Illum previous editions

ILLUM 15 November 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1309489

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 27

07 analiżi illum • IL-ĦADD 15 TA' NOVEMBRU 2020 taċ-Champions League ... rigali tossiċi tal-aħħar snin Joseph u l-inbid Petrus I l - k a ż : Kien Frar tal- 2019 u kien jum għeluq snin l-eks Prim Ministru Joseph Muscat. Il-festin kien sar il-Girgenti u kien sar magħruf minħabba l-filmat li nxtered fuq il-midja soċjali ta' Muscat u martu jaqbżu u jkantaw il-famuża 'ma tagħmlu xejn mal-perit Mintoff '. Sa hemmhekk qamet biss diskussjoni b'bosta jgħidu li Muscat ma kien qed jagħmel xejn ħażin għaliex kien qed jieħu pjaċir, filwaqt li oħrajn jilmentaw dwar il-kant partiġġjan u għaliex dan sar il-Girgenti. Iżda f 'Diċembru tas-sena l-oħra rriżulta li Yorgen Fenech - issa diġa' akkużat bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia - kien għadda tliet fliexken Petrus lill-familja Muscat. Wieħed kien tal-1974 u allura s-sena tat-twelid ta' Joseph Muscat u t-tnejn l-oħra tal-2007, meta twieldu t-tewmin tal-familja Muscat. Ingħad fl-istorja li kienet żvelata mill- ġurnal e Times illi dawn it-tliet fliexken tal-inbid kienu jlaħħqu l-valur ta' €5,800 meta mixtrijin onlajn. Il-Kummissarju tal-Istandards kien sab illi Muscat kiser l-kodiċi ta' etika meta aċċetta dawn ir-rigali u meta stieden lil Yorgen Fenech għal dan il-festin. "Kien messu jaf aħjar," insista l-Kummissarju George Hyzler li qal ukoll li l-kodiċi jgħid ċar illi l-membri tal-Kabinett ma jistgħux jaċċettaw rigali ta' valur għoli, għax dawn jistgħu joħolqu l-impressjoni illi l-ġudizzju tagħhom qed jiġi kompromess." Il-Kummissarju Hyzler fakkar fil- kontroversja li qajjem il-ehim tal- Electrogas u l-bidliet fil-pjani lokali u filwaqt li ma daħalx fil-kwistjonijiet infushom fakkar illi huwa faċli li jqum is-suspett ta' pressjoni minn dawn in-negozjanti l-kbar fuq il-politiċi u allura "huwa importanti li l-Prim Ministri u Ministri jżommu distanza soċjali minn dawn in-nies." Dan ma kienx l-ewwel każ ta' rigali lil Muscat mingħand Yorgen Fenech, b'każ ieħor ikun dwar arloġġ tal-idejn. Fil-fatt kien is-sit Lovin Malta li nhar l-24 ta' Diċembru 2019, tliet ijiem qabel kienu żvelati l-fliexken tal-Petrus, li żvela kif Fenech kien għadda arloġġ magħmul mid-deheb abjad u tat-tip Bvlgari lil Muscat fil-Milied tal-2014. L-arloġġ kien wieħed minn 25 ddiżinjati għall-okkażjoni tad-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea u li oriġinarjament inxtraw minn George Fenech. L-arloġġ kien tal-kollezzjoni #17, in- numru favorit ta' Fenech u l-isem, tal- kumpanija fiċ-ċentru ta' wieħed mill-akbar skandli fl-aħħar snin: 17 Black, mill-ġdid ta' Yorgen Fenech. Kif irreaġixxa Muscat? Muscat qal illi l-Kummissarju tal-Istandards ibbaża lilu nnifsu aktar fuq il-perċezzjoni milli fuq il- fatti. "Nemmen li ma ngħatax piż biżżejjed liċ-ċirkostanzi eċċezzjonali tal-każ, fejn minkejja t-theddid dokumentat li jien irċevejt, qdejt dmiri bla biża' jew favur, kif jistgħu jixhdu r-riżultati," sostna l-eks PM. Muscat fil-fatt kien qal li kienu s-Servizzi Sigrieti stess li taw il-parir biex ma jitrattawx lil Fenech b'mod differenti sabiex fl-ebda ħin ma jkun hemm xi suspetti illi fil-fatt Fenech kien wieħed mis-suspettati ewlenin fl-assasinju ta' Caruana Galizia. Dwar l-inbejjed, Muscat qal li ħalla lista ta' rigali lill-Istat warajh, fosthom dawn it-tliet fliexken Petrus. "Niakar li meta dħalna fl-uffiċċji tal- gvern, sibna it li xejn u kxaxen vojta ... illum nistaqsi lili nnifsi fejn kienu spiċċaw dawk l-affarijiet kollha ta' 25 sena ta' Gvern b'żewg Prim Ministri u għexieren ta' Ministri u Segretarji Parlamentari." Muscat qal ukoll li l-arloġġ imsemmi wkoll jinsab f 'din il-lista u jgħid li minn dawk kollha li ngħataw lill-politiċi diversi, tiegħu biss jinsab fil-pussess tal-istat. Silvio Valletta, Justyne u Yorgen Fenech Il-Każ: Dan il-każ jidħol fil-qofol tal- proċeduri fl-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia għax jinvolvi eks uffiċjal għoli fil-Korp tal-Pulizija, li biex tgħaxxaq miżżewweġ ma' eks Ministru