Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1311610
22 opinjoni IL-ĦADD 22 TA' NOVEMBRU 2020 • illum M eta nisma' kif l-edu- kazzjoni tiġi ttrattata f 'pajjiżna, nibda nħokk rasi. Meta kont l-Università, kellna min jgħidilna li l-edukazzjoni qiegħda biex takko- moda s-suq, xi ħaġa li jien dejjem iddibattejt u qatt ma qbilt magħha u se nagħti r-raġunijiet għaliex. Sal-lum għadna nisimgħu l-istess ħaġa. Itambru u jtambru biex ħaġa bħal din nibdew nemmnuha b'għajnejna magħluqa. Min hu midħla tal-qasam edukattiv jaf li dan mhux minnu u mgħandu qatt ikun. L-edukaturi jafu li l-istudenti li għandhom quddiemhom mhux numri, imma għandhom qalb u moħħ li jaħsbu differenti minn xulxin, filwaqt li għandhom abbiltajiet u ħiliet differenti minn xulxin ukoll. Mhux xogħol l-edukaturi li jipproduċu. M'għandhomx magni quddiemhom bħal f 'xi fabbrika, imma persuni umani tad-demm u l-laħam. Għalkemm l-edukazzjoni isservi biex tgħin l-individwu ekonomikament, mhuwiex l-iskop u l-għan aħħari tagħha. L-edukazzjoni ġġorr magħha responsabbiltà u għandha tkun dixxiplina ta' valuri morali u etiċi marbuta mal-emozzjonijiet. Jekk l-edukazzjoni se tittieħed f 'kuntest t'akkwist ta' ċertifikati u avvanz fil- karriera biss, allura l-edukazzjoni tkun falliet. L-edukazzjoni għandha tkun imsejsa b'tali mod li takkwista għarfien u għatx għal iktar riċerka u tiix. Edukazzjoni għall- eżamijiet u biex twassal għas-suq biss, tibqa' falliment f 'dan is-settur, tant importanti għal pajjiżna li niddependu fuq ir-riżorsa umana. L-edukazzjoni għandha tkun ġejja mill-qalb, tappella u mogħtija mill-qalb u twassal il-valuri diġà msemmija. Is-suq mgħandux jiddetta fuq x'tip t'edukazzjoni għandha tingħata fl-iskejjel u fl-istituzzjonijiet tagħna. Huma l-edukaturi li għandhom ikunu l-ixpruni li jibnu t-tagħlim li għandu jingħata lill-istudenti u mhux ikun imponut fuqhom x'irid u x'għandu jsir, apparti milli lanqas biss jiġu kkonsultati fuq materji li jolqtuhom. Jiddispjaċini ngħid li din mhix edukazzjoni b'saħħitha li tagħtik il-ħiliet u l-opportunitajiet neċessarji li taħseb, tevalwa, tirrifletti u tiddiskuti b'mod matur. Edukazzjoni għas-suq ekonomiku hi biss edukazzjoni għall-flus u żgur mhux l-għan aħħari tal- edukazzjoni. Persuna tista' tingħata l-aqwa edukazzjoni u jkollha l-aqwa ċertifikati. Però jekk tkun nieqsa mill- valuri m'għandha xejn. Valuri ċiviċi, morali u etiċi huma l-valuri li għandhom jiġu mgħallma fl- edukazzjoni u jwasslu għal ċittadini onesti u reali. Edukazzjoni sofista kif inhi fi żmienna hi edukazzjoni mibnija fuq falsità, mibnija fuq is- suq u n-numri. Issa jekk il-Gvernijiet Maltin tal- preżent u tal-futur iridu jkomplu mexjin f 'din it-triq u jaċċettaw dit-tip t'edukazzjoni imponuta mis-suq, allura la huma kuntenti, jibqgħu mexjin f 'dik id-direzzjoni. Min-naħa l-oħra, l-edukaturi jafu lkoll x'inhi l-edukazzjoni tassew, jafu fejn trid twassal u xi trid tagħti. Jafu wkoll li l-edukazzjoni kif inhi fil-preżent u 'l hinn fejn hi sejra, mhix miexja fit-triq it-tajba. Għalhekk huwa tajjeb li iktar persuni midħla tal-edukazzjoni jitkellmu fuq dan is-suġġett. Li toqogħdu kwieti u tħallu 'l ħaddieħor jiddeċiedi għalikom, ma naħsibx li hija raġuni valida. L-edukazzjoni