Illum previous editions

ILLUM 15 November 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1309489

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 27

05 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 15 TA' NOVEMBRU 2020 Environment & Resources Authority Hexagon House, Spencer Hill, Marsa. KONSULTAZZJONI PUBBLIKA dwar ir-Regolamen tal-2020 fuq bask jiet tal-plas k ħfief u prodo tal-plas k li jintużaw darba biss Agħ l-opinjoni egħek dwar ir-regolamen tal-2020 dwar: • ir-restrizzjonijiet fuq it-tqegħid fis-suq tal-bask jiet tal-plas k ħfief; u • r-restrizzjonijiet fuq it-tqegħid fis-suq ta' prodo tal-plas k li jintużaw darba biss. Il-kummen tal-pubbliku se jiġu kkunsidra fil-finalizzazzjoni tal-avviżi legali u se jibqgħu jintlaqgħu sa mhux aktar tard mill-Ħamis 26 ta' Novembru 2020 fuq era.policy@era.org.mt Tista' ssib aktar informazzjoni fuq era.org.mt jew billi tuża l-kodiċi QR indikat hawn taħt Dikjarazzjoni ta' ċaħda ta' responsabilità: Ir-rappreżentazzjonijiet se jiġu rreġistra u jsiru pubbliċi fuq il-websajt tal-ERA, flimkien mad-de alji tal- persuna li tagħmel is-so omissjoni sakemm ma ntalabx l-anonimità bil-miktub mill-persuna li sso ome r-rappreżentanza tagħha, f'liema każ il-kontenut tar-rappreżentazzjoni se tkun disponibbli fil-pubbliku. Azzopardi kien uża sala b'xejn fil-Hilton fil-kampanja elettorali tal-2008 SAVIOUR BALZAN Id-Deputat Jason Azzopardi li bħalissa jinsab sospiż mill-Partit Nazzjonalista qed jaffaċċja numru ta' akkużi dwar il-fatt li aċċetta numru ta' rigali jew inkella ma ħallasx għan-numru ta' affarijiet meta hu kien Segretarju Parlamentari jew inkella Deputat. Fil-fatt din il-gazzetta tinsab infurmata li Azzopardi, meta kien Segretarju Parlamentari kellu servizzi b'xejn fil-lukanda Excelsior fejn kellu aċċess ghall-gym, kamra u kolazzjon, meta jrid. U dan fil- perjodu qabel 2013. Qabel l-2013 Azzopardi wkoll kien uża s-servizzi tat-Tumas Group, preċiżament matul il- kampanja elettorali tal-2008 meta kien rranġa direttament ma' Yorgen Fenech, dak iż-żmien direttur, biex dan kien provdielu sala u ikel fil-lukanda Hilton stess. F'dan il-perjodu - kif fil- fatt kienet żvelat il-gazzetta Maltatoday - id-Deputat kien uża s-servizzi wkoll b'xejn ta' John's Garage, f 'dak li għandu x'jaqsam ma' karrozzi u l-kirja ta' sala. Wara dan l-episodju Jason Azzopardi kien attakka u kkritika l-familja ta' John's Garage għax kienu ħarġu l-istorja bħala whistleblowers tal- iskandlu taż-żejt fl-EneMalta. Wara Ġunju tal-2017 baqa' juża s-servizzi tal-Hilton li jinkludu illi joqgħod mal-lido u l-pixxina, kif ukoll li juża l-buffet b'xejn. Billi hu kellu konjizzjoni tal- investigazzjonijiet dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, anke bħala avukat tal-familja, huwa kien waqaf juża s-servizzi tal- Hilton u beda juża s-servizzi ta' lukanda oħra, fejn l-eks Spettur tal-FIAU Jonathan Ferris huwa responsabbli mis-sigurtà. Azzopardi qatt ma staha minn ħadd, iċempel negozjanti kbar fosthom anke dawk li jipprovdu catering. U s-saga kompliet meta fi żjara li għamel f ' Iżrael wara li għamel tlett iljieli Tel-Aviv (fejn kellu l-Hilton mħallsa mill-Grupp Tumas) mar jumejn Ġerusalem u għamel jumejn għand il- patrijiet fejn tahom l-impressjoni li qiegħed mal-mara meta infatti kien mas-sieħba. Qabel l-2013, meta hu kien Segretarju Parlamentari tal- Artijiet hu kien uża s-servizzi tal-kumpanija li kellha parkeġġ fil-Belt Valletta biex jirranġa l-uffiċċju tiegħu, liema kumpanija kellha estensjoni taċ-ċens fl-istess zmien. U kien f 'dan iż-żmien ukoll li residenti fil-kostitwenza ta' Azzopardi gew offruti art pubblika biex jestendu d-djar tagħhom, liema deċiżjoni waslet biex tinfetaħ inkjesta maġisterjali dwar frodi, korruzzjoni u trading in influence. Din ħadet xejra xi it interessanti meta l-inkjesta ineħet mill-ispettur Jonathan Ferris, l-istess Ferris li imbagħad għażel lill-Azzopardi bħala avukat meta hu kien għadu spettur. Safriet minn 'terzi'...iżda ħafna minnhom mill-Parlament Il-gazzetta ILLUM tista' tiżvela li fil-Qorti fis-separazjoni minn martu, Jason Azzopardi kkonferma li minn wara l-2017 siefer madwar 34 darba, flimkien mas-sieħba tieghu. Meta kien ġie mistoqsi fil-Qorti minn fejn ġab il-flus biex iħallas għall- akkomodazzjoni u għal dawn is- safriet l-avukat tiegħu kien qal li dan is-safar ħallsuh terzi persuni. Intant jirriżulta minn lista li rat din il-gazzetta illi 20 minn dawn is-safriet fil-fatt kienu mħallsin mill-Parlament lil Azzopardi bħala parti mill-qadi ta' dmirijietu. Azzopardi jibqa' sospiż sakemm ikun hemm konklużjonijiet dwar l-imġieba tiegħu dwar fatti li dehru fi storja li dehret f 'din il-gazzetta nhar il-Ħadd li għadda, deċiżjoni li trid tittieħed mill-Kumitat tal- Etika tal-Partit Nazzjonalista. ...apparti li kien juża s-servizzi tal-lukanda Hilton bla ħlas

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 November 2020