Illum previous editions

ILLUM 22 November 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1311610

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 27

21 editorjal illum • IL-ĦADD 22 TA' NOVEMBRU 2020 ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt D in il-ġimgħa erġajna smajna b'mewt ta' priġunier ieħor. Issa naturalment tkun preżunzjoni li ngħidu kif miet jew li naslu għal konklużjonijiet jew inkella li noħolqu kon- spiraziji. Minflok - hekk kif tħabbret il-11-il mewt ta' priġunier fl-aħħar sentejn u nofs - se nfakkru permezz ta' dan l-editorjal x'inhu l-vera skop tal-ħabs u x'ma għandux ikun, fis-seklu u fis-soċjetà li qed ngħixu fiha. L-ewwelnett, anke l-akbar kriminal għandu d-drittijiet tiegħu daqs kemm għandu dmirijiet. Jekk aħna, bħala soċjetà bil-barka tal-Gvern se ninżlu fit-triq li l-priġunieri jiġu trattati ta' annimali - dan la jirrifleti tajjeb fuqna, la jirrifletti tajjeb fuq il-Gvern u lanqas fuq is-sistema tal-ħabs minnha nnifisha. Jekk il-ħabs se jsir biss post ta' vendetta, mela se nkunu qed inħarsu biss sal-ponta ta' mneħirna u kif tgħid il-metafora se niżirgħu r-riħ u se naħsdu r-riefnu. Għaliex il- vendetta mhux talli ma tbiddilx lin-nies, talli tagħmilhom aktar kattivi u aktar riżoluti li jpattuha lis-soċjetà u lis-sistema. Eħrex kemm tkun is-sistema tal-vendetta, agħar se jkun ir-riżultat. Fuq din il-gazzetta l-ġurnalist u preżentatur Peppi Azzopardi ppreżenta kritika qawwija fil-konfront tad-Direttur tal-Ħabs u saħansitra qal li priġunieri li jiddaħħlu anke fuq reati żgħar qed jitpoġġew fl-agħar taqsimiet għal it żmien sabiex ibeżżawhom. Jekk din hija s-sistema li fuqha qed naħdmu, mela għandna bżonn inpoġġu bilqiegħda u niddiskutu kif se nbiddlu u għaliex hemm bżonn inbidluha. Ħadd mhu qed jgħid li l-Faċilità Korrettiva ta' Kordin issir lukanda. Ħadd mhu qed jgħid li nibdluh f 'palazz tar-rejiet. Li hemm bżonn iżda hija sistema li tkun proporzjonata għar-reat, dejjem u f 'kull ħin. Li tibgħat lil xi ħadd li seraq ġiżirana ma' stupratur jew priġunier bi storja ta' vjolenza, mhix proporzjonata. Hija inġusta. It-tieninett, li s-sistema tkun ġusta u ħanina. Fil-ħabs il-priġunieri jeħtieġ jitgħallmu kif ikunu parti minn soċjetà ġusta li temmen fil-ġustizzja u fl-onestà, ħalli ma tisraqx, ma tiħux dak li mhux tiegħek, ma tinċitax il-vjolenza u ħafna iktar. Meta ngħidu ħanina, ma jfissirx li l-gwardjani u d-Direttur tal-Ħabs joqgħodu jdoqqu l-arpa u jaqraw is-sunetti lill- priġuniera, imma li jiakru dejjem li minkejja l-iżball tagħhom - anke jekk gravi - jibqgħu umani, li jeħtieġ jiġu trattati ta' umani. Jeħtieġ li s-sistema tiem li t-teħid tal- libertà, minnha nnifisha diġa' hija kastig. Li s-sistema neħħitek mis-soċjetà għal xhur jew snin u li neħħietlek il-libertà li tiekol li trid, tagħmel li trid, tiltaqa' ma' min trid jew tmur fejn trid, diġa' hija kastig minnu nnifsu. Affarijiet u kastigi oħrajn, lilhinn mit- teħid tal-libertà, għandhom jingħataw biss meta dik il-persuna tikser il-buon ordni u r-regoli tal-faċilità u qatt sabiex