Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1318990
YENDRICK CIOFFI Hawn min iħalli għall-aħħar erbat ijiem biex jixtri r-rigali tal-Milied iżda oħrajn iħobbu jaħsbu minn qabel u ġeneralment l-ewwel ġimgħa ta' Diċembru, partikolarment il-festa tal- Immakulata Kunċizzjoni, nhar it-8 ta' Diċembru, hija popolari ħafna għax-xiri tar-rigali. Minkejja li din is-sena xejn mhu bħas-soltu, minħabba l-pandemija tal-Covid-19, li prattikament laqtet kull aspett tal-ħajja, jidher li n-negozji, jew almenu wħud minnhom, xorta waħda esperjenzaw ċaqlieqa. F'kummenti mal-gazzetta ILLUM, il-Kap Eżekuttiv tal- Kamra tal-SMEs, Abigail Mamo saħqet li t-tendenza tal-Maltin li jibdew ix-xiri tal-Milied mill- Kunċizzjoni jidher li nżammet anke din is-sena. "Kien hemm spinta tajba," saħqet Mamo anke jekk xorta waħda dan ma jikkumpara xejn ma snin li għaddew. Madanakollu Mamo saħqet li l-fatt li ħafna ħadu t-Tnejn leave, għax it-Tlieta kienet festa, għenet ħafna biex il-ħwienet irrapportaw ċaqlieqa fin-negozju tagħhom matul tmiem il-ġimgħa li għadda. "Minkejja ċ-ċirkostanzi u r-restrizzjonijiet, ħafna sidien huma sodisfatti," insistiet Mamo. Ħwejjeġ casual u affarijiet tad-dar jidher li se jkunu l-aktar popolari Jibqa' l-fatt, kompliet tispjega, li hemm negozji f 'setturi varji li għalihom xorta waħda x-xogħol huwa batut immens u ma kinitx qed tirreferi biss għall-bars li għal dan iż-żmien, li s-soltu jkun kruċjali għalihom, se jibqgħu magħluqa. Semmiet, pereżempju dawk l-istabbilimenti tal-ikel li minħabba li l-liċenzja tagħhom mhijiex ta' ristorant ma jistgħux iservu alkoħol. "Dawn se jbatu. Diffiċli toħroġ f 'dawn iż-żminijiet u ma tiħux tazza nbid jew cockail," saħqet Mamo. Iżda hemm ukoll anke negozji oħra, bħal dawk li jbiegħu ħwejjeġ tal-okkażjoni, li wkoll huma batuti ħafna u din iċ-ċaqlieqa mhux qed iħossuha. "Okkażjonijiet ma hawnx u ħafna mhux se joħorġu u għalhekk ħwejjeġ puliti mhux se jixtru," insistiet. Fil-fatt, il-Kap Eżekuttiv tal- Kamra tal-SMEs saħqet li l-aħjar li qed imorru huma dawk il-ħwienet li jbiegħu ħwejjeġ ta' kuljum u casual u dawk li jbiegħu affarijiet għad-dar. "La n-nies qegħdin ġewwa se jinvestu aktar fid-dar tagħhom, anke mezzi ta' divertiment għad- dar," saħqet Mamo. 'Anke l-Belt innutajna ċaqlieqa' L-ILLUM staqsiet lil Mamo jekk kienx hemm xi negozji, f 'lokalitajiet partikolari li nnutaw ċaqlieq aktar minn oħrajn. Wieġbet li ċ-ċentri kollha, fejn persuna se ssib għadd ta' ħwienet f 'post wieħed, jibqgħu dejjem l-aktar popolari. "Fuq nota pożittiva, il-Belt ukoll innutajna ċaqlieqa tajba," insistiet Mamo. Kif irrapportat il-gazzetta ILLUM fl-aħħar ġimgħat, diversi huma s-sidien tan-negozji u anke l-Kamra tal-SMEs stess li esprimew it-tħassib tagħhom għad-daqqa kbira li ħa n-negozju fil-Kapitali. Iżda jidher li fl-aħħar jiem dawn raw xaqq ta' tama. "Bħal Karnival, fil-Milied trid tidħol it sal-Belt. Hija ħarġa sabiħa għall-familja, speċjalment għal dawk li għandhom it-tfal. Il- Belt mhijiex biss ħwienet," saħqet Mamo. Fil-fatt, it-tama hi li l-it attivitajiet li għaddejin il-Belt, fosthom il-mixgħela tat-toroq ta' Pjazza San Ġorġ u l-attivitajiet żgħar, bħal kant tal-Milied fit- toroq, jgħinu xi it jew wisq biex aktar persuni jitħajru jidħlu l-Belt Valletta. Ta' min ifakkar ukoll li għal kull min jidħol il-Belt jixtri r-rigali tal- Milied, il-parkeġġ fl-MCP huwa b'xejn. "Din is-sena attivitajiet ma hawn kważi xejn u allura dawn se jagħmlu differenza. Il-Belt tista' tkun il-ħarġa ideali għall-familja," saħqet. Ftit tal-ġimgħat ilu, ma' din l-istess gazzetta, Mamo insistiet ukoll li l-Belt hija waħda mil- lokalitajiet l-aktar siguri għax-xiri tal-Milied, għax in-nies jistgħu jinfirxu fit-toroq u dejjem qiegħdin fil-miuħ. Mistoqsija dwar it-tbassir li għandhom għall-jiem li ġejjin, Mamo saħqet li anke jekk mhux jistennew jew jimmaġinaw li n-negozju se jkun jqarreb jew jaqbeż dak tas-snin li għaddew, jistennew li din iċ-ċaqlieqa tkompli u saħansitra tiżdied fil- jiem li ġejjin. Fil-fatt, anke jekk din is-sena ġiet il-Ħadd, Jum ir-Repubblika, li jaħbat illum, huwa wkoll popolari max-xiri tar-rigali tal- Milied. 05 illum • IL-ĦADD 13 TA' DIĊEMBRU 2020 'Kien hemm spinta tajba ... ħwejjeġ ta' kuljum u l-affarijiet tad-dar l-aktar popolari' Anke jekk in-negozju xejn ma jikkumpara mas-snin li għaddew, il-Kap Eżekuttiv tal- Kamra tal-SMEs, Abigail Mamo, tisħaq li matul il-ġimgħa li għaddiet kien hemm ċaqlieqa tajba anke jekk hemm negozji li se jsibuha diffiċli aktar minn oħrajn Abigail Mamo - Kap Eżekuttiv tal-Kamra tal-SMEs