Illum previous editions

ILLUM 13 December 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1318990

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 27

21 editorjal illum • IL-ĦADD 13 TA' DIĊEMBRU 2020 ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt K ull partit politiku jrid jidher żgħażugħ. Kull mexxej poli- tiku jixtieq li jkollu immaġini żgħażugħa. Kull partit politiku jrid liż-żgħażagħ jivvutaw lilu. Illum saret xejra moderna u "tal-moda" illi partit politiku jaħdem u jistinka biex iressaq liż-żgħażagħ lejh u dan għaliex, dan huwa kkunsidrat bħala l-aktar votant li jaħseb b'moħħu lilhinn mill-passjonijiet politiċi, huwa l-futur tal-pajjiż u huwa l-aktar votant li forsi jħossu aljenat mill-politiċi u l-lealtajiet tal-passat. Dan l-aħħar f 'pajjiżna waqt il-kampanji elettorali saret il-moda li wara l-mexxej ikun hemm skjerati numru ta' żgħażagħ lebsin sabiħ, daħkana u kuntenti - li jċapċpu u jqumu bil-wieqfa jagħtu standing ovation wara l-ieħor lill-mexxej, b'mod kważi kliniku u f 'uniformità. Dan huwa kollu relatat mal-immaġini. Isir żball u jkun insult iżda li partit politiku jieqaf hemm u jaħseb illi l-votant żagħżugħ se jivvotalu sempliċiment għax fuq quddiem jew wara l-mexxej hemm żgħażagħ oħrajn, lebsin ħwejjeġ tal-moda, iċapċpu. Il-partiti jeħtieġ jimu - u dan il- punt qed isir f 'analiżi tas-sitwazzjoni fil-Partit Nazzjonalista f 'paġni 6 u 7 - li ż-żgħażagħ, jew ħafna minnhom, jersqu lejn partit u jivvotawlu meta dak il-partit ikun jissimbolizza dawk il-prinċipji li huma jemmnu fihom u meta dak il-partit jissimbolizza t-triq 'l quddiem li huma jemmnu li l-pajjiż għandu jieħu. Meta dak il-partit mhux talli ma jibżax jieħu pożizzjonijiet fuq kontroversji talli jkun hu li jmexxi 'l quddiem kwistjonijiet u kontroversji li jagħmlu differenza lin-nies. Nisa Laburisti pproponew illi l-perjodu bejn is-separazzjoni u d-divorzju għandu jonqos, għaliex erba' snin kienu qed joħolqu tbatija żejda u kappriċċuża għal mijiet ta' koppji illi ma kellhom ebda intenzjoni li jerġgħu jkunu flimkien. Din il-ġimgħa rajna lill-Gvern jippreżenta ir-riforma fil-liġi tad-divorzju. Qabel l-elezjoni tal-2013 il-Forum Żgħażagħ Laburisti kien kruċjali fl- imbutattura u fit-tfassil tal-wegħda għal unjoni ċivili bejn koppji tal-istess sess. Dan l-aħħar ukoll dak li kien il-President ta' dan il-Forum (illum Deputat Mexxej tal-PL) Daniel Micallef qed jitkellem fil- miuħ dwar jekk għandniex nikkunsidraw l-ewtanasja għal min vera qed ibati (ara paġni 14 u 15). Is-Segretarju Parlamentari Rosianne Cutajar ippronunzjat ruħha fuq il-prostituzzjoni u kif din tista' tkun regolarizzata. U fl-aħħar snin kellna ħafna kwistjonijiet li it jew ħafna jaffetwaw lil eluf ta' żgħażagħ jew inkella huma kwistjonijiet li dwarhom jixtiqu jitkellmu u juru l-opinjoni: Jekk hux il-Ħabs, l-immigrazzjoni, ix- xogħol, l-edukazzjoni, id-divertiment, Paceville, ix-xiri