Illum previous editions

ILLUM 13 December 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1318990

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 27

24 aħbarijiet IL-ĦADD 13 TA' DIĊEMBRU 2020 • illum Fl-2015, il-Pjan Strateġiku ta' Malta għall-Ambjent u l-Iżvilupp (SPED) stabbilixxa viżjoni għal żvilupp sostenibbli fiż-żoni urbani u rurali ta' Malta. Ħames snin wara, il-Perit Joseph Scalpello, mill-Awtorità tal-Ippjanar (PA), jirrifletti fuq l-iSPED u l-futur tal- iżvilupp f ' Malta. L-ippjanar tal-ispazju għal Malta huwa kumpless. L-iSPED jipprovdi direzzjoni strateġika għal dan il-proċess li dejjem jevolvi; huwa l-pjan ta' Malta għal żvilupp sostenibbli u ħarsien ambjentali. "Bl-iSPED, il-partijiet interessati ngħaqdu flimkien biex joħolqu viżjoni ġenerali għall-iżvilupp ta' Malta li jnaqqas it-tifrix urban. L-idea kienet li l-policies nazzjonali u l-pjanijiet lokali kollha mbagħad jaħdmu biex jintlaħqu l-miri fit-tul," jirrimarka Perit Joseph Scalpello, Assistent Direttur fid-Direttorat tal- policies tal-PA. Iż-żoni urbani u rurali, kif ukoll il-konnessjonijiet u l-protezzjoni tagħhom, jintwerew b'mod ċar fl-iSPED. Iż-żoni urbani ta' Malta huma ċ-ċentru ta' attività ekonomika tal-pajjiż; fejn in-nies jaħdmu, jgħixu u jiddevertu. Huma jakkomodaw il-ħtiġijiet ekonomiċi, infrastrutturali, tas-saħħa, tat- trasport, tad-djar u l-bżonnijiet soċjali tagħna - iżda mhux iż-żoni urbani kollha huma l-istess. "Karatteristiċi distinti bejn post u ieħor jqanqlu limitazzjonijiet ta' żvilupp biex nipproteġu l-karattru ta' kull post, u huwa għalhekk li l-iSPED tippreżenta ġerarkija ta' żoni urbani. Iż-żona urbana ewlenija ta' Malta - il-mutur ekonomiku tal-pajjiż - hija għadd ta' żoni mibnija li testendi minn San Ġiljan lejn Ħal Qormi u madwar il- portijiet, fejn jinsabu l-biċċa l-kbira tal-impjiegi u d-djar," jispjega Perit Scalpello. Il-binjiet reġjonali huma ż-żoni kbar mibnija u separati mill- agglomerazzjoni ewlenija urbana. Dawn jinkludu lokalitajiet bħaż- Żurrieq, ir-Rabat, il-Mellieħa u San Pawl il-Baħar. Apparti dawn, iż-żoni urbani żgħar tagħna huma villaġġi madwar kull post reġjonali. Dan jgħinna nimu li kull żona għandha l-preservazzjoni li jistħoqqilha, bil-ħtieġa li nipproteġu u nirriġeneraw il-wirt ta' Malta kollu- il-qalba tal-identità tagħna." Lil hinn minn dan, l-estetika tal-interventi arkitettoniċi hija importanti għax disinn u kostruzzjoni innovattivi jistgħu joħolqu veduti sbieħ, inaqqsu l-emissjonijiet, filwaqt li jiġġeneraw ukoll enerġija rinnovabbli fuq il-bjut tagħna, jispjega l-Perit Scalpello. L-istraġteġija tibda billi tikkonċentra fuq it-tkabbir f 'żoni żviluppati 'l bogħod mill- art rurali. Iżda jekk il-firxa ta' bini urban titnaqqas, l-iżvilupp jikber vertikalment. Allura l-mistoqsija hija, kemm verament għandna bżonn żvilupp? "Biex itejjeb il-kwalità tal-ħajja, l-iżvilupp ma jistax ikun iktar milli ż-żoni urbani tagħna jifilħu, iżda l-interpretazzjoni ta' dan hija kontroversjali," jgħid Perit Scalpello. "Infrastrutturalment, it-tkabbir tal- popolazzjoni lil hinn minn dak li l-ilma, it-trasport jew is-sistemi