Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1318990
09 illum • IL-ĦADD 13 TA' DIĊEMBRU 2020 aħbarijiet għas-safar hemm qiegħda ... tama li s-settur 'IX-XEWQA GĦAS-SAFAR HEMM QIEGĦDA IMMA D-DEĊIŻJONI MHIJIEX KOMPLETAMENT F'IDEJN IL-VJAĠĠATUR' L-aħbarijiet pożittivi dwar il- vaċċin li issa jinsab wara l-bieb kellu effett fuq ix-xogħol tagħkom bħala aġenti tal-ivjaġġar? Rajtu ċaqliq fil-bookings? L-aħbarijiet dwar vaċċin imminenti huma pass fid-direzzjoni t-tajba iżda għalissa ma rajnix xi differenza sinifikanti. Il-bejgħ fl- ivjaġġar prattikament huwa żero. Aħna bħalissa qed nieħdu ħsieb madwar 15,000 klijent li suppost kellhom isiefru fl-2020 u fl-2021. Huwa żmien diffiċli għall-industrija kollha. Bħala ROCS Group, bis- saħħa tas-shareholders u d-diretturi tagħna rnexxielna nżommu l-istaff kollu fuq il-paga sħiħa hekk kif nittamaw li fix-xhur li ġejjin is- sitwazzjoni tibda taqleb għall-aħjar u l-industrija tibqa' tirkupra. Id- deċiżjoni li nżommu l-istaff kollu kienet deċiżjoni diffiċli li iżda kienet possibbli wkoll bid-deċiżjoni tal- Gvern li jintroduċi s-sussidju tal- paga u li fl-opinjoni tiegħi, għamlet id-differenza kollha. L-ewwel rapport tal-IATA juru li n-numri fis-safar li konnha mdorrija bihom qabel il-Covid-19 se nilħquhom biss fl-2025 u għalhekk fadal triq twila u jidher li se tkun aktar maratona milli sempliċiment ġirja. Hemm xi perjodu partikolari li nnutajtu fih żieda fil-bookings għas-safar? Le ma kienx hemm perjodu partikolari li fih rajna xi bidla sinifikanti. Biex inkun sinċier, meta tħabbru l-vouchers tal- Gvern, bħala ROCS, introduċejna rivista ddedikat għal-lukandi Maltin u Għawdxin li ntlaqa' tajjeb u li ċaqlaq xi it jew wisq in-negozju. Is-sitwazzjoni kkwitat meta n-numru reġgħu bdew jiżdiedu u esperjenzajna ħafna kanċellazzjonijiet minn klijenti li jew kienu vulnerabbli, jew spiċċaw kwarantina jew bdew jibżgħu jmorru f 'lukanda. Sondaġġ ippubblikat fuq l-ILLUM wera kif 48.5% taż-żgħażagħ qed jippjanaw safra għas-sena 2021. Innutajtu dan? Iva din hija tendenza li qrajna dwarha iżda li ma esperjenzajnix. Naħseb li l-Maltin, partikolarment iż-żgħażagħ, qed jesprimu x-xewqa li jsiefru iżda l-Covid-19 għallimna li l-affarijiet jinbidlu minn ġurnata għall-oħra hekk kif il-problemi li ġġib magħha pandemija ma jħallux id-deċiżjonijiet kompletament f 'idejn it-turist. Il-proċeduri tal- ivjaġġar qed jinbidlu kontinwament u dan qed iwassal biex diversi pajjiżi ma jkollhomx għarfien tar-rekwiżiti li qed jitolbu pajjiżi differenti. Hemm pajjiżi li jirrikjedu 14-il ġurnata kwarantina, oħrajn naqqsu l-kwarantina għal sebat ijiem, oħrajn qed jitolbu test negattiv. Fil-futur, il-vjaġġaturi żgur li se jkollhom bżonn ċertifikat tal-vaċċin. Issa qed naqraw li hemm ċertu pajjiżi li se jaċċettaw biss ċertifikat ta' vaċċin ta' ċertu kumpanija. Għalhekk, anke jekk il-klijenti qed jesprimu l-intenzjoni tagħhom li jsiefru fl-2021, sfortunatament id-deċiżjoni mhijiex kompletament f 'idejhom. Mill-bookings li għandkom sa issa, liema jidher li se jkunu l-aktar destinazzjonijiet popolari? Ma tantx hemm data biex inwieġeb din il-mistoqsija. L-uniku ħaġa li esperjenzajna hija li sal- aħħar ta' Diċembru 2020, sezzjoni żgħira ta' vjaġġaturi esperjenzati, biex insejħulhom hekk, qed jagħżlu li jivjaġġaw lejn proprjetajiet esklussivi f 'destinazzjoni eżotiċi bħal Maldives fejn ir-riskji huma minimi minħabba l-proċeduri stretti u anke għax dawn huma gżejjer esklussivi b'popolazzjonijiet żgħar (madwar 100 jew 200 persuna inklużi l-ħaddiema.) Bħala aġenti tal-ivjaġġar kif qed tħarsu lejn is-sena 2021? Nemmnu li l-2021 se tkun sena ta' tranżizzjoni u li matulha se nesperjenzaw kif se tkun l-industrija tal-ivjaġġar wara l-Covid-19. Kollox se jiddependi fuq kif pajjiżi differenti se jaġġixxu waqt il-perjodu li fih il- popolazzjonijiet tagħhom se jkunu qed jieħdu l-vaċċin. Pajjiżi kbar se jsibuha aktar diffiċli biex ilestu l-proċess tal-vaċċin f 'perjodu qasir u għalhekk, mir- rapporti li qed naqraw, is-safar se jibda jara xaqq ta' dawl f 'Settembru 2021. Minkejja dan, bħal ROCS Group ninsabu kunfidenti ħafna li se negħlbu dan il-perjodu diffiċli u qed inħejju rwieħna biex inkunu aktar b'saħħitna minn qabel. Aħna l-Maltin reżiljenti, naħdmu ħafna u ċert li se nqumu għall-okkażjoni għax żgur li hemm futur lilhinn mill-Covid. F'idejna biex dan jirnexxi. 