Laburista, li kellu dik li kienet tidher bħala ħbiberija b'saħħitha ma' Yorgen Fenech, anke fiż- żmien meta dan kien diġa' suspettat fl- assassinju tal-ġurnalista. F'Mejju 2018 f 'liema xahar l-mobile ta' Fenech u anke tas-sensar fl-assassinju Melvin euma bdew jiġu tapped bl- approvazzjoni tal-eks PM Joseph Muscat, Valletta mar jara logħba ma' dan is-suspettat fi Kiev, fl-Ukrajna biex jara l-Liverpool FC kontra Real Madrid fil-finali taċ-Champions League. Il-biljetti tħallsu minn Fenech. Sadanittant iżda Valletta kien ukoll fl- FIAU u kien parti mit-tim ta' investigazzjoni fl-assassinju ta' Caruana Galizia, xi ħaġa li l-familja Caruana Galizia dejjem ikkontestat, saħansitra fil-Qorti minħabba li Valletta huwa r-raġel ta' Justyne Caruana, dak iż-żmien Ministru għal Għawdex. Fil-fattl l-Imħallef Silvio Meli kien laqa' t-talba tal-familja tal-ġurnalista u talab li Valletta jitneħħa mill-investigazzjoni u li min jeħodlu postu jerġa jeżamina x-xogħol li kien għamel l-istess Valletta. Xahar wara jitneħħa wkoll mill-FIAU. Ta' min infakkru li l-FIAU kienet ħafna drabi fuq l-aħbarijiet minħabba investigazzjonijiet u rapporti dwar il-uħ ta' kumpaniji fil-Panama mill-eks Chief of Staff f 'Kastilja Keith Schembri u l-eks Ministru għall-Enerġija, imbagħad Turiżmu, Konrad Mizzi. L-investigazzjoni kienet dwar flus li kellhom jidħlu f 'dawn il-kumpaniji minn attivitajiet ta' riċiklaġġ u turiżmu, fost oħrajn. Kienet ukoll fl-aħbarijiet minħabba l-investigazzjoni dwar il-Bank Pilatus u naturalment allura, it-tielet kumpanija fil- Panama: Egrant. Intant f 'Settembru tal-2018 Valletta reġa mar jara logħba oħra ma' Fenech, din id- darba f 'Londra fejn segwew flimkien il- logħba bejn Chelsea u Liverpool. Wara l-arrest ta' Yorgen Fenech f 'Novembru tal-2019, sena wara dawn il- mawriet bejn l-eks Assistent Kummissarju u l-akkużat bil-qtil ta' Caruana Galizia beda jidher dejjem aktar il-qrubija bejn it-tnejn. F'filmat fuq il-mobile ta' Fenech darba minnhom Valletta jidher fil-karrozza tat-tip Rolls Royce, miegħu. Episodju ieħor li ssemma' fil-proċeduri kien meta intqal li meta Ian Abdilla mill-Unit tar-Reati Eonomiċi kien sejjer Portomaso biex jagħmel xi mistoqsijiet lil Fenech, Valletta ċempillu u qallu biex ma jmurx għax is-suspettat kien ma jiflaħx, xi ħaġa li qajmet ħafna mistoqsijiet hekk kif kien stramb kif Assistent Kummissarju jkun jaf l-istat ta' saħħa ta' suspettat daqstant "jaħraq." Fir-rekordings ta' Melvin euma, Valletta jissemma' diversi drabi bħala 'Valletta l-oħxon.' U finalment kien intqal ukoll li t-tfal ta' Yorgen Fenech kien jgħajjtu lil Valletta ziju. Dan kollu żvelat, Justyne Caruana kellha tirriżenja minn Ministru għal Għawdex, it xhur biss wara li nħatret f 'din il-kariga mill- PM Robert Abela. Kif irreaġixxa Valletta? Valletta ċaħad li t-tfal ta' Yorgen Fenech qatt għajtulu ziju kif ċaħad illi hu qatt kien għadda xi informazzjoni lil Yorgen Fenech. Dwar il-logħob li mar jara ma' Fenech hu qal illi kieku ma marx "kien jikxef idejh" u sostna illi għalkemm ried iħallas, għaddiet ta' Fenech li ħallas għal kollox hu. L-eks Assistent Kummissarju qal li hu ma kienx jara illi dawn il-mawriet b'xejn kienu se jikkompromettuh, lanqas fid-dawl ta' investigazzjonijiet fl-FIAU dwar 17 Black. Jiċċara illi meta siefer ma' Fenech ma kien jaf bl-ebda mod li dan kien marbut mal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Huwa ċaħad ukoll illi ried iwaqqaf l-investigazzjonijiet għax Fenech kien ma jiflaħx, għalkemm jgħid ukoll li meta e Times kienet żvelat ir-rabta bejn 17 Black u Yorgen Fenech, Keith Schembri kien ċempillu u rrimarka kif il-pulizija tinvestiga fuq sempliċiment artiklu fuq gazzetta. Hu kien ċempel lil Abdilla biex jara hux qed jinvestiga u talbu biex iżommu infurmat, qal Valletta fil-Qorti. Intant meta rriżenjat Justyne Caruana stqarret illi hi ma kienet taf b'xejn mill- affarijiet li k i e n u ħerġin fil-midja u a ċ ċ e r t at li dejjem qdiet dmirha "b'mod leali u korrett." Hi qalet li r-riżenja tagħha hija biex tipproteġi l-isem tagħha u ta' uliedha.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 November 2020