Illum previous editions

ILLUM 15 November 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1309489

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 27

13 intervista illum • IL-ĦADD 15 TA' NOVEMBRU 2020 tiġri filli wissewna li xogħolha' għamilna llum se naqtgħu l-frott tiegħu għada." Huwa qal illi dan il-Gvern wera' kuraġġ meta daħal għal xi ħaġa li ftit kienu lesti jidħlu għaliha u li issa, anke fuq livell Ewropew, bosta pajjiżi bdew iħarsu lejha. 'Il-PN stess qed ibassar tkabbir daqs tal- 2019 is-sena d-dieħla' Il-gazzetta ILLUM tfakkru illi kritika oħra li saret mill-Oppożizzjoni hija dwar il-previżjonijiet għas-sena d-dieħla. Ma jaħsibx illi bil-volatilità ta' pandemija u nuqqas ta' ċertezza assoluta dwar il- vaċċin kif ukoll dwar kif se jkun qed jaġixxi l-konsumatur wara li jibda jittieħed il-vaċċin, per eżempju, il-Gvern qed ikun wisq ottimist meta jgħid li fl- 2021 se jkollna tkabbir? Il-Ministru ammetta li s-sitwazzjoni hija volatili għalkemm fakkar ukoll li dawn il-previżjionijiet ikunu mibnijin fuq analiżi u studji tas-sitwazzjoni. Mill-ewwel iżda jdur fuq il-PN u jisħaq illi l-messaġġ tal-Oppożizzjoni "issa drajnieh. Dejjem ta' qtigħ il-qalb. Kienu jgħidulna li ma nistgħux inraħħsu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma, li ma jistax ikollna surplus li l-qgħad mhux se nnaqqsuh ...u raħħasna l-kontijiet, għamilna surplus, naqqasna l-qgħad għal livelli baxxi rekord u kellna l-akbar tkabbir ekonomiku." Huwa jagħmel referenza għad-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni b'risposta għall- Baġit u jistaqsi jekk Grech fehemx punt bażiku dwar il-baġit. "Qalilna għax fil-Baġit qed nallokaw €120 miljun għal Wage Supplement mhux €200 miljun, kif fil-fatt għidna. U jekk tħares lejn id-dokument vera €120 miljun hemm. Li ma fehemx huwa illi ladarba l-Baġit huwa tas-sena d-dieħla, dawk il- €120 miljun huma tal-Wage Supplement minn Jannar, sa meta estendejniha - sa Marzu. Imma hemm €80 miljun oħra, li huma ta' Novembru u Diċembru ta' din is-sena li jaqgħu taħt il-baġit ta' din is- sena." "Jekk ma tistax tifhem dan il-punt daqstant bażiku, aħseb u ara kemm tista' tmexxi l-finanzi tal-pajjiż," sostna l-Ministru Silvio Schembri. Huwa qal illi l-previżjonijiet tal-PN stess fid-dokument tiegħu ta' qabel il- Baġit qed ibassar tkabbir ta' bejn 5.5% u 6.1%, li Schembri jfakkar illi huwa l-istess tkabbir li kellu pajjiżna fl-2019, jiġifieri qabel il-pandemija. "L-importanti li nikkritikaw imma," jisħaq sakrastikament il-Ministru. Għotja mhux self lill-Air Malta ... "għax għandna minn fejn" Il-gazzetta ILLUM tistaqsi lill-Ministru Silvio Schembri dwar l-Airmalta u x'se jiġri mil-linja nazzjonali tal-ajru jekk din ma tingħatax għajnuna. Huwa fakkar li din l-għajnuna mhijiex ġejja mill-UE kif kien hemm min prova jagħti l-impressjoni, iżda hija sussidju li l-Gvern se jagħti lill-kumpanija. Ifakkar kif f 'ċirkostanzi normali Gvern ma jistax jagħti sussidji, għax imorru kontra r-regoli tal-UE, iżda f 'dan il-każ, minħabba l-pandemija, l-UE illaxkat din ir-regola u pajjiżi jistgħu jagħtu sussidji, taħt ċerti