Illum previous editions

ILLUM 15 November 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1309489

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 27

14 analiżi IL-ĦADD 15 TA' NOVEMBRU 2020 • illum Joe Biden se jkun il-President tal-Istati imma aħna x'differenza se jagħmlilna? Għajnejn id-dinja kienu u għadhom fuq l-Istati Uniti u l-President-elett Joe Biden. Imma dan Biden x'differenza jista' jagħmel għalina l-Ewropej? Għaliex dan l-għaġeb kollu fuq l-elezzjoni fl-Istati Uniti? YENDRICK CIOFFI Bħal-lum ġimgħa, wara taqtiegħa ħarxa u kampanja elettorali diviżiva u qalila, Joe Biden rebaħ l-elezzjoni Pres- idenzjali fl-Istati Uniti. Għa- jnejn id-dinja kienu fuq l-Istati Uniti għax huwa fatt magħruf li dak li jiddeċiedi l-President Amerikan, x'aktarx li se jkol- lu impatt fuq il-kumplament tad-dinja. Imma Joe Biden x'differenza jista' jagħmel għalina l-Maltin? Għandu għaliex jimpurtana? Aħna ma ngħixux f 'iżolazzjo- ni. Żgħar kemm aħna żgħar, aħna parti mill-Unjoni Ewro- pea u għalhekk Malta tista' tib- benefika wkoll jekk ikun hemm relazzjoni aktar b'saħħitha bejn iż-żewġ partijiet. Aħna wkoll parti mid-dinja u huwa fatt magħruf li fuq kwist- jonijiet globali, li jaffettwaw lil kulħadd, Trump qata' lill-Istati Uniti mill-bqija tad-dinja. Bid- en x'se jagħmel differenti? Biden diġà għandu ħafna kuntatti... L-ewwel u qabel kollox, Bid- en kien Viċi-President fi żmien l-amministrazzjoni ta' Barack Obama. Fi tmien snin huwa bena di- versi kuntatti mal-mexxejja Ewropej, b'mod partikolari ma' ekonomiji b'saħħithom bħal- ma huma Franza u l-Ġermanja għall-kuntrarju ta' Trump li ma tantx kellu xi relazzjoni eċċel- lenti magħhom. Bla dubju, Biden huwa aktar kalm u kapaċi aktar ipoġġi mad- war mejda u jiddiskuti minflok jinfexx fuq Twitter kif normal- ment jagħmel Trump. Ngħidu- ha kif inhi, it-temperament ta' Trump qatt ma niżel tajjeb mal-mexxejja l-oħra. Ambjent: Lura għall-Ftehim ta' Pariġi Tul il-kampanja elettorali tiegħu, Joe Biden tkellem diversi drabi dwar il-kwistjoni tat-tibdil fil-klima, sfida internazzjonali li Donald Trump taha bis-sieq u saħansitra kemm-il darba waqqagħha għaċ-ċajt. Fil-fatt, Biden wiegħed li fl-ewwel ġurnata tiegħu bħala President Amerikan, se jerġa' jsieħeb lill-Istati Uniti fil-Fte- him ta' Pariġi, liema ftehim sar fl-2015, fost 197 pajjiż, bil-għan li flimkien jiġġieldu din l-isfida globali. Madanakollu, f 'Ġunju tal- 2017, Trump kien ħabbar li se jirtira s-sehem tal-Istati Uni- ti minn dan il-ftehim għax fi kliemu, ftehim bħal dan kien piż fuq l-iżvilupp ekonomiku. B'din id-deċiżjoni, Trump kompla jaqta' lill-Istati Uniti mill-bqija tad-dinja, bl-għajta tiegħu "L-Amerika l-Ewwel." Id-difiża u n-NATO Il-President Amerikan għan- du taħt idejh l-aktar qawwa mil- itari b'saħħitha fid-dinja. Imma dan x'differenza jagħmel issa li Biden se jkun President? Donald Trump kien hedded li jirtira s-sehem tal-Istati Uni- ti min-NATO jekk il-pajjiżi membri ta' din l-alleanza ma jżidux l-ispiża militari tagħhom. Trump kien akkuża lill-pajjiżi l-oħra membri li kienu qed "jieħdu vantaġġ," mill-Ista- ti Uniti. Fil-fatt, Trump ried li sal-2024, il-membri tan-NATO jinvestu minn tal-inqas 2% tal- PDG tagħhom fuq id-difiża. Trump kien saħansitra ddeskri- va n-Nato bħala "skaduta." Trump kien hedded ukoll li jirtira t-truppi Amerikani koll- ha mill-Ġermanja minħabba dawn ir-raġunijiet. Fil-fatt, kien irtira madwar 12,000 suldat minn 30,000. IN-NATO kienet twaqqfet bħala alleanza bejn l-Istati Uniti, il-Kanada u 10 pajjiżi Ewropej bil-għan li tiżgura s-sigurtà tal-membri tagħha. L-Artikolu 5 tat-trattat jistab- bilixxi l-prinċipju ta' difiża kollettiva, li jfisser li attakk fuq membru wieħed hu meq- jus bħala attakk fuq il-membri kollha. Dan tqiegħed fil-prattika għall-ewwel darba fl-2001 wara l-attakki terroristiċi fl-Istati Uniti fil-11 ta' Settembru. Il- lum in-NATO għandha 30 pajjiż membru, inklużi l-Istati Mem- bri tal-UE. Il-kwartieri ġenerali tagħha jinsabu fi Brussell. Mill-banda l-oħra in-NA- TO għandha l-appoġġ kollu tal-President-elett Joe Biden u għamel dan pubblikament fi Frar tal-2019 meta tkellem waqt laqgħa annwali għall-mexx- ejja politiċi u esperti tas-sig- urtà, liema laqgħa saret fi Mu- nich, il-Ġermanja. Saħansitra ddeskriviha bħala l-bażi li per- mezz tagħha nżammet il-paċi u l-istabbilità f 'dawn l-aħħar 70 sena. L-Unjoni Ewropea u l-kum- merċ Antony Blinken, konsulent ta' Joe Biden għall-politika inter- nazzjonali insista li l-Istati Uniti jeħtieġ li ssaħħaħ ir-relazzjoniji- et ekonomiċi mal-Unjoni Ewro- pea li marru xi ftit jew wisq il- baħar taħt Donald Trump. "Irridu ntemmu darba għal dejjem din il-gwerra kummerċ-

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 November 2020