Illum previous editions

ILLUM 15 November 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1309489

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 27

09 illum • IL-ĦADD 15 TA' NOVEMBRU 2020 aħbarijiet 'Is-sitwazzjoni fil-Belt hija allarmanti ... ma nkomplux ngħaffġu lis-sidien tal-ħwienet' Wara l-kritika ħarxa li qala' l-Gvern wara li ħabbar programm ta' attivitajiet għall-Milied fil-Belt Valletta, l-ILLUM titkellem mal-Kap Eżekuttiv tal-Kamra tal-SMEs u s-Sindku Belti li saħqu li l-Belt hija waħda mill-aktar lokalitajiet siguri fejn tkun bħalissa YENDRICK CIOFFI Il-Kap Eżekuttiv tal-Kamra tal- SMEs, Abigail Mamo, saħqet mal- gazzetta ILLUM li n-negozji fil- Belt f 'dawn l-aħħar xahar u nofs marru ħafna lura u s-sitwazzjoni llum il-ġurnata hija waħda li ddeskrivieta "allarmanti." "Ħafna negozji fil-Belt qed jagħlqu għax xogħol ma għandhomx iżda l-ispejjeż, bħall- kera, għadhom hemm," insistiet Mamo waqt li appellat lil kulħadd biex ipoġġi lilu nnifsu fiż-żarbun tas-sidien tan-negozji. Mamo saħqet li mhux qed tgħid sigriet għax, fi kliemha, biżżejjed tmur timxi fi Triq ir-Repubblika u Triq Merkanti u tara t-toroq u l-ħwienet vojta. "Il-it nies li jkun hemm huma s-sidien tal-ħwienet li joħorġu barra jgħidu kelma biex jgħaddu l-ħin," kompliet tisħaq. Il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' Mamo wara li din il-ġimgħa il-Gvern ħabbar programm ta' inizjattivi (l-ebda waħda minnhom ma hija tal-massa), bil-għan li aktar nies jagħżlu l-Belt biex jidħlu jixtru r-rigali tal-Milied u jieklu f 'ristorant mal-familja tagħhom. 'Il-Belt sofriet aktar minn lokalitajiet oħra' Mistoqsija għaliex qed isir dan l-enfasi kollu fuq il-Belt Valletta u mhux fuq in-negozji f 'lokalitajiet oħra, Mamo saħqet li l-Belt hija differenti għax sofriet aktar minn lokalitajiet oħra. "Bħalma għandek settur li bata aktar minn ieħor, il-Belt batiet aktar minn lokalitajiet oħra għax in-negozju tagħha jiddependi kważi għal kollox mit-turiżmu, speċjalment mit-turisti li jaslu Malta bil-cruiseliners," kompliet Mamo. "Il-ħwienet fil-Belt marru ħafna lura. Għal dan l-aħħar xahar u nofs, in-negozju kien mejjet." Propju għalhekk li fi ħdan il- Kamra għall-Intrapriżi Żgħar u Medji twaqqaf kumitat magħmul minn sidien ta' negozji fil-Belt Valletta li wkoll ħarġu bi proposti bil-għan li aktar persuni jkunu attirati lejn il-Belt Valletta fil-jiem u l-ġimgħat tal-Milied. 'Mhu nipproponi xejn speċjali...' Iżda dwar dawn il-proposti, li ntlaqgħu mill-Gvern u tħabbru waqt konferenza tal-aħbarijiet, qamet kontroversja sħiħa, bil- unjins tat-tobba u l-infermiera jikkritikaw lill-Gvern li qed iħeġġeġ lin-nies jidħlu l-Belt meta l-każi tal-Covid-19 qed jiżdiedu. Mal-ILLUM, Mamo saħqet kif ma tistax tiem għaliex qam dan il-paniku kollu. L-ewwel u qabel kollox fakkret li ma huma qed jipproponu xejn speċjali jew ta' barra minn hawn, anke għax illum il-Belt hija miuħa u kulħadd jista' jaqbad u jmur meta jrid. "Li qed ngħidu huwa li barra li l-Belt, minnha nnifisha, hija post sabiħ fejn tmur, se tkun imżejna b'mod ħelu ħafna u se jkun hemm atmosfera sabiħa tal-Milied," spjegat Mamo. Għal aktar minn darba, irreferiet għall-Belt bħala post sigur fejn wieħed ikun mal-familja tiegħu bħalissa. "Jiena omm u għandi żewġt itfal. Kull tmiem il-ġimgħa nara fejn se nieħu t-tfal. Naf li l-Belt hija lokalità sigura ħafna. Għandek ħafna fejn tinfirex u dejjem fil-miuħ. It- tiżjin u l-attivitajiet se jgħinu biex ikun hemm atmosfera fejn wieħed, inkluż it-tfal jieħdu gost b'mod sigur," kompliet tispjega. 