Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1318990
10 analiżi IL-ĦADD 13 TA' DIĊEMBRU 2020 • illum X'TAĦSEB DWAR IL- VAĊĊIN KONTRA L-COVID-19? L-ILLUM tistaqsi Mario Micallef, attur veteran li jaqa' taħt il-kategorija tan-nies vulnerabbli, tkellem mal-gazzetta ILLUM fuq kemm hu ħerqan bil-wasla tal-vaċċin f 'Malta. Micallef esprima dak li qed iħoss: Ferħ u tama kbira issa li għandna l-vaċċin. Fi kliemu, Micallef ifakkar li għalkemm qed nieħdu l-prekwazzjonjiet kollha, Malta xorta qed taffaċja numru kbir ta' vittmi allura dan il-vaċċin se jkun ta' għajnuna kbira. Hu ammetta li l-unika ħaġa li qed tbeżżgħu huwa l-fatt li nies tal-età tiegħu, għalkemm vulnerabbli, se jieħdu l-vaċċin f 'Marzu u dan id- dewmien se jwelled ċertu ansjetà. Mistoqsi hekk hux se jieħu l-vaċċin, hu jgħid li se jieħdu l-vaċċin bla ebda dubju, speċjalment meta jara li l-effiċjenza kkalkulata għall-vaċċin hi ta' persentaġġ għoli. Vera li għad hemm persentaġġ minimu li l-vaċċin ma jaħdimx, iżda l-kelma tal-awtoritajiet isseraħlu rasu. Mario Micallef jispiċċa billi jgħid li għalkemm nisimgħu kif l-infuwenza staġjonali tħalli warajha aktar vittmi, din il-pandemija waqqfet lid-dinja. "Inżommu f 'moħħna li minħabba li t-teħid tal-vaċċin mhux obbligatorju, wieħed jrid joqgħod dejjem attent". L-istudent, Denilson Brincat tkellem ukoll mal-gazzetta ILLUM fuq l-emozzjonijiet li ħass l-ewwel darba li sema' fuq il-vaċċin. Brincat qal li hu esperjenza kull tip ta' emozzjoni. Ħassu ferħan, u mal-ferħ ħass ukoll it-tama li sa fl-aħħar sibna soluzzjoni għal din il-pandemija. Iżda ħass ukoll biża, għax bħal kull persuna oħra fid-dinja x'fih dan il- vaċċin u fejn se jwassalna ma jafx. Denilson Brincat qed jagħmel baċċelerat fil-Midja u bla ma jrid issib ruħu mdawwar b'ħafna informazzjoni dwar ġrajjiet kurrenti. Brincat sostna, li issa, wara li evalwa l-informazzjoni u t-tagħrif iħossu ftit aktar ferħan. Jgħid li xorta għadu jħoss diversi emozzjonijiet - bħal biża - iżda t-tama tirbaħ fuq kollox. Brincat spjega li għandu fiduċja kbira fl-awtoritajiet u jemmen li huma jafu x'inhu l-aħjar għalina. Fil-fatt hu kompla billi jgħid li tant kemm għandu fiduċja fl-awtorita' u n-nies kollha li qed jaħdmu biex negħlbu din il-pandemija li għandu tama kbira li sa' Mejju nerġgħu niġu kif konna - għan-normalità. Hu temm jgħid lil din il-gazztta li peress li jaħdem mat-tfal jemmen li hi responsabbiltà tiegħu li jieħu l-vaċċin, imma apparti minn hekk peress li bil-vaċċin ħajjitna tmur lura għal dak li kienet pjuttost aktar malajr, iktar se jeħodha bil-qalb. 'Il-Kelma tal- awtoritajiet isserraħli rasi ... jien se nieħu l-vaċċin' - Mario Micallef, anzjan u attur popolari 'Ferħ, tama u biża' iżda t-tama tirbaħ fuq kollox' - Denilson Brincat, student Inżommu f'moħħna li ladarba t-teħid tal-vaċċin mhuwiex obbligatorju, wieħed irid dejjem joqgħod attent Għandi fiduċja kbira fl-awtoritajiet u naf li jafu x'inhu tajjeb għalina ... għandi tama kbira li sa Mejju nkunu lura ħafna aħjar