Illum previous editions

ILLUM 22 November 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1311610

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 27

18 opinjoni IL-ĦADD 22 TA' NOVEMBRU 2020 • illum Il-pandemija u l-kummerċ tal-Milied B ħala riżultat tal-pan- demija Covid-19, dan il-Milied ser ikun wieħed differenti minn dawk li ġew qablu. Normalment il-Milied huwa ż-żmien meta nissoċjaliżżaw iktar mill-bqija tas-sena. Żmien li fih niltaqgħu iktar mal-ħbieb u mal-familjari. Huwa ż-żmien li fih hu normali li niltaqgħu fi gruppi għal attivi- tajiet differenti. Dan hu kompletament bil- maqlub tal-mod kif issa jeħtieġ li naġixxu biex nikkumbattu kontra l-coronavirus. Li nnaqqsu drastikament u possibilment nevitaw il-kuntatti tagħna hu l-minimu meħtieġ f 'dawn iċ- ċirkustanzi biex tonqos l-imxija tal-coronavirus. Bosta minna hekk jagħmlu, minkejja li l-Gvern kontinwament jagħtina sinjali konfliġġenti. Wieħed minn dawn is-sinjali konfliġġenti ngħata waqt il- konferenza stampa biex ikun imniedi Christmas in the City iktar kmieni din il-ġimgħa. Il-Ministri Josè Herrera u Julia Farrugia-Portelli, imwieżna miċ- Chairman tas-Super One Jason Micallef, u oħrajn, tkellmu dwar il-ħinijiet tax-xiri u dwar kemm ser ikun faċli l-parking għal min jitħajjar imur il-Belt biex jixtri r-rigali tal-Milied. L-ispirtu tal- Milied xejn ma jiddependi mis- sigħat ta' xiri fil-ħwienet. L-anqas ma jiddependi minn kemm ikollna aċċess faċli għall-parking. Is-sinifikat propju tal-Milied hu tal-istaġun tas-solidarjetà li fiċ-ċirkustanzi preżenti, maħluqa mill-pandemija, hu importanti iktar minn qatt qabel. Fl-istess ħin li l-Ministri Herrera u Farrugia-Portelli kienu qed jitkellmu dwar Christmas in the City, epidemologisti kienu qed iwissuna li matul ix-xahar ta' Diċembru r-rata tal-imwiet f 'Malta mill-Covid-19 mistenni li tiżdied bi tlett darbiet: minn żewgt imwiet kuljum għal sitta kuljum. In-numru tal-imwiet mill-Covid-19 diġa żdied b'mod konsiderevoli sa minn meta tnaqqsu r-restrizzjonijiet f 'Lulju li għadda. Fil-ħin li qed nikteb in-numru ta' mwiet ħtija tal- Covid-19 laħaq il-108, u sa x'ħin dan l-artiklu jinqara n-numru sfortunatament ikompli jikber. Fid-dawl ta' dan ma jagħmilx sens li tistieden lin-nies biex jinżlu l-Belt għax-xiri tar- rigali tal-Milied. Huwa l-waqt li nagħmlu eżatt bil-maqlub: innaqqsu l-moviment tan-nies bit-tama li dan jgħin fit-trażżin tal-pandemija. Huwa dan li messu qed iħeġġeġ il-Gvern. Ikoll nirrikonoxxu li l-pandemija kellha impatt qawwi u negattiv fuq l-għixien ta' bosta. Is-setturi tal-ikel u tal-ospitalità kellhom sfida qawwija matul ix-xhur tas-sajf. Iż-żmien meta normalment imorru tajjeb, kien iż-żmien meta qalgħu l-ikbar daqqa. Iktar ma noqorbu lejn il-Milied mhux talli l-pandemija ma naqqsitx, talli donna iktar irrankat. L-irkupru ekonomiku jidher li għad baqalu. In-numru ta' dawk li qed ikunu infettati qiegħed jikber. Fl-istess ħin lkoll nimu li l-iskop wara x-xewqa li jkunu mħajra n-nies lejn il-Belt u ċ-ċentri kummerċjali hi motivata mill-ħtieġa tad- dinja tal-kummerċ biex ittaffi d-daqqa li qalgħet billi tipprova issarraf it mill-kummerċ li normalment jiġġenera l-Milied. Il-konsiderazzjonijiet ta' saħħa, imma, għandhom dejjem jibqgħu l-prijorità: issa mhux iż-żmien li jkunu nkoraġġiti l-ebda tip ta' celebrazzjonijiet. Flok ma ninkoraġixxu lin- nies biex tersaq lejn ic-ċentri kummerċjali l-Gvern għandu jkun fuq quddiem biex iħeġġeġ l-attenzjoni u prudenza. Mhux Ministru wieħed, imma l-Gvern kollu! Il-vouchers, l-għotjiet, l-għajnuniet u s-supplimenti għall-pagi li l-Gvern qed iqassam f 'isimna lkoll, wara kollox, għandhom l-iskop li jtaffu dan il-piz li nħoloq bħala riżultat tal-pandemija. Għalfejn f 'dan il-mument kritiku narmu l-kisbiet li ġibna bis-sagrifiċċji ta' bosta? Għax huwa dan li nkunu qed nagħmlu kull meta jingħata ħjiel li wara kollox tajjeb li ninġabru u niċċelebraw. Issa mhux il-waqt għal dan. Il-Covid-19 mhux ser joqtol il-Milied jekk inqas nies jixtru ir-rigali! L-ispirtu tal-Milied ma jitkejjilx mill-volum ta' rigali li jinxtraw imma minn kemm aħna kapaċi nkun solidali mal- vulnerabbli tal-lum. U issa? L-ikbar att ta' solidarjetà, bħalissa, hu li harsu lill- vulnerabbli fostna billi nimxu mad-direttivi tal-awtoritajiet tas- saħħa intenzjonati biex iżommu lill-pandemija milli tkompli tixtered. Il-vaċċin jidher li hu fil-qrib. Dan inissel tama li possibilment matul l-ewwel nofs tas-sena l-ġdida nibdew l-ewwel passi fil-mixja bil-mod lejn in- normalità. Imma sa dakinnhar hu obbligu tagħna li nħarsu kemm lilna nfusna kif ukoll lil ħaddieħor b'imġieba prudenti. Din hi s-solidarjetà prattika li dan l-istaġun tal-Milied jistenna minn għandna. Carmel Cacopardo Carmel Cacopardo hu ċ-Chairperson tal-AD+PD Għalfejn f'dan il-mument kritiku narmu l-kisbiet li ġibna bis-sagrifiċċji ta' bosta? Għax huwa dan li nkunu qed nagħmlu kull meta jingħata ħjiel li wara kollox tajjeb li ninġabru u niċċelebraw

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 November 2020