tal-ewwel proprjetà tagħhom jew it-tieni, it-trasport pubbliku, it-toroq, il-korruzzjoni, il-meritokrazija u tant u tant aktar. Iż-żgħażagħ ma jgħixux f 'bozza! Il- votant żgħażugħ jersaq lejn partit, mhux għax dak il-partit jagħti l-ġenb lil min hu aktar anzjan u jitfa' żagħżugħ f 'kariga imma għax ikun żagħżugħ fl-ispritu. Lest biex ibiddel, lest biex jiġġedded, lest jieħu r-riskji biex jagħmel ħajjet in-nies aħjar, lest jisma' mingħajr ma qatt jitla' fuq pedestalli, lest ikun fuq quddiem u minn tal-ewwel f 'ċerti kwistjonijiet. Partit li kapaċi juża l-midja soċjali u l-aħħar teknoloġiji bl-aktar mod tajjeb u partit bla inibizzjonijiet, li lest jiddiskuti u li lest jagħmel id-differenza. U iva - f 'dan is-seklu li qed ngħixu fih fejn id-dehra hija importanti ħafna - partit b'immaġini moderna, friska u enerġetika! Huwa tajjeb li Bernard Grech qed jagħmel tant aċċenn fuq il-bżonn li ż-żgħażagħ ikunu fuq quddiem fil-PN. Pero' dan mhux biżżejjed. Biex verament jiġbed liż-żgħażagħ lejh - dawk il-ġenerazzjonijiet sħaħ li prattikament tilef u għadu qed jitlef il-PN - irid jitgħallem kif ikun relevanti għalihom. U jrid jammetti li ma baqax rilevanti għalihom u dan jidher ċar elezzjoni wara oħra u sondaġġ wara ieħor! Dan jista' jagħmlu billi mhux biss jitkellem il-lingwa taż-żgħażagħ imma jsir bejta ta' ideat friski u alternattivi għal dawk tal- Gvern preżenti. Pijunier fil-proposti mhux reattiv. Avventuruż u mingħajr biża' li jieħu pożizzjoni, mhux ħafna kliem fl-ajru u ambigwu - biex ma ndejqu lil ħadd u nintogħġbu ma' kulħadd. Minkejja li l-Partit Laburista ilu sebgħa snin u nofs fil-poter u minkejja oxxenitajiet li waslu biex saħansitra jiriżenja l-aktar Prim Ministru popolari minn kemm Malta ilha indipendenti, jidher li m'għandux problema li jirriforma, jiġġedded - anke jekk fil-Gvern - b'nies ġodda b'mentalità aktar żgħażugħa bħal Daniel Micallef, Ramona Attard, Aaron Farrugia , Miriam Dalli, Clyde Caruana u tant oħrajn. Aktar minn hekk iżda, il-Partit Laburista għad għandu kważi monopolju politiku fl-iżvilupp ta' diskussjoni dwar kwistjonijiet li l-aktar jolqtu liż-żgħażagħ f 'ħajjithom u f 'buthom u li l-aktar huma attraenti għalihom. Mela allura jekk partit irid ikun żgħażugħ u jattira l-vot taż-żgħażagħ - apparti li jrid jirrifletti immaġini moderna u żgħażugħa, mhux waħda għajjiena u stirata - jeħtieġ ikun rilevanti. Jeħtieġ jistaqsi: B'dak li ngħid jew ma ngħidx, b'dak li nagħmel jew ma nagħmilx, kif nidher, kif nikkomunika, b'dak li nipproponi jew ma nipproponix - jiena rilevanti jew le għall-ġenerazzjoni Maltija tal-lum u ta' għada? Jekk ir-risposta hija 'iva' - mela l-partit jista' jkollu nofs l-uffiċjali anzjani, għax xorta jkun żgħażugħ fil-qalb, fil-moħħ u fl-ispirtu! Iż-żgħażagħ tattirahom lejn il-politika u l-partit billi tkun rilevanti għalihom

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 December 2020