'AĦBAR LI TQAWWILNA QALBNA ... MA JFISSIRX LI RBAĦNA L-BATTALJA' Jekk l-aġenti tal-ivjaġġar jistgħu jagħtu aktar stampa dwar kemm il- Maltin se jkunu lesti li jippakkjaw, jaqbdu ajruplan u jitilqu btala, l-Assoċjazzjoni għar-Ristoranti u l-Lukandi (MHRA) tista' tagħti aktar indikazzjoni dwar jekk hux qed ikun hemm ċaqliq għat- turiżmu f 'Malta. Dwar dan, l-ILLUM tkellmet mal-Kap Eżekuttiv tal-MHRA, Andrew Agius Muscat, li saħaq kif filwaqt li l-aħbarijiet pożittivi dwar il-vaċċin iqawwu qalb dawk fis-settur tat-turiżmu, ma jfissirx li l-battalja nterbħet u li s-sena d-dieħla kollox se jkun ward u żahar. Agius Muscat saħaq li dan huwa vjaġġ li l-pajjiżi kollha għaddejin minnu u li wieħed jeħtieġ jimxi pass pass għax ix-xenarju qed jinbidel mill-ġurnata għall-oħra. Fakkar kif pajjiżna jħoss aktar id-daqqa fuq it-turiżmu għax l-ekonomija għandha fil-qalba tagħha dan is-settur. Apparti minn hekk, għall-kuntrarju ta' pajjiżi oħra, fejn wieħed jista' jaqbad karozza biex imur btala, f 'Malta t-turist irid jasal jew bl-ajru jew inkella bil-baħar u dan ikompli jżid ukoll mal-isfidi li qed jiffaċċja s-settur. "Kollna ilna nistennew dawn l-aħbarijiet. Dan iqawwi qalb ħafna nies iżda ma jfissirx li rbaħna l-battalja u li kollox se jkun ward u żahar," insista Agius Muscat. Mistoqsi jekk rawx xi it taċ- ċaqliq u interess minn turisti prospettivi, partikolarment fejn jidħol l-ibbukkjar fil-lukandi, Agius Muscat saħaq li għadu it kmieni biex ikollhom stampa ċara anke għax l-aħbarijiet żviluppaw biss fl-aħħar jiem. Madanakollu saħaq li jekk l-affarijiet jibqgħu sejrin kif inhuma, jemmnu li għas-sajf li ġej il-lukandi se jibdew jaraw l-ewwel ċaqliq. Insista li dan huwa proċess li jirrikjedi it taż-żmien, anke għax fost oħrajn, it-turist irid jerġa' jibda jibni l-kunfidenza. Fakkar li s-swieq l-aktar importanti għal Malta, bħall-Italja, ir-Renju Unit, Spanja u l-Ġermanja ntlaqtu bil-qawwi mill-pandemija. Spjega wkoll li apparti s-sitwazzjoni tal-pandemija, wieħed irid iħares ukoll lejn aspett ekonomiku ta' dawn il-pajjiżi u kemm in-nies għandhom biżżejjed flus fil-but biex jonfqu l-flus fuq btala. Insista biss li r-rieda għas- safar għadha hemm, anke għax hemm ħafna li qed jipposponu u mhux jikkanċellew il-btala tagħhom. Dwar dan l-ILLUM kitbet ukoll il-ġimgħa li għaddiet meta analizzat ir-rapport annwali tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali għall-Ivjaġġar bl-Ajru (IATA). Agius Muscat semma fost oħrajn is-settur tal-konferenzi li kien u se jibqa' importanti għall-pajjiż. Dwar it-turiżmu għas-sena li ġejja, Agius Muscat spjega kif kollox jindika, li l-ewwel li se jaqbdu ajruplan biex isiefru se jkunu dawk li għandhom ħbieb jew inkella qraba li jgħixu Malta. Wara dawn, iż-żgħażagħ mistennija jkunu minn tal-ewwel li jibnu mill-ġdid il-kunfidenza u jaqbdu ajruplan. "Iż-żgħażagħ fejn setgħu baqgħu jivjaġġaw," insista u dan jikkonferma dak li qed jingħad fiċ- ċrieki tad-divertiment, li lokalment u madwar id-dinja l-ewwel suq ta' turisti se jkun wieħed żagħżugħ. "Importanti li nżommu saqajna mal-art biex ma nitilfux dak li ksibna. Fl-istess ħin inħarsu 'l quddiem b'lenti ta' ottimiżmu," temm jgħid Agius Muscat. Colin Aquilina - ROCS Group Andrew Agius Muscat MHRA