Illum previous editions

ILLUM 13 December 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1318990

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 27

23 bijografiji illum • Il-ĦADD 13 TA' DIĊEMBRU 2020 The Flying Carpet Importers of hand-knotted Oriental carpets THE FLYING CARPET - OLD RAILWAY TRACK, ATTARD Mon - Tues, Thurs - Sat 10am – 12pm • Wednesday morning closed Mon - Fri – 4.30pm - 7pm Importers of: Various hand knotted carpets and Kilims, Non Slip Underlay, Dry and Liquid shampoo. Mobile No. 7953 CAYETANO Bolivar Escribano twieled fl-1897 fi Frailes, Spanja. Fl-1920 hu- wa mar jgħix Granada biex jistudja l-mediċina fl-Università ta' Granada. Wara mar Leipsiz fl-1924 ikompli jis- tudja fejn beda jitħabbeb ma' Marxisti. Meta rritorna mill-Ġermanja, huwa ngħaqad mal-Partido Comunista de Es- paña (PCE). Huwa fetaħ sanatorju f'El Palo, Malaga, u beda jikkura pazjenti li ma setgħux iħallsu. Pazjenti sinjuri kienu jħallsu tas-servizz għalihom u għal pazjent li ma setgħax iħallas. Kien f'dan iż-żmien li Bolivar beda jissejjaħ it-Ta- bib tal-Fqir. Fl-1930 huwa ġie arrestat f'Malaga waqt strajk ġenerali li sar b'solidarjetà mal-ħaddiema tax-xatt. L-arresti ta' ħaddiema komplew jagħmlu s-sistwa- zzjoni mwiegħra. Bolivar ħarab lejn La Villa de Don Fadrique f'Toledo, fejn ħa- bib tiegħu, Luis Cicuendez (1897-1930) kien sindku. F'Toledo, wara strajk li wassal għal konfrontazzjoni bejn il-bdiewa u l-Gwardji Ċivili, Bolivar ġie arrestat mill-ġdid u ntefa' l-ħabs. Kemm dam il-ħabs, huwa beda jittraduċi xi xogħli- jiet ta' Marx, u beda jagħti taħdidit fuq il-Marxiżmu-Leniniżmu lill-militanti komunisti fil-ħabs. Fl-1933 il-PCE iddeċieda li jikkontes- ta l-elezzjonijiet ta' Novembru. Matul il-perjodu ta' 'klassi kontra klassi', il-kampanja komunista enfasizzat li l-parteċipazzjoni fil-parlament tal-PCE timmira li l-partit jsemmi leħnu bħala 'l-vuċi rivoluzzjoarja tal-ħaddiema', u jagħmel aktar ċar l-għanijiet tal-borgeżi- ja. Madankollu, iż-żewġ kandidati bl-ak- bar numru ta' voti f'Malaga kienu Bolivar u s-soċjalist Antonio Fernandez-Bolaños (1888-1972), iżda ma kienux eletti. Kien hemm il-biża li kandidat lemini jirbaħ, u għalhekk inħolqot il-kandidatura tal- Front Antifaxxist. Bolivar kiseb 29,898 vot u l-kandidat indipendenti, Aurelio Ramos Acosta (1893-1937) kiseb 30,038 vot. Il-ħajja parlamentari ta' Bolivar għam- litu wieħed mid-deputati l-aktar attivi. Bejn l-1933 u l-1935 huwa ddenunzja s-sitwazzjoni tal-ħaddiema u tal-bdie- wa u r-repressjoni mill-pulizija. Huwa sar ċelebri għall-użu ta' filibuster parla- mentari (diskors imtawwal biex ifixkel il-progresss fil-parlament mingħajr ma jidher li jmur kontra l-proċeduri). F'xi seduti huwa talab biex jitkellem u kien jibda jaqra l-Manifest Komunista jew mil-Das Kapital. Fir-rebbiegħa tal-1934, matul l-istrajk mill-bdiewa msejjaħ mill-Federazzjoni tal-Ħaddiema tal-Oqsma, Bolivar ġie arrestat waqt li kien qed iżur bdiewa fil- ħabs ta' Jaén. Meta kien jgħix Madrid, huwa sar ħa- bib ta' José Diaz (1895-1942) u Dolores Ibárruri (1895-1989), u kien jieħu lil ulied Ibárruri jarawha fil-ħabs. Fl-elez- zjoni tal-1936 Bolivar, fil-lista tal-Front Popolari, kien elett b'52,748 vot. Bolivar kien maħtur Kummissarju tal-Gwerra għad-distrett ta' Malaga fit- 28 ta' Novembru 1936. Il-qagħda difen- siva tal-belt ta' Malaga kienet tal-biki, li kienet aggravata bis-sitwazzjoni ta' an- tagoniżmu bejn l-anarkisti u l-komunis- ti fil-belt. Il-forzi repubblikani, immexx- ijin mill-Kurunell Villalba, kienu neqsin mill-armi u munizzjoni, u l-ostilità mill- gvern, irrabjat bis-sitwazzjoni ta' anarki- ja u l-indipendenza tal-provinċji. Bolivar kiteb xi ittri lil Largo Caballero u wkoll ivvaġġa lejn Valencia biex jit- lob rinforzi, u Caballero rrifjuta t-talba. F'Jannar 1937 il-poplu ta' Malaga ħar- ab mill-belt hekk kif kien hemm attakk mill-faxxisti fejn mietu mijiet ta' nies. Wara t-telfa tar-repubblikani, il-mexx- ejja sfaw arrestati. Bolivar ġie arrestat waqt li kien qed jaħrab , u ntefa' fil-ħabs ta' Granada. Huwa ġie xkubettjat fl-4 ta' Lulju 1939. Referenzi: Gabriel Jackson: The Spanish Republic and the Civil War (1931-1939) Barcelo- na, Orbis 1987. Hugh Thomas: History of the Spanish Civil War Barcelona 1977 Cayetano Bolivar Ecribano (1897-1939)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 December 2020