Illum previous editions

ILLUM 22 November 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1311610

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 27

04 aħbarijiet IL-ĦADD 22 TA' NOVEMBRU 2020 • illum Reshuffle: Clyde Caruana, Justyne jsiru Ministri ... Silvio Parnis jitħalla ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Il-jum tal-bieraħ kien ikkaraterizzat mir- reshuffle. F'dan ir-reshuffle - forsi wieħed ħafna akbar milli kien mistenni - Il- Prim Ministru neħħa mill- Kabinett lil Silvio Parnis, li fil-fatt huwa l-uniku membru preżenti tal- Kabinett li mhux se jkun parti mill-Kabinett il-ġdid. Imma apparti minn hekk u l-aktar notevoli kien li bidel il-portafolli ta' żewġ Ministri li fl-aħħar xhur kienu taħt ħafna kritika minħabba l-Covid-19, simili għal Silvio Parnis. Dawn huma Owen Bonnici u Julia Farrugia Portelli li issa ngħataw portafolli ġodda. Minn naħa l-oħra huwa reġa' daħħal lil Justyne Caruana, li se tkun qed tokkupa l-kariga ta' Ministru għat-Turiżmu. Caruana kienet Ministru għal Għawdex, qabel kellha tirriżenja minħabba li kienet żvelata ħbiberija bejn l-eks Assistent Kummissarju tal-Pulizija Silvio Valletta u Yorgen Fenech, akkużat bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Clayton Bartolo, intant ingħata promozzjoni u se jsir Ministru għat-Turiżmu, minflok Julia Farrugia Portelli. Bartolo kien Segretarju Parlamentari għall-Ekonomija Diġitali u Servizzi Finanzjarji. Fir-reshuffle li għamel il- Prim Ministru Robert Abela ilbieraħ - l-ewwel wieħed tiegħu - Michael Farrugia - il- Ministru tal-Enerġija u Ilma - mistenni issa jieħu Ministeru għall-Anzjani, portafoll li se jittieħed minn Michael Falzon li iżda se jkun qed iżomm il-bqija tal-portafolli li għandu u li jinkludu lill- Familja u Solidarjetà Soċjali. Intant Julia Farrugia Portelli se tkun qed titlef il- protafoll tat-Turiżmu għal Clayton Bartolo, u minflok se tkun qed tmexxi l-Ministeru tal-Inklużjoni u Diżabilità. Il-Ministru Owen Bonnici, li tilef l-Edukazzjoni li issa mar għand Justyne Caruana , se jkun qed imexxi l-Ministeru tal-Innovazzjoni u Riċerka filwaqt li Silvio Schembri se jżomm l-istess Ministeru, jitlef il-Malta Enterprise, jitlef l-Airmalta u jingħata d-Dipartiment tal- Artijiet. Miriam Dalli se tkun qed tieħu l-Ministeru tal-Enerġija, Ilma, Malta Enterprise u Żvilupp Sostenibbli filwaqt illi l-Ministru Aaron Farrugia ngħata Segretarju Parlamentari, Chris Agius. Agius se jkun responsabbli għall-Kostruzzjoni u l-Ippjanar filwaqt li Farrugia se jżomm il-portafoll kollu li għandu llum bil-kostruzzjoni miegħu. Il-Ministri Edward Zammit Silvio Parnis

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 November 2020