Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1315438
14 analiżi IL-ĦADD 6 TA' DIĊEMBRU 2020 • illum ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Maġġoranza qawwija ħafna ta' Maltin ma jqisux lilhom infushom bħala razzisti u dan minkejja li fl-istess ħin jesprimu riservi lejn l-immigranti u l-immigrazzjoni, li probabbilment isibu l-għerq tagħhom fil-xenofobija jew nuqqas ta' għarfien dwar persuni ta' razzez differenti. Dan joħroġ b'mod mill-aktar ċar f 'sondaġġ xjentifiku ikkummissjonat mill- Fakultà tal-Benesseri Soċjali fl-Università ta' Malta li juri illi 82.5% ma jqisux lilhom infushom bħala razzisti. Fil-fatt mis-600 persuna li pparteċipaw 56.9%, meta mistoqsijin, wieġbu li assolutament mhumiex razzisti, filwaqt li 25.6% qalu li mhumiex "daqstant" razzisti. L-oħrajn - jiġifieri 17.5% - qalu li huma razzisti ħafna (2.5%) jew xi it razzisti (15%). Ir-razziżmu kien fuq nett tal-aġenda politika internazzjonalment wara l-qtil ta' George Floyd - meta dan kien taħt il- kustodja tal-pulizija - u l-protesti, xi minn daqqiet vjolenti, li qamu wara u li seħħew fl- Istati Uniti u diversi pajjiżi oħrajn madwar id-dinja. F'Malta wkoll fit-18 ta' Mejju 2019 inqatel immigrant - Lassana Cisse Souleyman - minn persuni li sparaw minn karozza waqt li kienu qed isuqu fi Triq il-Ġebel, limiti ta' Birżebbuġa. Wara ġew akkużati żewġ membri tal-Forzi Armati ta' Malta. Dan ukoll qajjem għagħa kbir fil-pajjiż bir- razziżmu mill-ġdid fuq fomm bosta u fit- titli ta' bosta gazzetti. Kważi nofs il-Maltin iktar jaraw l-immigranti bħala piż milli kontribut Minkejja li allura maġġoranza qawwija tal-Maltin jgħidu li mhumiex razzisti, fl-istess ħin ħafna ma jarawx li dawn l-immigranti iktar jistgħu jgħinu milli jkunu ta' toqol għall-pajjiż. Fil-fatt 48.4% jaħsbu li l-immigranti iktar huma piż milli huma ta' kontribut għall-pajjiż. Minn dawn, 30.4% qalu li 'assolutament ma jaqblux' li l-immigranti huma kontribut, filwaqt li 18% 'ma jaqblux'. Minn naħa l-oħra kienu biss 5.5% li qalu illi jaqblu kompletament u 10.9% li jaqblu ma' din l-istqarrija. 35.2% la jaqblu u lanqas ma jaqblux li l-immigranti huma aktar kontribut milli piż fuq is-soċjetà. Aktar minn hekk iżda u mill-ġdid minkejja li ħafna jgħidu li mhumiex razzisti, 48% ta' dawk li pparteċipaw f 'dan is-sondaġġ jisħqu illi ma jaċċettawx li xi ħadd fil-familja tagħhom, bħal uliedhom, jiżżewġu immigrant Afrikan. Meta mistoqsijin, 36.4% qalu li huma assolutament ma jaċċettawx li xi ħadd minn uliedhom jiżżewweġ immigrant, filwaqt illi 11.7% qalu li ma jaċċettawx. Minn naħa l-oħra 30% qalu li jew assolutament jaċċettaw jew inkella li jaċċettaw dan. 21.8% baqgħu fin-nofs u qalu li la ma jaqblux u lanqas jaqblu li xi ħadd bħal binhom jew binthom tiżżewweġ immigrant Afrikan. Ir-razziżmu kulturali huwa aktar perikoluż minn dak ideoloġiku Intant dwar dawn iċ-ċifri din il-gazzetta tkellmet mal-Lettur fl-Università ta' Malta fil-Fakultà tal-Edukazzjoni u li jispeċjalizza, fost suġġetti oħra, fl-Inklużjoni Francois Mifsud. Mal-ILLUM Mifsud jgħid illi l-fatt li ħafna Maltin jiċħdu kategorikament li huma razzisti imma f 'ċertu sens ta' attitudni juru mod ieħor huwa każ ċar ta' razziżmu kulturali. Mifsud mil-ewwel jgħid illi r-razziżmu kulturali huwa ħafna iktar perikoluż minn dak ideoloġiku. "Għax inti hawnhekk għandek nies li qed jinnegaw r-razziżmu ideoloġiku - jiġifieri li jgħidu illi huma kontra diskriminazzjoni fil-konfront ta' persuna, għax għandha kulur differenti tal- ġilda. Imma fl-istess ħin iħaddnu l-istess stil ta' ħajja u ideat, mingħajr ma jafu." Mifsud għalhekk jispjega li r-razziżmu kulturali jidħol aktar fil-fond tal-ħajja tagħna u għalhekk jgħid li huwa iktar perikoluż u iktar diffiċli li jiġi indirizzat. "Għax dan ifisser li inti tkun qed tħaddan dawn il-prinċipji razzisti mingħajr ma tkun ħsibt dwar l-attitudni tiegħek. Għax dak ir- razziżmu huwa mwieled minn indifferenza jew nuqqas ta' ħsieb." Dwar il-fatt li ħafna Maltin ma jkunux iridu lil uliedhom jiżżewġu immigrant Afrikan, forsi għax jirraġunaw illi huwa differenti, Mifsud ifakkar li anke Ingliż differenti. "Għaliex niffukaw fuq l-iswed biss per eżempju? Hemm raġuni storika għal dan," itemm jgħid. Terz tal-poplu ma jridx immigranti jgħixu ħdejh Intant dan is-sondaġġ fittex li jiem aħjar kif iħossuhom il-Maltin dwar l-immigranti madwarhom u anke fid-dinja tax-xogħol. Hawnhekk naraw stampa xi it diversa, bil-poplu maqsum dwar dak li jaħseb fuq immigranti li jgħixu ħdejhom. Mhux IL-MALTIN MHUX RAZZISTI IMMA KWAŻI TERZ MA JRIDUX JGĦIXU ĦDEJN IMMIGRANTI Meta tistaqsi, iktar minn 82% tal-Maltin jgħidulek li mhumiex razzisti imma mbagħad kważi nofsna ma jridux lil uliedhom jiżżewġu xi immigrant u kważi terz lanqas iridu immigranti jgħixu ħdejhom. Aħna razzisti jew le? L-ILLUM tanalizza n-numri u titkellem mal-Lettur Francois Mifsud... Il-Lettur fl-Università ta' Malta Francois Mifsud