Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1315438
04 aħbarijiet IL-ĦADD 6 TA' DIĊEMBRU 2020 • illum Kartolina GĦALL-ISTRINA Pack of 8 Assorted Christmas Cards for the Price of €5.00 Place your order by filling this form, enclose a cheque payable to the Malta Community Chest Fund Foundation and send by post to: The Malta Community Chest Fund San Anton Palace Attard ATD 1290 Proceeds from the sale of this Christmas Card will go towards the Malta Community Chest Fund Foundation. Supported by MaltaPost p.l.c. NAME & SURNAME: DELIVERY ADDRESS: QUANTITY: (TICK) 1 SET – €5 2 SETS - €10 3 SETS - €15 MORE: (PLEASE SPECIFY AMMOUNT) TICK TICK TICK AMNT 'Xehedt u għidt biżżejjed' - Muscat ALBERT GAUICI CUNNINGHAM L-eks Prim Ministru Joseph Muscat żamm lil Keith Schembri f 'postu bħala Chief of Staff f 'Kastilja minkejja li kif żvela hu stess nhar il-Ġimgħa kien jaf illi 17 Black hija negozju bejn Schembri u Fenech u minkejja li kien diġa' ġie infurmat mis-Servizzi Sigrieti li Fenech qed ikun trattat bħala s-suspettat fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Il-gazzetta ILLUM ikkonfrontat lil Muscat b'dan il-fatt li jidher li inqabeż waqt l-inkjesta pubblika li saret nhar il-Ġimgħa, imma r-risposta tiegħu kienet waħda qasira u xotta, "xehedt u għidt biżżejjed." Din il-gazzetta staqsiet hekk lill-eks PM: 'Ladarba int kont taf bl-eżistenza tar-rabta bejn Keith Schembri u Yorgen Fenech fir-rigward ta' 17 Black, għalfejn ma neħħejtx lil Keith Schembri fil-mument li s-Servizzi Sigrieti qalulek li Fenech huwa suspettat? Għax dan kien ifisser allura li ċ-Chief of Staff f 'Kastilja kien qed jagħmel negozju mas-suspettat f 'assassinju ta' ġurnalista. Ma tħossx li kellek tkeċċieh malli waslet din l-informazzjoni għandek?' Kien Muscat innifsu li din il- ġimgħa waqt li kien qed jixhed fl-inkjesta pubblika dwar il-qtil tal-ġurnalista li qal illi hu kien jaf illi 17 Black kienet negozju li kien hemm bejn Fenech u Schembri. Tul ix-xhieda huwa faħħar lil Schembri diversi drabi bħala l-persuna li kienet ċċaqlaq l-affarijiet u tara li l-Ministri qed jagħmlu xogħolhom. Huwa ċaħad ukoll illi qatt kien hemm Kitchen Cabinet, li kien jiddeċiedi minn wara dahar il-Kabinett il-propju, u li kien indikah l-eks Ministru tal- Finanzi Edward Scicluna. Kienet l-avukat erese Comodini Cachia li staqsiet lil Muscat jekk qattx staqsa lil Schembri dwar il-kumpanija 17 Black u s-sid tagħha. "Le. Qatt ma staqsejtu. Keith Schembri qalli li kienet relatata ma' negozju komuni li kellhom bejniethom (ma' Yorgen) u li ma kellha xejn x'taqsam mal- Electrogas," kompla. Comodini Cachia staqsiet ukoll għaliex kien iħalli lil Schembri jidħol għal-laqgħat mas-Servizzi Sigrieti meta kien ħabib ta' Fenech. Dwar is-Servizzi Sigrieti, Muscat talab li jixhed fil-privat. X'inhi 17 Black? Il-kumpanija 17 Black kienet żvelata bħala target client tal- kumpaniji Tillgate u Hearnville, kumpaniji fil-Panama miuħin minn Keith Schembri u Konrad Mizzi rispettivament. Reuters u e Times bħala Daphne Project, kienu irrappurtaw kif - allegatament - kienu għaddew mal-$1.4 miljun minn Rufat Baratzada - security f 'sit ta' kostruzzjoni fl-Ażerbajġan - lejn 17 Black, filwaqt li allegatament għaddew ukoll $200,000 għal 17 Black mill-aġent tat-tanker tal- gass f 'Delimara, xi ħaġa li dan ċaħad. Intant iktar tard kien allegat li f 'din il-kumpanija daħlu €4.6 miljun fi qliegħ mill-bejgħ ta' Windfarm fil-Montegro, lill- Enemalta. Meta Carauna Galizia kienet bdiet tindika li għandha informazzjoni dwar 17 Black, din il-kumpanija biddlet isimha għal Wings Development. Minkejja dan sa issa m'hemm ebda prova li dawn il-flus kienu laħqu għaddew f 'Hearnville u Tillgate u lanqas hu magħruf iżda x'sar minn dawn l-€4.6 miljun. Noor Bank kien għalaq il- kontijiet ta' 17 Black u $1.6 miljun lil Yorgen Fenech għax ħadd ma talab l-iffriżar ta' dawn il-flus, kien qal il-Kap tal-FIU tal-UAE.