill-Istati Uniti u bħala ri- taljazzjoni, l-amministrazzjoni ta' Trump kienet imponiet taxxi fuq prodotti Ewropej li kienu jvarjaw mill-ajruplani, għal ġobon. L-aktar milquta kienu Franza, il-Ġermanja, Spanja u r-Renju Unit u li flimkien huma s-sidien tal-Airbus. Min-naħa tagħha l-Unjo- ni Ewropea kienet ukoll fetħet kawża simili kontra l-Istati Uniti għall-għajnuna "illegali" mogħtija lill-kumpanija Ameri- kana Boeing. Trump kien ħadha wkoll qatta' bla ħabel kontra l-Unjoni Ewro- pea u dan wara proposta li bdiet minn Franza, iżda li żviluppat f 'pajjiżi oħra, għall-introduzzjo- ni ta' taxxa fuq is-servizzi diġita- li u li taffettwa kumpaniji ġganti tat-teknoloġija bħal pereżempju Google, Amazon u Facebook, kollha kumpaniji Amerikani. Trump kien impona wkoll taxxi fuq l-importazzjoni tal-al- uminium u l-ħadid u hedded ukoll b'taxxa fuq il-karozzi im- portati mill-Unjoni Ewropea. Ma jfissirx li malli Biden jieħu l-ġurament kollox se jkun ward u żahar u se jneħħi dawn it-tar- iffi. Madanakollu, kif anke qal il-Kummissarju Ewropew re- sponsabbli mill-kummerċ, Vald- is Dombrovski, ir-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-Istati Uniti mmexxija minn Biden u l-Unjo- ni Ewropea se jkunu "eħfef." Fil-fatt, ftit jiem biss wara li rebaħ din l-elezzjoni, fost l-ewwel telefonati li kellu ma' mexxejja internazzjonali, Biden tkellem mal-Prim Ministru In- gliż Boris Johnson, il-President Franċiż Emmanuel Macron u l-Kanċillier Ġermaniża Angela Merkel. L-Istati Uniti u l-WHO... Il-President-elett Joe Biden wiegħed ukoll li fl-ewwel ġur- nata tiegħu fil-White House, se jkun qed iwaqqaf il-proċess li beda Donald Trump biex jaq- ta' lill-Istati Uniti mill-Għaqda Dinjija għas-Saħħa. Trump kien wiegħed li se jwaqqaf il-finanzjament tal-Ista- ti Uniti lil din l-organizzazzjoni internazzjonali u f 'Lulju beda formalment dan il-proċess. Huwa kien akkuża lil WHO li fil-qalba tal-pandemija, kienet taħt il-kontroll taċ-Ċina. Għall-kuntrarju ta' Trump, Biden insista li l-Istati Uni- ti dejjem kisbet riżultati aħjar meta ħadmet flimkien mal-ko- munità internazzjonali fejn jidħlu kwistjonijiet globali dwar is-saħħa. "L-Amerikani huma aktar siguri meta l-Amerika hija in- voluta fit-tisħiħ tas-saħħa glo- bali. Fl-ewwel ġurnata tiegħi bħala President, nerġa' nsieħeb lill-Istati Uniti fil-WHO," kien kiteb Biden fuq Twitter. Joe Biden u l-populiżmu Bla dubju ta' xejn li r-rebħa ta' Donald Trump fl-2016, li seħħet ftit xhur wara r-referendum fa- vur Brexit li kkampanjaw għalih Boris Johnson u Nigel Farage, tat spinta 'l quddiem lill-populiżmu u l-politiċi li jirrappreżentawh. L-għajta ta' Trump ta' "Make Amerika Great Again," kienet sors ta' ispirazzjoni għal dawk li jħossuhom minsija minn dawk fil-kurituri tal-poter. Fl-aħħar snin, rajna jissaħħu politiċi