Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1311610
03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 22 TA' NOVEMBRU 2020 TINFETAĦ MILL-ĠDID L-ISKEMA TAD-DOUBLE GLAZING GĦAL BIRŻEBBUĠA KOLLHA Jekk inti residenti Birżebbuġa u tixtieq tibbenefika minn din l-iskema tista' tapplika permezz tal-website www.rews.org.mt Applikazzjonijiet: Jiftħu: It-Tnejn 7 ta' Diċembru, 2020 Jagħlqu: Il-Ġimgħa 31 ta' Diċembru, 2021 *jew qabel, jekk il-fondi jiġu eżawriti Għal aktar informazzjoni tista' ċċempel fuq 2295 5000 jew tibgħat email fuq enquiry@rews.org.mt Repubblika titlob għat-tneħħija ta' Alex Dalli u inkjesta fuq kif qed jitmexxa l-Ħabs Repubblika qed tipproponi - fid-dawl tal-mewt tal-11- il priġunier fl-aħħar sentejn u nofs - li d-Direttur tal- Ħabs il-Kurunell Alexander Dalli jitneħħa minnufih u tinfetaħ inkjesta pubblika u indipendenti "biex tgħarbel il-kundizzjonijiet fil-ħabs, tiddetermina jekk l-istat u l-amministrazzjoni tal- ħabs għandhomx parti mir- responsabbiltà għall-fallimenti istituzzjonali, x'azzjoni għandha tittieħed u x'nistgħu nitgħallmu minn dawn il- fallimenti u biex tagħmel rakkomandazzjonijiet għal riformi fil-ħabs." L-għaqda qed tinsisti wkoll li għal xi żmien l-amministrazzjoni tal-ħabs taħdem taħt is-sorveljanza ta' Kumitat Parlamentari li jisma' l-amministratturi tal-ħabs u esperti fl-amministrazzjoni tal- ħabs u fil-ħidma soċjali, "biex jassigura s-salvagwardja tal-ħajja u tad-drittijiet fundamentali tal- priġunieri." L-għaqda qalet illi ħafna mill-imwiet baqgħu qatt ma kienu spjegati, speċjalment fid- dawl tar-rata ta' mwiet fl-istess istituzzjoni. "Nifhmu li meta jmut xi ħadd fil-kustodja tal-ħabs, tinfetaħ inkjesta maġisterjali. Ma smajna qatt li ngħalqet xi waħda minn dawn l-inkjesti kollha u x'kien l-eżitu tagħha. L-imwiet iseħħu fis-segretezza tal-ħabs u l-istħarriġ tal-imwiet isir fis- segretezza istituzzjonali tal- maġistratura. "Il-Gvern m'għandux jistenna aktar biex jiddetermina li aktarx jeżistu fallimenti sistematiċi li qed iwasslu għal dawn l-imwiet," temmet tgħid l-għaqda Repubblika. (Ara wkoll paġna 21) Id-Direttur tal-Ħabs il- Kurunell Alexander Dalli L-għaqda tgħid illi ħafna mill- 11-il mewt fl- aħħar sentejn u nofs qatt ma kienu spjegati