Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1311610
15 analiżi illum • IL-ĦADD 22 TA' NOVEMBRU 2020 L-istorja ta' Jacob, Yannick u Rashed F'Malta, il-qtil ta' George Floyd serva biex xi mġarrba u dawk li jesperjenzaw it-tiġrib tagħhom mill-qrib, ifakkruna li 'l hinn mill-mistoqsija ta' kemm tiflaħ popolazzjoni din il-gżira, Mal- ta għandha problema serja ta' razziżmu. Laqatni video bl-istejjer ta' tli- et żgħażagħ Maltin - Jacob, Yan- nick u Rashed - li fetħu qalbhom dwar ir-razziżmu f 'Malta, kif es- perjenzawh b'mod dirett huma. Permezz ta' video bit-titlu 'Suwed u Maltin', it-tliet żgħażagħ, vitt- mi ta' diskors b'kontenut qawwi razzista, jirrakkuntaw kif ilsien il-Malti jbarri u jintimida lil min ma jidħolx fid-definizzjoni dom- inanti u daqstant problematika ta' min hu Malti. Fit-tgħajjir tal-Mal- ti, kif joħroġ b'mod ċar mill-video, mhux biss tispikka l-mibegħda razzjali iżda wkoll l-injoranza grassa kulturali, bħall-idea li kull min għandu ġilda skura huwa Af- rikan, jew li kull min huwa Għarbi huwa Musulman. L-abbuż verbali li ġarrbu t-tliet żgħażagħ Maltin huwa intenzjonat biex iweġġa'. Litanija ta' offiżi li jinkludu: 'mur lura pajjiżek', 'f '..xx is-sewda ommok', 'you monkey', 'mur ħudu, banana', 'go back to Africa', 'int m'intix veru Malti', u 'dokumenti Maltin biss għandek'. Diskors mib- ni madwar il-kunċett eġemoniku li l-Malti vera, jew aħjar, il-Malti pur, huwa abjad, frott konjugali ta' żewġ Maltin puri u, għalhekk, f 'moħħ min qiegħed jgħajjar, iż- żgħażagħ qegħdin iqarrqu billi jilbsu identità li mhix tagħhom. Fit-tgħajjir razzista wieħed jis- ta' jaqra wkoll theddida: (kliemi) 'aħna, il-maġġoranza, il-vera Mal- tin, mhux se nħalluk tqarraq bina u se nibqgħu nfakkruk, anke jekk għandek id-dokumenti kollha li juru li int Malti, li int mhux eżat- tament wieħed minna. Int se tibqa' l-barrani f 'pajjiżek, l-itturufnat f 'darek. Bħal George Floyd, mhux se ntuk ċans tieħu nifs'. Ikun żball jekk wieħed jgħad- di t-tgħajjir imġarrab mit-tliet żgħażagħ bħala injoranza. L-offiżi għandhom l-għan preċiż li jbarru, jiżolaw u jirrinforzaw il-kunċett tal-aħna u huma. Il-ħassieb Franċiż Michel Fou- cault iqis il-produzzjoni tal-għerf dwar l-ieħor – l-imigrant li jisraq ix-xogħol tal-Malti, jwaqqa' l-pagi tal-Maltin u jmarrad lil kulħadd jew l-Iżlamisti fanatiċi li se jimlu- na b'ħafna tfal, jaħtfu l-parlament, u jmexxu l-pajjiż bil-liġi tax-Xar- ia - huwa parti minn proċess ta' produzzjoni ta' għerf immaġinarju dwar l-ieħor. Rappreżentazzjonijiet (foloz) dwar l-'ieħor' li jservu lill-poter soċjo-politiku u ż-żamma ta' ġer- arkiji ta' dominju. Eżerċizzju ta' priservazzjo- ni mibni fuq it-tixrid tal-biża', l-għajta għas-sorveljanza, it-talba għall-impunità, il-ġustifikazzjoni tad-diskriminazzjoni, u l-binja ta' identità Maltija mmaġinarja. Fi kliem Zygmunt Bauman, is-soċjologu u filosofu Pollakk, it-tfittxija għall-identità nazzjonali awtomatikament toħloq il-bżonn tal-'huma il-barranin' li kważi dejjem jispiċċaw fis-saffi t'isfel tal-ġerarkija soċjali u ekonomika. Għall-intellettwali Franċiża Si- mone de Beauvoir, din id-dikoto- mija hija fundamentali għal ħsieb il-bniedem - fejn hemm l-aħna bil- fors irid ikun hemm l-huma. Fl-ottimiżmu ta' Jacob, Yannick u Rashed, lejn tmiem il-video, nara l-ixquq tar-razziżmu u l-pos- sibilità ta' aġenda anti-razzista, mibnija mhux biss fuq l-għajta li 'aħna m'aħniex razzisti', iżda fuq l-affermazzjoni li 'aħna kontra r-razziżmu'. Aġenda anti-razzista tmur lil- hinn mill-politika taċ-ċelebrazz- joni tal-kċejjen u l-ilbies differenti. L-aġenda anti-razzista: tagħraf u tagħti viżibilità lill-kontribuzz- jonijiet storiċi u attwali ta' dawk li dejjem qisnihom bħala l-oħra- jn; timbotta l-preżenza tal-'ieħor' f 'kull sfera tal-ħajja fil-pajjiż; tin- terroga l-esperjenza kurrikulari f 'kull saff tas-sistema edukattiva; tisfida imġiebet l-istituzzjonijiet fil-konfront ta' dawk li s-soċjetà tqis bħala l-oħrajn u tara jekk l-kulturi istituzzjonali nfush- om humiex ħatjin ta' dan l-aġir; taħdem għall-inklużjoni ġenwina f 'kull sfera tas-soċjetà; tiżgura tib- dil strutturali li jiggarantixxi aċċess ekwu lil kulħadd; tara li l-politika anti-razzista ssir l-aġenda uffiċ- jali ta' kull istituzzjoni; tiżgura li hemm rieda politika għat-tbdil strutturali u li hemm tħejjija intel- lettwali soda fit-tmexxija politika u istituzzjonali f 'dan ir-rigward; u taħdem b'risq kapaċità kolletti- va favur l-anti-razziżmu permezz ta' allejanzi strateġiċi. Fil-proċess, hemm bżonn li kontinwament nikkonfrontaw il-mod kif bnejna l-identità tagħna, il-preġudizzji u l-istreotipi li ġmajna, il-forom differenti ta' oppressjonijiet u razziżmi li ħloqna, u li barrewna mid-djalogu interkulturali. Dan huwa obbligu morali kollet- tiv doveruż li qajla nistgħu ninjo- rawh jekk irridu nibnu lil Malta li qatt ma kienet. Aġenda anti-razzista tmur lilhinn mill-politika taċ- ċelebrazzjoni tal-kċejjen u l-ilbies differenti. L-aġenda anti-razzista: tagħraf u tagħti viżibilità lill- kontribuzzjonijiet storiċi u attwali ta' dawk li dejjem qisnihom bħala l-oħrajn; timbotta l-preżenza tal- 'ieħor' f'kull sfera tal-ħajja fil-pajjiż