kundizzjonijiet. "Aħna qed inħarsu lejn għotja mhux self lill-Air Malta, ladarba għandna l-finanzi f 'qagħda tajba u nistgħu nagħmlu dan. Aħna qed nippruvaw niksbu din l-għajnuna li rridu nuru, naturalment, li se tintuża biex ittaffi d-daqqa tal- Covid-19, mhux għal affarijiet oħrajn." Mistoqsi dwar il-piloti li magħhom il-Gvern kellu tilwima, b'nofs dawn il- ħaddiema jitkeċċew, Schembri fakkar x'wassal għal din it-tkeċċija u fakkar ukoll li hemm proċeduri fil-Qorti li l-Gvern qed jistenna l-eżitu tagħhom. Ir-reputazzjoni ta' Malta ... Issir kritika li Malta kellha r-reputazzjoni tagħha mkissra taħt dan il-Gvern Laburista u intilef ħafna investiment minħabba dan. Ma jħossx li hemm element ta' verità f 'din l-istqarrija, ripetuta ħafna drabi mill-Partit Nazzjonalista? Filwaqt li jammetti li saret ħsara lir- reputazzjoni ta' pajjiżna jgħid illi "li jkollok ċerta nies kull ħaġa li tiġri fil- pajjiż anke jekk tkun nitfa, jmorru jxerrduha mal-erbat irjieħ u li jippruvaw ikissru l-immaġini tal-pajjiż biex jidher ikrah il-Gvern ma tgħinx lanqas." "Naturalment ma nistgħux ngħidu li kollox sar perfett, imma min ma jiżbaljax? Min ma jagħmel xejn ... imma mbagħad li jkollok ċerta MEPs li jibqgħu itambru apposta..." Schembri semma l-skandlu tad-Danske Bank, li kien skandlu ta' ħasil ta' flus bejn l-2017 u l-2018 u li kien jinvolvi b'kollox €200 biljun f 'tranżazzjonijiet mill- Estonja, ir-Russja u l-Latvja fost oħrajn f 'dan il-bank Daniż. "Ħdejn dan l-iskandlu, dak tal-Panama Papers - u mhux qed niddefendi il- Panama Papers - lanqas hija n-nida ħdejn ix-xita. Għax kien hemm politiċi Maltin fil-Panama Papers, x'ma qajmux numru ta' MEPs? Qalu li aħna stat ta' mafja, li qed inħassru isem l-UE u naturalment meta l-Kummissjoni tirċievi ittra wara oħra minn David Casa, per eżempju, x'tippretendi? Fuq din ma jgħidu xejn allura? " Huwa jgħid illi biex €200 biljun jgħaddu mill-ekonomija Maltija bid- daqs li hija llum jridu jgħaddu 200 sena. "Fuq din talbu investigazzjonijiet u saru attakki fuq il-pajjiż ikkonċernat? Jew forsi le, għax ma għandhomx MEPs bħal tagħna?" jistaqsi l-Ministru. Semma' wkoll Londra, il-Kapitali tar- Renju Unit, u kif din hija meqjusa minn bosta ossevaturi bħala l-Kapitali tal-Ħasil tal-Flus. Jistaqsi: "Fuq Londra saru attakki kif saru fuq Malta?" 'Minflok it-tbassir ta' 50,000 persuna bla xogħol, għandna l-inqas rata ta' qgħad fl-UE' U finalment il-gazzetta ILLUM tistaqsi lill-Ministru, issa inqas minn sena fil- kariga, x'jaħseb li huwa l-akbar suċċess tiegħu u fejn iħoss li hemm bżonn jaħdem aktar. Silvio Schembri jfakkar illi meta laħaq Ministru l-ekonomija kienet b'saħħitha biex xahar u nofs wara biss, faqqgħet il- pandemija tal-Covid-19. "Filli kellna Ferrari għaddejja tiġri filli kellna rapport li jwissi illi jekk ma nagħmlu xejn sa 50,000 persuna tista' titlef xogħolha." Huwa jtemm jgħid illi hu flimkien mal-PM kellu laqgħat twal biex din is- sitwazzjoni tkun evitata, "u llum minflok it-tbassir ta' 50,000 persuna bla xogħol, għandna l-inqas rata ta' qgħad fl-Ewropa."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 November 2020