Illum previous editions

ILLUM 15 November 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1309489

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 27

03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 15 TA' NOVEMBRU 2020 B'XOGĦLI SALVAJT ĦAJJA ISSIEĦEB FIL-KORP TAL-PULIZIJA Is-seba' flyovers fil-proġett tal-Marsa issa miftuħin ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Is-seba' flyovers tal-Marsa Junction Project issa jinsabu miuħin, b'konnessjonijiet diretti bla interruzzjonijiet bejn ir-rotot ewlenin li jingħaqdu flimkien f 'din l-aktar ħolqa li minnha jivvjaġġaw persuni fit- toroq Maltin. Is-Sibt filgħodu, Infrastructure Malta fetħet mill-ġdid it-tliet strutturi ta' flyovers li lestiet fl-2019. Il-flyovers issa huma miuħin fid-direzzjoni propja tagħhom, lejn it-tramuntana, wara li għal dawn l-aħħar 14- il xahar kienu qed jintużaw b'mod temporanju fid-direzzjoni opposta. Dil-ġimgħa, il- kuntratturi tal-proġett lestew l-aħħar xogħlijiet ta' dawn l-istrutturi, fosthom l-aħħar kisja asfalt u l-installazzjoni tal-expansion joints. Dawn ix-xogħlijiet ma setgħux isiru sakemm il-flyovers kien għadhom meħtieġa bħala rotot temporanji lejn in-nofsinhar. Dawn it-tliet flyovers issa qed jiffurmaw konnessjoni diretta b'żewġ korsiji mill-karreġġjati tat- tramuntana ta' Vjal Santa Luċija u ta' Triq Giuseppe Garibaldi, f 'Ħal Luqa, lejn Triq Aldo Moro, il-Marsa, fid-direzzjoni ta' Santa Venera, Ħal Qormi, il-Ħamrun u l-Belt Valletta, fost lokalitajiet oħrajn fiċ-ċentru ta' Malta. Xahar ilu Infrastructure Malta fetħet it-tliet flyovers ta' taħt dawk li nfetħu mill-ġdid is-Sibt. Dawn l-istrutturi ta' flyovers jinkludu korsiji diretti li jgħaqqdu Triq Aldo Moro mal-karreġġjati tan-nofsinhar ta' Vjal Santa Luċija u Triq Garibaldi, lejn Santa Luċija, Ħal Tarxien, Ħal Luqa, l-Gudja u lokalitajiet oħra fin-naħa t'isfel tal-pajjiż. Dan l-aħħar l-aġenzija fetħet ukoll is-seba' flyover ta' dan il-proġett, sabiex tgħaqqad il-karreġġjata tat-tramuntana ta' Vjal Santa Luċija mal-korsiji ġodda li jwasslu għaċ-Ċimiterju tal-Addolorata, il-park and ride ġdid li qed jinbena bħalissa u ma' Triq il-Gvern Lokali, fid- direzzjoni ta' Ħal Qormi (ħdejn iċ-Ċimiterju tat-Torok). Il-ħaddiema issa qed jiffukaw fuq l-aħħar medda ta' korsiji ġodda ta' dan il-proġett, li se tgħaqqad il-karreġġjata tan- nofsinhar ta' Triq Aldo Moro ma' Vjal Sir Paul Boffa, fid-direzzjoni mill-Marsa lejn Kordin, Raħal Ġdid u l-Kottonera. Din l-aħħar konnessjoni tal-proġett ser tkun lesta sal-aħħar tas-sena. Infrastructure Malta fetħet il- konnessjoni fid-direzzjoni bil- kontra bejn dawn iż-żewġ toroq, permezz ta' żewġ korsiji ġodda taħt il-flyovers, is-sajf li għadda. Wasal fl-aħħar ukoll ix-xogħol fuq il-bankini ġodda u pontijiet għall-mixi, korsiji u waqfiet għall- karozzi tal-linja, il-faċilitajiet ta' park and ride u korsiji għar-roti maqtugħin mit-triq li jiffurmaw parti mill-istess proġett. L-aġenzija dalwaqt ser tiaħ il- passaġġ ġdid għall-mixi u r-roti li jgħaqqad Raħal Ġdid, Ħal Tarxien u Santa Luċija mal-inħawi tal- Marsa Sports Grounds. Madwar din l-infrastruttura ġdida, Infrastructure Malta qed tifforma diversi żoni mħaddrin u msebbħin b'ħafna siġar ġodda u erba' xogħlijiet artistiċi kbar. Qed tibni ġibjuni kbar taħt l-art għall-ħażna ta' 1.5 miljun litru ilma tax-xita għat-tisqija ta' dawn iż-żoni mħaddrin. Il-kuntratturi tal-proġetti qed ilestu wkoll aktar minn 13-il kilometru ta' servizzi taħt l-art, fosthom pajpijiet għad-distribuzzjoni tal-ilma u katusi għad-drenaġġ, mini (walk- through culverts) li minnhom jgħaddu l-cables tal-elettriku, pajpijiet għall-cables tal-Internet u servizzi tat-telekomunikazzjoni oħrajn u katusi għall-ilqugħ tal- ilma tax-xita. Il-Marsa Junction Project huwa kofinanzjat mill-Fond ta' Koeżjoni u mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa tal-Unjoni Ewropea. Dan l-investiment jinkludi aktar minn 12-il kilometru ta' korsiji ġodda li jgħaddu b'mod separat minn fuq xulxin fi tliet livelli differenti, biex joħolqu konnessjonijiet diretti bejn it- toroq arterjali li jingħaqdu f 'din il-ħolqa. B'hekk qed jispiċċa l-ħin ta' stennija li kien ikun hemm bis- sistema ta' traffic lights tul din ir-rotta prinċipali lejn in-naħa t'isfel ta' Malta, filwaqt li jonqos it-tniġġis tal-arja mill-konġestjoni fil-Marsa u lokalitajiet oħrajn fil- madwar. Dawn l-istrutturi ta' flyovers jinkludu korsiji diretti li jgħaqqdu Triq Aldo Moro mal-karreġġjati tan-nofsinhar ta' Vjal Santa Luċija u Triq Garibaldi, lejn Santa Luċija, Ħal Tarxien, Ħal Luqa, l-Gudja u lokalitajiet oħra

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 November 2020