tintimida, tbeżża' jew biex toħloq sens ta' sistema dittatorjali. U meta jingħataw dawn il-kastigi xorta għandhom jirrispettaw id-drittijiet bażiċi umani, jjem. Mhux ma jkunux ħorox jew ma jkunux iebsin, imma li jkunu ġusti u aċċettabbli. Ikun hemm min jgħid 'imma għax ma ġarax lilek tgħid hekk'. U forsi huwa vera li l-imġarrab biss jista' jgħidlek il-weġgħa ta' reat li jsir kontrih u t-trawma li ġġib magħha vjolazzjoni tal-proprjetà tiegħek jew tad- dinjità tiegħek. Imma soċjetà moderna u demokratika ma tistax tistrieħ b'mod assolut fuq l-emozzjoni tal-imġarrab, anke jekk dik l-emozzjoni hija aktar minn ġustifikata. Min jistrupralek lil bintek, mhux toqtlu jew tittorturah tkun trid? Imma ma nagħmlux hekk, hux? Min jabbuża mit-tfal, minn uliedek, mhux teliminah u tiddiġenerah u tumiljah tkun trid? Imma ma nagħmlux hekk hux? Inti min jidħol ġo darek u jisirqek - u allura jidħol fil-proprjetà privata tiegħek, mhux titfgħu ġo ċella u tarmni ċ-ċavetta jkollok aptit? Imma ma nagħmlux hekk hux? U jekk nagħmlu hekk ma nkunu solvejna xejn. U jekk fiż-żmien li jqattgħu fil-ħabs nitrattaw lill-priġunieri ta' żibel, kif qed nippretendu li joħorġu differenti minn kif daħlu? Onestament qed naħsbu li għax nagħmlu hekk awtomatikament persuna se titgħallem? Hawn min daħal il-ħabs u ħareġ tliet darbiet agħar milli daħal. Hawn min daħal għax pejjep joint u ħareġ jittaqqab fil-vina u kważi miet b'overdose. Hawn minn daħal għax uża dokumenti foloz u lanqas biss ħareġ minn hemm. Jekk dan mhux falliment assolut u totali tas-sistema, mela ma nafux x'inhu. U iva, hemm responsabilità politika x'tinġarr għas-sistema. Iva, hemm responsabilità x'tinġarr għal 11-il mewt f 'sentejn u nofs. Ma jistax ikun li ħadd ma jieħu responsabilità u ħadd ma jitkellem. Is-sistem jagħmilha l-Gvern u titmexxa mid-Direttur tal-Ħabs. U jekk fis-sistema hemm xi ħaġa ħażina, dawn iridu jiġu quddiem il-poplu u jitkellmu u jagħtu rendikont. Il-Faċilità Korrettiva ta' Kordin mhix repubblika għaliha. Mhix Il-Vatikan - stat ġo stat. Hija parti minn dan il-pajjiż, taħt il-liġijiet u konvenzjonijiet li ġew iffirmati minn dan il-pajjiż u għaliha jrid iwieġeb il-politiku bħal ma jwieġeb għal kwalunkwe entità oħra. Bħal ma Konrad Mizzi u qabel l-2013 Austin Gatt kellhom iwieġbu dwar l-Enemalta u l-Power Station u ż-żejt, illum Byron Camilleri jrid iwieġeb dwar il-ħabs. Il-mewt ta' żgħażugħ ieħor kienet mewta żejda u mewta oħra li stajna nevitaw. Li s-sistema setgħet evitat. La ġrat, bħall-10 ta' qabilha, issa rridu naraw kif mhux se jkollna n-numru 12. Huwa għaliex il-Faċilità Korrettiva ta' Kordin mhijiex xi repubblika għaliha f 'nofs Raħal Ġdid, illi dak kollu li jiġri hemm ġew huwa fl-interess tal-poplu li nkunu nafuh. Huwa fl-interess tal-poplu li għal kull żball li jsir hemm ġew jittieħed kont. U finalment huwa fl-interess ta' dawk li josservaw il-liġi li kull min jidħol fil-faċilità joħroġ aħjar, mhux agħar ... u preferibbilment ħaj! Kordin mhix repubblika għalih!

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 November 2020