Illum previous editions

ILLUM 15 November 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1309489

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 27

04 aħbarijiet IL-ĦADD 15 TA' NOVEMBRU 2020 • illum Tabor Consult Limited SITUATION VACANT We are seeking the services of a Personal Assistant to perform duties of driving, running errands, upkeep of office and cooking vegan meals. Apply by sending an email with your CV to tabor@europe.com 'Irridu settur agrikolu li jkun pilastru ekonomiku, mhux piż' - Il-Kap tal-PN Tliet proġetti ta' tħaddir fil-Ħamrun, Ħal Qormi u l-Mosta b'investiment ta' madwar €4 miljuni "Is-settur agrikolu mhux talli ma narawhx bħala piż, talli se npoġġuh bħala pilastru ekono- miku ieħor li jikkumplimenta l-bqija tal-mudell soċjo-ekono- miku tagħna." Dan qalu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech waqt żjara li għamel lil numru ta' bdiewa u raħħala fl-Imġarr. Bernard Grech qal li huwa importanti li nibqgħu nikkonservaw dak li hu Malti u għalhekk għandha tiġi assigurata ekonomija tan-nies fejn tgħożż dak li hu naturali u tkattru b'responsabbilta'. Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li s-settur agrikolu huwa l-qafas tal-ambjent rurali tagħna u għalhekk il-PN jrid strateġija ekonomika li tassew tirrispetta l-ambjent u l kampanja tagħna. "Dan flimkien ma' diversifikazzjoni intelligenti li tinkludi produzzjoni u rkupru ta' enerġija alternattiva bħala sors ta' tkabbir ta' dħul u l-ħolqien ta' patt soċjali ġdid mad-dinja tal- agrikoltura biex nippermettu lill- akbar numru ta' nies ikollhom aċċess għal ikel ta' kwalità, ikel bnin bi prezzijiet raġjonevoli, filwaqt li niggarantixxu lill- bdiewa dħul deċenti." Preżenti għal din iż-żjara flimkien mal-Kap tal-PN Bernard Grech kien hemm ukoll il-Kelliem għall-Ambjent u l-Emerġenza tal- Klima David ake u l-kandidati Alessia Psaila Zammit u Alex Mangion. Il-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar Aaron Farrugia ħabbar li tliet proġetti fil-Ħamrun, Ħal Qormi, u l-Mosta se jkunu qed jitwettqu fi żmien qasir u f 'żoni popolati u densi f 'pajjiżna, u se jkunu qed idawwru uħud mit-toroq ewlenin ta' pajjiżna f 'pulmuni ħodor. Għal kull lokalità se jintefqu €1 miljun, b'total allura ta' madwar €4 miljuni. Il-Ministru spjega kif dawn il-proġetti se jintroduċu l-kunċett ta' għixien fl-urban fi tlett siti urbani fil-Mosta, il-Ħamrun u Ħal Qormi. Id-dokument relatat mal-akkwist diġà huwa disponibbli. Il-Ministru Farrugia ħabbar ukoll it-twaqqif ta' GreenServ, diviżjoni fil-Wasteserv li għandha l-mandat li twettaq proġetti ta' natura infrastrutturali u ekoloġika fl-inqas żmien possibbli u bl-ogħla standards possibbli. Il-Ministru spjega kif il-gvern qed jimxi wkoll bil-proġetti ta' tisqif tal-mini ta' Santa Venera. Il- kunċett huwa ċċentrat madwar is-salvagwardja ta' reċetturi sensittivi mit-tniġġis ikkawżat mit-traffiku, filwaqt li jiġi implimentat kunċett ġdid ta' ġnien fuq waħda mill-iktar toroq użati f 'pajjiżna. L-istudji ġeotekniċi se jkunu essenzjali għall-implimentazzjoni ta' dan il-proġett. Dawn l-istudji se jkunu qed jiddeterminaw l-istat tal-ġeoloġija eżistenti u x-xogħol meħtieġ biex dan il-proġett isir realtà. "Dan il-proġett se jkun qed jipprovdi pulmun aħdar liż-żona msemmija wara li dan l-ambjent kellu jagħmel wisa' għall-progress. Aħna kommessi li ntejbu l-benesseri ambjentali, u li permezz ta' proġetti innovattivi bħal dawn jistgħu jimxu flimkien mal-iżvilupp ekonomiku ta' pajjiżna", stqarr il- Ministru Farrugia. Dawn l-istudji ġeotekniċi se jkunu qed isiru fil-bidu tas-sena d-dieħla wara li jiġi konkluż il- proċess ta' akkwist meħtieġ. Preżenti wkoll kien hemm is-Segretarju Parlamentari Alex Muscat li sostna illi dan huwa investiment bla preċedent Il-Kap tal-PN u tal-Oppożizzjoni Bernard Grech jiltaqa' ma' numru ta' bdiewa u raħħala fl-Imġarr Il-Ministru Aaron Farrugia jħabbar ukoll it-twaqqif ta' GreenServ, diviżjoni fil-Wasteserv li għandha l-mandat li twettaq proġetti ta' natura infrastrutturali u ekoloġika Il-Ministru Aaron Farrugia u s-Segretarju Parlamentari Alex Muscat Il-Kap tal-PN mal-bdiewa fl-Imġarr

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 November 2020