'Il-Belt Valletta hija sigura...' Saħqet li l-Gvern għandu l-obbligu li joffri u jirriklama dawk il-postijiet li huma siguri u hekk qed jagħmel fil-każ tal-Belt Valletta. "Fil-Milied in-nies xorta se joħorġu. Għalhekk aħna qed inħeġġuhom biex almenu jidħlu l-Belt għax il-Belt hija sigura," tenniet. Fakkret li apparti minn hekk, din l-atmosfera se tkun mifruxa fuq xahar u nofs u għalhekk ma hemmx riskju li n-nies se jidħlu l-Belt kollha f 'salt f 'qasir żmien, bħal meta ssir xi attività tal-massa. "Qed ikun offrut ukoll parkeġġ b'xejn fl-MCP biex dak li jkun jidħol bil-karozza tiegħu u mhux bit-trasport pubbliku," kompliet tispjega Mamo. 'Sar ħafna investiment u qed jinħatt kollox...' Fakkret li minn meta faqqgħet il-pandemija, il-Kamra għall- Intrapriżi Żgħar u Medji kienet ibbilanċjata ħafna fil-pożizzjoni tagħha u dejjem saħqet li s-saħħa u l-ekonomija ma jmorrux kontra xulxin, tant li mhijiex favur li jsiru attivitajiet tal-massa. Kien hawn li Mamo appellat biex kulħadd jipprova jiem minn xiex għaddejin is-sidien tan-negozji, speċjalment dawk Beltin. "Faċli titkellem jekk id-dħul tiegħek huwa garantit. Dawn mhu qed jidħilhom ħadd. Il-Covid-19 huwa problema imma dawn ukoll huma sfidi li rridu nitkellmu u nindirizzaw għax jaf ikollhom riperkussjonijiet fit-tul," kompliet Mamo. Saħqet li fl-aħħar xhur u snin fil-Belt sar ħafna investiment mill-privat u l-Gvern u "issa qed jinħatt." "Ejjew nimu it lil xulxin. Mhu qed isir xejn ta' barra minn hawn. Dawn in-negozji digà huma marsusin. Ma nkomplux ngħaffġuhom," temmet tappella. Abigail Mamo 'Idħlu l-Belt u imxu mar-regolamenti' Il-gazzetta ILLUM tkellmet ukoll mas-Sindku tal-Belt Alfred Zammit li waqt li saħaq li l-Kunsill Lokali huwa kontra kull tip ta' attività tal-massa, irid jaħdem u jilqa' kull inizjattiva li tista' tgħin lin-negozji tal-Belt. "In-negozji tal-Belt iħaddmu ħafna Beltin u allura qed ngħinu wkoll lir-residenti," insista Zammit waqt li kkonferma li fl-aħħar xhur għalqu diversi negozji u anke ristoranti fil-Kapitali. "Isbaħ mill-Belt fil-Milied ma hawnx. Aħna qed inħeġġu lin-nies biex jidħlu l-Belt imma importanti li ma jinġabrux fi gruppi. Wara kollox anke issa tista' tidħol il-Belt u tmur tixtri," insista s-Sindku. Dwar il-kritika min-naħa tal- Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM) u anke l-Unjin tal-Infermiera (MUMN), is-Sindku saħaq li l-Belt hija sigura ħafna, aktar u aktar jekk kulħadd jimxi mar- regolamenti. Il-Kunsill qed jgħin lir-ristoranti għal żmien il-Milied... Is-Sindku saħaq ukoll li l-Kunsill Lokali qed jgħin lir-ristoranti biex ikunu attrezzati tajjeb għal żmien il-Milied. L-istabbilimenti Beltin huma limitati minħabba d-daqs u għalhekk il-Kunsill qed jgħinhom, f 'dan iż-żmien diffiċli, biex minkejja li x-xitwa, ikunu jistgħu jagħmlu mwejjed fuq barra. Fuq barra ir-riskju huwa inqas u hekk ikunu jistgħu jżommu aħjar id-distanza skont l-istruzzjonijiet tal-awtoritajiet tas- saħħa. "Ma nixtiqux naraw aktar ħwienet jagħlqu," temm jgħid is-Sindku. "Jien ħaġa waħda ngħid. Mill-ġid se jgawdi kulħadd u mill-għaks se jbati kulħadd." Is-Sindku Alfred Zammit

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 November 2020