Illum previous editions

ILLUM 22 November 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1311610

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 27

09 illum • IL-ĦADD 22 TA' NOVEMBRU 2020 aħbarijiet b'riżultati pożittivi Għal dan il-vaċċin, l-Istati Uniti ffirmat ukoll kuntratt ta' $1.9 biljun jekk din tipprovdi 100 miljun doża sa Diċembru u 500 miljun doża oħra wara. Anke l-Ġappun daħal f 'kuntratt ma' din il-kumpanija. X'ma nafux dwar il-vaċċin ta' Pfizer? Bħal fil-każ tal-vaċċin ta' Moderna għad hemm mistoqsijiet li jeħtieġ li jiġu mwieġba, fosthom jekk il- vaċċin iwaqqafx biss li persuna tiżviluppa s-sintomi jew twaqqafx ukoll persuna milli tgħaddi l-virus lil ħaddieħor. Għadha trid tkun imwieġba wkoll il-mistoqsija dwar kemm iddum taħdem l-immunità. Imma l-vaċċin ta' Pfizer sigur? Għalissa ma tqajmu l-ebda mistoqsijiet dwar is-sigurtà ta' dan il-vaċċin. Voluntiera li ħadu dan il- vaċċin qalu li l-uniku effett sekondarju li żviluppaw kien li għall-ewwel ħassewhom qishom għandhom "hangover" qawwi. Jidher li kien hemm ukoll min żviluppa xi ftit tad-deni u uġigħ ta' ras. Il-kumpaniji qalu li mill- analiżi li għamlet sa issa, kienu biss 2% tal-parteċipanti li żviluppaw dawn l-effetti sekondarji. Kif jikkumparaw flimkien dawn iż-żewġ vaċċini? Għalkemm iż-żewġ vaċċini jidher li huma effettivi u siguri, dak ta' Moderna jidher li għandu vantaġġ prattiku sinifikanti fuq dak ta' Pfizer. Fil-fatt, il-vaċċin ta' Pfizer irid jinżamm f 'temperatura ta' 75 gradi Celsius taħt iż-żero sakemm ikun ittrasportat mill- faċilità għall-pazjent. Għalhekk pajjiż irid ikollu l-infrastruttura neċessarja biex ikun jista' jaħżen il-vaċċin. Mill-banda l-oħra, il-vaċċin ta' Moderna, jista' jinżamm f 'temperatura ta' 20 grad taħt iż- żero, għal sitt xhur. Vantaġġ ieħor, dejjem skont l-informazzjoni li qed jagħtu l-kumpaniji, huwa li l-vaċċin ta' Moderna jista' jinżamm sa 30 ġurnata fi friġġ. Dak ta' Pfizer jista' jagħmel biss ħamest ijiem. Apparti minn hekk iż-żewġ vaċċini jirrikjedu żewġ dożi. Fil- każ ta' Pfizer bejn injezzjoni u oħra jridu jgħaddu 21 ġurnata, filwaqt li dak ta' Moderna jirrikjedi żewġ injezzjonijiet fi żmien erba' ġimgħat. Fadlilna biex jgħaddi kollox? Kemm Moderna u anke Pfizer qalu li fil-ġimgħat li ġejjin se jkunu qed japplikaw mar-regolatur Amerikan, il- Food and Drug Administration, għall-awtorizzazzjoni biex dan il-vaċċin ikun jista' jibda jintuża b'emerġenza fil-ġimgħat li ġejjin. Pfizer saħansitra qalu li se jkunu qed japplikaw mar- regolatur "fil-jiem li ġejjin." Jekk kollox jibqa' għaddej kif ippjanat, Pfizer qalet li kapaċi tipproduċi madwar 50 miljun doża sal-aħħar tas-sena u 1.3 biljun doża sal-aħħar tal-2021. Fil-fatt, fil-ġimgħat li għaddew ġew ippubblikati filmati ta' wieħed mill-ipjanti li beda jipproduċi dan il-vaċċin. Moderna wkoll qed tippjana li matul is-sena d-dieħla tkun kapaċi tipproduċi aktar minn biljun doża. Mhux teskludi li sal-aħħar tas-sena jkollha lesti 20 miljun doża. Sa issa, ma jidhirx li l-vaċċin se jkun disponibbli barra mill-Istati Uniti qabel is-sena d-dieħla. Madanakollu lanqas ma jfisser li l-ħajja se tkun qed tirritorna għan-normalità minnufih. Il-Professur Ugur Sahin, wieħed mill-fundaturi ta' BioNTech li pproduċiet il- vaċċin ma' Pfizer, qal li l-effett tal-vaċċin x'aktarx li jibda jinħass b'mod sinifikanti fis- sajf li ġej, bil-ħajja tkun tista' tirritorna lura għan-normal fix- xitwa 2021. Mhux jeskludi, iżda, li l-vaċċin minnufih inaqqas drastikament it-trasmissjoni tal- virus u għalhekk il-każi ġodda ta' Covid-19. 'Il-Ministeru diġà għandu ppjanat il-ħażna għall-vaċċin' Dwar l-isfidi marbuta mal-ħażna tal-vaċċin minħabba t-temperatura, partikolarment dak ta' Pfizer, il- gazzetta ILLUM staqsiet lill-Ministeru għas-Saħħa jekk Malta għandhiex l-infrastruttura neċessarja għall-ħażna tal-vaċċin. Mal-ILLUM, il-Ministeru insista li diġà għandu ppjanat il-ħażna tat-tilqima kontra l-Covid-19. Fil-fatt, skont il-Ministru tħejjew faċilitajiet ta' cold rooms li fihom jkunu jistgħu jitpoġġew konsenji tal-vaċċin. Fl-aħħar jiem, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, saħaq li Malta mistenni tibda tirċievi l-vaċċin tal-Covid-19 f 'temp ta' ftit jiem minn meta jitpoġġa fis-suq. Fid-29 ta' Awwisu, fuq Twitter, Fearne saħaq li Malta diġà għandha allokati 330,000 doża tal-vaċċin. Fil-fatt l-Unjoni Ewropea ffirmat kuntratt ma' Pfizer u BioNTech għal 300 miljun doża tal-vaċċin. L-EU għandha wkoll ftehim ma' ħames kumpaniji oħra, fosthom Moderna bl-għan li l-pajjiżi Ewropew jirċievu l-vaċċin minn tal-ewwel. Il-Ministru Fearne kien saħaq ukoll Malta se tkun fost l-ewwel pajjiżi li se tipproteġi lill-ħaddiema tas-saħħa, lill- anzjani u lill-persuni l-oħra meqjusa l-aktar vulnerabbli għall-virus. Wara jkunu jistgħu jaslu aktar dożi biex il-bqija tal-poplu jitlaqqam ukoll. Fearne kien ikkonferma wkoll li t-tilqima kontra l-Covid-19 se tkun b'xejn. Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 November 2020