Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1309489
08 aħbarijiet IL-ĦADD 15 TA' NOVEMBRU 2020 • illum Taxxa fuq proprjetà vojta teħtieġ studji, jaf tkun 'inġusta' u l-MDA taraha bħala 'indħil' ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Il-proposta tal-Alternattiva Demokratika biex proprjetà li tista' tinkera, imma titħalla vojta b'għażla tas-sid, tiġi ntaxxata, apparti li tattira ħafna kritika tista ssir biss ladarba jkun ċar kemm eżatt hawn proprjetà vojta f 'Malta u għaliex hija vojta. Dan qalu mal-ILLUM espert fil-Housing li jgħid ukoll li f 'xi każi miżura simili tkun saħansitra inġusta. Dan filwaqt li l-President tal-MDA Sandro Chetcuti ma' din il-gazzetta wkoll jinsisti li ħadd m'għandu dritt jindaħal fil-proprjetà tan-nies. Kurt Xerri, espert fil-qasam tal-Housing sostna mal-gazzetta ILLUM li qabel ma nitkellmu fuq miżuri simili f 'Malta, "irridu nimu kemm hi l-figura reali ta' proprjetajiet vojta, fejn huma dawn il- proprjetajiet, x'daqs għandhom, xi stat jinsabu fih u fuq kollox għaliex jinsabu vojta." "Jista' jagħti l-każ li n-numru ta' proprjetajiet vojta fir-realtà, mhuwiex kbir daqs kemm naħsbu," sostna Xerri. Huwa qal li jista' jkun hemm każi fejn proprjetajiet battala jkunu kbar ħafna għall-familja u jkunu jeħtieġu somom kbar għat-tiswija. Jew inkella, hemm problemi ta' wirt - ifakkar Xerri li jisħaq illi allura "f 'każijiet bħal dawn ikun inġust li nies li qed jiffaċċaw problemi sabiex jeħilsu minn dawn il-proprjetajiet ikunu mġiegħla iħallsu taxxa addizzjonali." F'dokument estensiv b'diversi proposti ambjentali kif ukoll oħrajn li jitrattaw l-ekonomija u l-qasam tax-xogħol Alternattiva Demokratika tipproponi li tiġi ntaxxata proprjetà li l-AD tgħid illi titħalla vojta "kapriċċożament" minħabba li sidien ma jkunux iridu jikru. Il-partit jippropopni li għandu jkun assigurat li l-propjetà tintuża billi tinkera "u min jirriuta li jikri għandu jkollu l-obbligu li jħallas taxxa fuq kull propjetà li titħalla vojta kapriċċożament. Din it-taxxa tirrifletti l-valur soċjali tal- proprjetà." Xerri jgħid illi dak li jista' jiġri huwa l-Gvern jgħaqqad il-politika tal-artijiet ma' dik tad-djar sabiex ikun jaf xi stock għandu vojt u jirranġah, "bħal ma diga' qed tagħmel l-Awtorità tad-Djar." 'Għalfejn għandi nindaħal, la s-sid qed jimxi mal-liġi?' Kif mistenni din il-proposta ma tantx intlaqgħet b'mod tajjeb mill-President tal-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi Maltin (MDA) Sandro Chetcuti li tenna illi l-politika ta' din l-assoċjazzjoni hija illi meta l-persuna huwa s-sid ta' proprjetà, "sakemm jimxi mal-liġijiet tal-ippjanar u mal-liġijiet b'mod ġenerali, kif ukoll meta jkun ħallas it-taxxa kif suppost, jiena ma nindaħallux." "Mhux hu jaf għalfejn ma jridx jużaha?" jistaqsi rettorikament Chetcuti li jelenka diversi eżempji ta' għalfejn persuna tista' tiddeċiedi li tħalli proprjetà vojta. "Forsi jrid iżommha vojta f 'każ ta' problemi fil- familja, jew familja għandha t-tifel jew it- tifla barra mill-pajjiż u jixtiequ jħalluh vojt il-post għal meta tiġi pajjiżna. X'jiġifieri tindaħalli?" Chetcuti qal li jkun ħafna aħjar kieku minflok tiġi ntaxxata, jkun hemm l-obbligu li proprjetà vojta jsirilha manutenzjoni u jkun aċċertat li fl-ebda ħin ma tkun ta' periklu jew inkella jinġabar ħmieġ fiha li jista' joħloq problemi għall-ġirien. "Sakemm tkun qbilt mal-liġi u ħallast il-boll jew it-taxxa tas-suċċessjoni, allura ma narax għalfejn għandha ssir din il-liġi," temm jgħid Sandro Chetcuti. Kurt Xerri jgħid illi barra minn Malta l-intaxxar tal-proprjeta' vojta isservi biex jikkumbatti l-ispekulazzjoni, "jiġifieri biex jiskoraggixxi żvilupp ta' proprjetajiet li jitħallew vojta bit-tama li dawn eventwalment jogħlew fil-valur. Dan sintendi joħloq diversi problemi, fosthom iż-żieda fil- prezz tal-proprjetà, li joħloq problemi ta' affordabilità għall- familji bi dħul medju li jkunu qed ifittxu li jixtru jew jikru d-dar tagħhom." Xerri jispjega kif ċertu pajjiżi barranin, bħall-per eżempju l-Italja, "jintaxxaw l-proprjetajiet kollha, inklużi d-djar. Dan isir għaliex fl-Italja jeżisti t-twemmin li l-proprjetà għandha funzjoni soċjali u li għalhekk, min għandu l-proprjetà irid jikkontribwixxi favur min m'għandux. Il-politika tal-intaxxar tal-proprjeta' trid dejjem tikkumparaha mar-rata ta' proprjetarji fil-pajjiz u mad- domanda li jkun hemm għall- proprjetà." Miżura simili saret barra minn xtutna? Ħadmet? L-Alternattiva Demokratika qed tgħid li persuni illi "kappriċożament" ma jikrux il-proprjetà tagħhom għandhom jiġu ntaxxati. Kurt Xerri jgħid li din teħtieġ studji u forsi jinstabu toroq oħra filwaqt li l-Sandro Chetcuti jistaqsi xi dritt għandha l-AD tindaħal fi ħwejjeġ in-nies ... Sandro Chetcuti Kurt Xerri