tas- saħħa tagħna jistgħu jappoġġjaw, ikun ifisser żvilupp żejjed. Imma viżwalment, anke jekk nistgħu nakkomodaw it-tkabbir, l-estetika tal-pajsaġġi tat-toroq tagħna ma tistax tintesa. Imbagħad hemm id- dipendenza ta' Malta fuq il-karozzi personali. Fl-aħħar mill-aħħar, il- kwistjonijiet ta' żvilupp ta' Malta huma dejjem imsejsa fuq it-tkabbir tal-popolazzjoni u d-dipendenza fuq il-karozza." Iż-żona ta' żvilupp ta' Malta tipprevjeni li jinfirex l-iżvilupp f 'żoni rurali. L-art rurali tagħna trid tkun protetta għall-iskopijiet agrikoli u rikreattivi tagħha. "Aħna naħarbu lejn il-kampanja għal arja nadifa, inqas traffiku u aktar bijodiversità," jenfasizza Perit Scalpello. "Iżda din issostni wkoll l-agrikoltura, li hija attività ekonomika li tista' tkun ta' ħsara għall-ambjent, u tirriżulta minn irziezet kbar tal-annimali, serer, pestiċidi u reklamazzjoni ta' art fejn hemm ħamrija nixfa u it li xejn jistgħu jgħixu siġar. Biex niddefendu l-abitat naturali tagħna, irridu nikkontrollaw l-iżvilupp agrikolu minħabba li l-valur tal-art mhux biss ekonomiku. " L-iSPED tippromwovi d-diversifikazzjoni biex iżżomm l-agrikoltura vijabbli mingħajr żvilupp żejjed. L-idea hi li l-bdiewa jistgħu joffru attivitajiet li mhux neċessarjament jinvolvu produzzjoni tal-ikel, iżda xorta huma relatati ma' din l-attivita. Iżda, għal darb'oħra, d-definizzjonijiet ta' dak li jikkostitwixxi diversifikazzjoni tal-ekonomija rurali mhux dejjem ikunu ċari. "Ejja nitkellmu dwar l-agroturiżmu – dan jirreferi għal sempliċement lukanda li tinsab fil-kampanja, jew jimplika parteċipazzjoni f 'attivitajiet agrikoli?" jistaqi Perit Scalpello. "It- tnejn huma ta' spiss magħqudin, u jwasslu għar-rilokazzjoni tat- turiżmu konvenzjonali minn żoni urbani għal dawk rurali. Dan huwa ta' ħsara u jikkawża tifrix ta' żvilupp urban żejjed. "Bl-istess mod, l-iSPED jistipula li żoni rurali huma għal "rikreazzjoni informali ", bħal mixi, ċikliżmu u t-tgawdija tan-natura, u mhux kostruzzjoni bl-iskuża ta' rikreazzjoni, bħal irtiri fil-kampanja jew faċilitajiet sportivi. Aħna nenfasizzaw il-ħtieġa ta' trejqiet fil- kampanja mingħajr tarmak biex jagħmlu l-ambjent tagħna aktar aċċessibbli għall-pubbliku. Imma qed niġġieldu ġlieda doppja: hekk kif il-bdiewa jagħżlu attivitajiet ekonomiċi oħra u jabbandunaw art agrikola, l-iżvilupp żejjed qed iseħħ ukoll hekk kif il-binijiet jinbnew fejn ma għandhomx. " B'ħarsa lejn il-futur u l-ewwel reviżjoni tal-iSPED, il-Perit Scalpello jsostni li l-kwistjonijiet u l-objettivi ta' ħames snin ilu huma saħansitra aktar relevanti issa. "Irridu nkomplu nagħtu prijorità lill-pajsaġġ tal-gżira tagħna fil-viżjoni spazjali, fil-policies lokali u fl-attivitajiet ta' kuljum għaliex kull ħsara, ladarba tkun ikkawżata, hija prattikament irriversibbli - u r-responsabbiltà tinsab fuq spallejna kollha," huwa jikkonkludi. Il-Pjan Strateġiku ta' Malta għall-Ambjent u l-Iżvilupp (SPED) jinsab fuq: https://www.pa.org.mt/ strategic-plan Żvilupp Urban u Rurali – Sistema ta' 'One-Size-Fits-All' Mhijiex Biżżejjed

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 December 2020