mhix is-suġġetti akkademiċi biss. Anki jekk il- bniedem irid il-flus biex jgħix u allura jrid xogħol li jrendilu, il-punt jibqa' li l-edukazzjoni trid tmur lil hinn. L-edukazzjoni trid tagħtik l-għodda tal-ħsieb u t-tiix tal-verità. B'dawn it-tnejn ma tistagħniex imma hemmhekk, l-edukazzjoni tkun verament laħqet il-milja tagħha. Għal din it-tip t'edukazzjoni trid issir il-ħidma u mhux x'jiddetta s-suq ekonomiku. Dan hu l-ħsieb tiegħi u naħseb li ħafna mill- edukaturi li għandhom għal qalbhom it-tagħlim, jaqsmu dan l-istess ħsieb tiegħi. Anki jekk fid-deher, jidher li l-edukaturi jaqblu ma' dak li jkun qed jiġri fil-qasam edukattiv, il-fatti juru mod ieħor. Ħafna jibżgħu jesprimu ħsibijiethom, però fil-privat tarahom jaqsmu l-istess ħsibijiet u ma jixtiqux li nibqgħu mexjin kif aħna mexjin. Xewqa tiegħi hi li narahom jinvolvu ruħhom aktar fejn jittieħdu deċiżjonijiet politiċi fis-sens usà tal-kelma u ma joqogħdux lura milli jesprimu ruħhom f 'materji li jolqtuhom. Għaldaqstant l-edukazzjoni trid titfassal mill-ġdid. Aħjar jiġu mgħallmin erba' affarijiet sew milli għaxra bl- għaġla bl-edukaturi u l-istudenti b'nifishom maqtugħ biex ilestu s-sena skolastika. L-edukazzjoni mhix qiegħda hemm biex l-edukaturi jservu ta' babysitters kif ta' spiss sirna nisimgħu, biex il-ġenituri tat-tfal ikun jistgħu jaħdmu, waqt li wliedhom ikunu l-iskola. Fejn tidħol l-użu tat- teknoloġija, isir ħafna aħir. Jien ngħid li t-teknoloġija mhix kollox fil-ħajja. Hija għodda tajba, imma li tkun skjav tagħha qatt, filwaqt li lanqas huwa ġust li tkun imponuta fuq kollox u fuq kulħadd. Jiddispjaċieni ngħid li l-edukazzjoni dejjem kienet mibnija fuq ħafna esperimenti li iktar iva milli le fallew, iktar u iktar jekk l-edukaturi ma jiġux mitlubin jagħtu s-suġġerimenti tagħhom u jiddeċiedu huma nfushom x'inhu l-aħjar għal ġid tal-istudenti tagħhom. Ninnota li jekk ikun hemm xi ħaġa li bdiet tħalli effett, titwarrab u tinbidel b'xi ħaġa oħra li jkollha effett kuntrarju. Pereżempju bejn dak li kont nitgħallem jien u dak li jitgħallmu llum hemm baħar jaqsam. Illum hemm wisq ġiri u sfrattu. Biss lkoll nafu li kif ġejna mgħallma fl-imgħoddi, tgħallimnih tajjeb, b'metodi li llum jitqiesu li għadda żmienhom. Illum l-istudenti sirna nibżgħu li se jingirfu u għalhekk mhux qed joħroġ il-potenzjal li għandu joħroġ u din l-edukaturi jħossuha. L-edukazzjoni li ttella' ċittadini tajbin fis-soċjetà, grazzi lill-edukaturi kollha li kellhom l-istudenti matul is-snin, tilħaq il- milja tagħha, meta dawn il-persuni li jkunu mgħallma, isibu posthom fis-soċjetà. Hemm tkun taf kemm swiet l-edukazzjoni li tkun ingħatat. L-edukaturi jafu li trid iż-żmien biex tara l-frott isir u jinqata' meta jkun il-waqt. Il-frott ma jidhirx mill-ewwel. Trid paċenzja u determinazzjoni kbira. Hekk ukoll l-istudenti jakkwistaw u jġibu r-riżultati wara ħidma, impenn u sagrifiċċji kbar li jsiru, kemm minnhom kif ukoll mill-edukaturi nfushom. U hemm ikun is- sodisfazzjon tal-edukaturi li jkunu mhux biss taw dak kollu li jafu, iżda għaddew lill-istudenti tagħhom żerriegħa tajba li tista' tikber f 'art għammiela. Malcolm Schembri L-Edukazzjoni għall-ekonomija – żgur li ma naqbilx! Malcolm Schembri huwa edukatur u opinjonista