oħra populisti. Ma hemmx għaliex immorru 'l bogħod. Nibdew minn Matteo Salvini fl-Italja, għal Viktor Or- bán fl-Ungerija u Nigel Farage tar-Renju Unit li saħansitra kien jidher jikkampanja fuq il-palk ma' Trump. Donald Trump għamel erba' snin jikkritika lill-Unjoni Ew- ropea u jfaħħar u jibni ħbiberi- ji ma' min jeħodha kontriha. Għalhekk l-elezzjoni ta' Biden, bla dubju ta' xejn, hija aħbar ħażina għal mexxejja bħal Or- bán tal-Ungerija li issa ma għadx għandhom it-tapit mifrux biex jagħmlu l-arja bi Trump sabiex jimbottaw 'il quddiem l-aġenda populista tagħhom. Il-populisti jwiegħdu kollox għal kulħadd! Ipoġġu lilhom infushom kontra l-famuż "es- tablishment" u għalhekk jisħqu li kapaċi aktar jirrappreżentaw lill-poplu. Madanakollu faċli twiegħed iżda mhux daqstant ieħor twettaq u malajr jibdew ħerġin ix-xquq. Fl-2016, Trump ħareġ bħala qawwa politika b'saħħitha. Re- baħ meta kellu kollox kontrih. Minkejja dan se jkollu jħalli l-White House wara erba' snin biss. Mela allura xi ħaġa ma ħad- mitx! Se jkun hemm min iħares lejn l-Istati Uniti u jifhem li l-populiżmu mhuwiex is-soluzzjoni ideali. Minkejja l-ħafna kli- em sabiħ tiegħu, meta ffaċċjat bi kriżi bħal- ma hija l-pandem- ija tal-Covid-19, Trump spiċċa dahru mal-ħajt. L - A m e r i k a n i għażlu l-es- perjenza u r-raġuni min- flok il-kliem bombastiku ta' Trump. Ż g u r mhux for- si li t-telfa ta' Trump hija daqqa ta' ħarta għall-pop- ulisti Ew- ropej li g ħ a l i h o m kien sors ta' i s pi r a z z j on i , iżda lanqas ma jfisser li dan hu t-tmiem tagħhom. Timmaġina lit-Tal- jani, li vvotaw lil Matteo Salvini minħabba kwistjoni- jiet bħall-immigrazzjoni, issa ma jivvotawlux għax Trump ma għadux hemm? Ngħiduha kif inhi wkoll, Biden ma rebaħx xi rebħa ta' barra minn hawn kif kienu qed ibassru s-sondaġġi. Vera li kiseb aktar minn 76 miljun vot, iżda Trump ukoll kiseb 71 miljun. Nistennew u naraw! L-elezzjoni fl-Amerika u l-fu- tur tal-votazzjoni... Lilhinn mir-rebħa ta' Joe Bid- en, il-pandemja tal-Covid-19 waslet biex inħolqot sistema ġdida ta' votazz- joni fejn l-Amer i ka - ni ngħataw iċ-ċans li j i v v o t a w kmieni, qa- bel il-jum tal-votazzjo- ni, permezz ta' sistema ta' voti mib- g ħu - ta 'bil-posta.' Fil-fatt, minkejja l-kontro- versji kollha li ġabet magħha u l-kritika ħarxa ta' Trump, din is-sistema għenet biex it-turn- out f 'din l-elezzjoni presidenz- jali kien rekord. Ovvjament, f 'pajjiż kbir bħall-Amerika, din is-siste- ma għamlet il-votazzjoni aktar aċċessibbli għal kulħadd. Is-sistema li ntużat fl-Istati Uniti se tinfluwenza l-mod kif isiru l-elezzjonijiet fl-Ewropa jew fil-bqi- ja tad-dinja? Minjaf! Li hu żgur huwa li din trid titħaddem aħjar u jkunu mwieġba l-mistoqsijiet koll- ha dwarha biex ma tqumx xi kontroversja taħraq kif għad- dejja bħalissa fl-Istati Uniti.