Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1318990
08 aħbarijiet IL-ĦADD 13 TA' DIĊEMBRU 2020 • illum Għad hemm min qed jibża' imma x-xewqa għas-safar jibda jara ftit tad-dawl fl-2021 Hekk kif l-aħbarijiet dwar il-vaċċin jibqgħu pożittivi, l-ewwel persuni bdew jitlaqqmu u f'Jannar mistenni jasal f'Malta, l-ILLUM tistaqsi lil dawk li huma involuti direttament fis-settur tat-turiżmu, partikolarment lill-aġenti tal-ivjaġġar u l-lukandi, jekk innutawx ċaqliq li jqawwilhom qalbhom li l-2021 se tkun għalihom sena aħjar YENDRICK CIOFFI Ilna xhur nisimgħu dwar id- daqqa kbira li qala' s-settur tat-turiżmu minħabba l-pandemija. Ħafna huma dawk ukoll li mmissjaw mhux ftit is-safar. Madanakollu l-vaċċin jinsab wara l-bieb u l-aħbarijiet iqawwu xi ftit jew wisq qalb dawk li s-safar iħobbuh. Iżda fil-verità kemm hawn min hu lest jippakkja u jaqbad ajruplan? Bħal-lum ġimgħa, il-gazzetta ILLUM ippubblikat sondaġġ li wera kif kważi 48.5% ta' dawk li għandhom bejn it-18 u l-35 sena, għandhom ġenn biex jitilqu għall-btala barra minn Malta. Iżda sondaġġ jieqaf biss man- numri. Propju għalhekk li din il- ġimgħa l-gazzetta ILLUM tkellmet ma' dawk li jistgħu jagħtuna aktar stampa ċara dwar ir-rieda tal-Maltin li jsiefru jew tal-barranin biex jiġu Malta. 'ĦAFNA GĦADHOM JIBŻGĦU JSIEFRU IMMA FIDUĊJUŻI LI FL- 2021 NIBDEW NERĠGĦU NQUMU FUQ SAQAJNA' L-aħbarijiet pożittivi dwar il-vaċċin li issa jinsab wara l-bieb kellu effett fuq ix-xogħol tagħkom bħala aġenti tal-ivjaġġar? Rajtu ċaqliq fil- bookings? L-għan tagħna huwa li jekk Alla jrid inħarsu 'l quddiem minn din is-sena b'pożittività, u nagħmlu minn kollox biex nerġgħu naraw lin- nies isiefru u b'mod li jħossuhom siguri. Jidher li s-sena 2021 għandha tkun sena fejn aħna l-aġenti tal-ivjaggar nibdew nittamaw li it it nerġgħu nibdew noperaw, għalkemm xorta ħafna nies għadhom qed jibżgħu. Nittamaw li aktar ma jingħata l-vaċċin, il-ħajja tibda tiġi lura għan-normalità u ghalhekk anke l-ivjaġġar jerġa' jibda jieħu r-ruħ. Hemm xi perjodu partikolari li nnutajtu fih żieda fil-bookings għas-safar? Ma nistgħux inwieġbu dwar dan għax ilna minn Marzu ma nagħmlu booking. Madanakollu qed ikollna nies li qed jistaqsuna x'se jkollna għas-sajf 2020. Fil-fatt, mill-1 ta' Mejju li ġej mistennija jerġgħu jibdew jaslu l-vapuri tal-MSC u minn 1 ta' Awwissu jasal ukoll vapur ġdid, l-akbar wieħed mill-flotta tal-MSC. Id-dettalji jingħataw aktar 'il quddiem. Sondaġġ li sar minn MediaToday wera kif 48.% taż-żgħażagħ qed jippjanaw safra għas-sena 2021. Innutajtu dan? Iva. Innutajna din ix-xejra. Iż-żgħażagħ huma aktar interessati li jsiefru. Mill-bookings li għandkom sa issa, liema jidher li se jkunu l-aktar destinazzjonijiet popolari għall-2021? Innutajna li n-nies għadhom interessati li jmorru cruise, speċjalment cruise li josserva l-protokolli kollha meħtieġa għall-mitigazzjoni kontra l-Covid-19 anke issa li l-vaċċin jinsab wara l-bieb. Nistennew li l-biżgħa li wieħed isiefer tibda tbatti. Bħala aġenti tal-ivjaġġar kif qed tħarsu lejn is-sena 2021? Qed inħarsu lejn l-2020 minn lenti pożittiva fejn pass pass nibdew nerġgħu nqumu fuq saqajna wara dan id-diżastru li ħakimna u nkunu nistgħu nkomplu nagħmlu dak li għalina huwa l-passjoni tagħna, xogħolna bħala aġenti tal-ivjaġġar. Josette Hamilton - Hamilton Travel