Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1321279
D in il-ġimgħa fil-Parlament Ewropew iltqajna għall-aħħar sessjoni Plenarja tas-sena, fejn tpoġġew quddiemna għadd ta' voti importanti għall-Unjoni Ewropea. Fost oħrajn, approvajna l-baġit multi-an- nwali tal-Unjoni għas-snin 2021 sal-2027 u l-fond ta' rkupru, wara li matul tmiem il-ġimgħa li għadda l-mexxejja Ewropej laħqu ftehim li wassal għal żblokk fuq kwistjoni politika li qajmu l-Polonja u l-Ungerija marbuta ma' mekkaniżmu li bih il-Kummissjoni Ewropea tista' twaqqaf aċċess għall-fondi Ewropej f 'każ ta' ksur tas-saltna tad-dritt. Adottajna wkoll erba' miżuri ta' kontinġenza fid-dawl tal-fatt li minkejja li wasal biex jispiċċa l-perjodu tranżitorju, l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit għadhom ma laħqux qbil fuq kif ser tkun irregolata r-relazzjoni futura. Dawn il-miżuri, li għaddew mill- proċess leġiżlattiv f 'temp ta' ġimgħa, se jassiguraw li minkejja dan in-nuqqas ta' qbil, se jibqa' jkun hemm għal perjodu qasir u bi skop aktar limitat konnettività bl-ajru u fuq l-art, u ser tibqa' valida ċertifikazzjoni neċessarja marbuta mas- sigurtà fl-avjazzjoni, li tippermetti li jibqgħu jintużaw ajruplani ta' kumpaniji reġistrati fl-Unjoni Ewropea f 'titjiriet lejn u mir-Renju Unit. L-aħħar miżura tirrelata ma' awtorizzazzjoni ta' bastimenti tas-sajd Ewropej u dawk tar-Renju Unit, li jippermettu li jkompli s-sajd mingħajr interruzzjonijiet fl-ibħra komuni. Matul din il-ġimgħa kellna wkoll aħbar pożittiva ferm, fejn l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini ħabbret li ser tkun qed tapprova l-ewwel vaċċin kontra l-COVID-19 qabel id-data previżta oriġinarjament. Dan naturalment huwa ta' sodisfazzjoni u ta' importanza kbira għaliex ser ikunu qed jiġu salvati bosta ħajjiet u titnaqqas ferm it-tbagħtija li qed jgħaddu minnha ħafna nies. Għalkemm issa ilna xhur f 'din is- sitwazzjoni, ta' kuljum tinduna aktar kemm din il-pandemija ħalliet impatt negattiv mhux biss in-negozji, pero anke fuq livell uman. Nitkellem ma' bosta familji li jgħidulek li spiċċaw priġunieri ġo djarhom għax ma jistgħux jirriskjaw jimirdu minħabba kumplikazzjonijiet tas-saħħa, oħrajn jesprimu dieqa kbira li jħossu għaliex ma jistgħux jaraw lill-ġenituri jew qraba oħra tagħhom li jinsabu residenti f 'xi dar tal-anzjani. Il-firda mhux faċli għal ħadd speċjalment fil-familja u għaldaqstant inħarsu 'l quddiem biex neqilbu l-paġna u nerġgħu nibdew nieħdu r-ruħ hekk kif fl-ewwel xhur tas-sena d-dieħla l-popolazzjoni kollha tiġi mlaqqma u nkunu nistgħu nagħmlu pass ieħor lejn in-normalità. Minkejja din l-aġenda politika mimlija daqs bajda fuq livell Ewropew u l-bosta aħbarijiet pożittivi li kellna matul din il-ġimgħa, wasalna fl-aħħar jiem tas- sena, ftit jiem il bogħod mill-festi, u l-fazzjoni qarrieqa li mdawwar biha l-Partit Nazzjonalista għadha tipprova tkompli tkisser dak kollu li l-Gvern bena u qiegħed jipprova jibni f 'pajjiżna. Casa u Metsola għadhom jużaw l-enerġija kollha tagħhom biex iħammġu u jagħmlu ħsara lir-reputazzjoni ta' pajjiżna, minkejja li xi wħud ħasbu li se jkunu qed jużaw il-karigi tagħhom fil-Parlament Ewropew biex jgħinu lil Malta. Skop wieħed biss għandhom, li jitfgħu lil pajjiżna fl-istess keffa ta' pajjiżi mmexxiha minn membri tal- familja politika Ewropea tagħhom, bħall-Ungerija u l-Polonja, li qegħdin jaffaċċjaw akkużi serji ħafna ta' nuqqas ta' rispett lejn is-saltna tad-dritt f 'pajjiżhom. Komplew din il-ġimgħa jipprovaw ipinġu stampa qarrieqa, anke ma' sħabna l-kollegi fil-Parlament, u qed jipprovaw ixerrdu aħbarijiet foloz fuq il-Gvern fejn qed jgħidu li l-ġudikatura qed tiġi attakkata. Dan kollu għaliex il-Gvern irreaġixxa għal dak li għamel il-Bord tal-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, u qal li d-deċiżjoni li jestendi t-terminu tal-inkjesta min rajh għandha sinifikat u mhux skont il-prassi li diġà kienet ġiet segwita meta l-Bord kien talab lill-Prim Ministru biex jestendilu t-terminu sal-aħħar tas-sena. Frankament, dak li għamel il-Bord jista' jiġi interpretat li jmur kontra dak li hemm stabbilit fil-liġi, fl-Att dwar l-Inkjesti, pero l-Gvern fl-ebda ħin ma qal li ser iwaqqaf il-ħidma tal-Bord u ma nterferixxiex fix-xogħol tiegħu, anzi qal li ser jistenna li l-inkjesta tieħu ż-żmien u tippreżenta r-rapport tagħha f 'Jannar. Din il-klikka xogħolha hu biss li tbeżża' bil-babaw u titfa' d-dellijiet koroh, bi stejjer tal-waħx li kienet imdorrija tagħmel hi meta kienet tħuf fil-kuruturi tal-poter f 'pajjiżna. Aħbar oħra pożittiva li ħarġet dil- ġimgħa li bdiet tifqa' bużżieqa oħra f 'wiċċ il-Partit Nazzjonalista u l-klikka ta' Simon Busuttil hija l-opinjoni li ta l-Avukat Ġenerali tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja dwar l-indipendenza tal- ġudikatura u s-saltna tad-dritt f 'Malta, liema opinjoni ġiet mitluba mill-Prim Awla tal-Qorti Ċivili f 'Malta f 'kawża li fetħet l-għaqda Repubblika dwar il-validità tal-ħatra tal-membri tal- ġudikatura f 'Malta. L-Avukat Ġenerali, bl-aktar mod ċar ta raġun lill-Gvern Malti fir-rigward tal-garanziji li ngħataw bil-proċess tal-għażla biex jiġi assigurat li dawn il-membri tal-Ġudikatura jkunu indipendenti u jinħatru b'rispett sħiħ lejn is-saltna tad-dritt. Għajb għal din il-klikka li għadha ma tistax taċċetta li l-poplu ma jridhiex tmexxi lill-pajjiż. Il-ħsara li qed jagħmlu fl- Istituzzjonijiet Ewropej qed ikollna naffaċċjawha aħna li qed ikollna naħdmu bis-sħiħ biex innaddfu minn warajhom u nagħtu stampa veritiera tar-riformi u l-isforzi kbar li qed jagħmel il-Gvern. Li kien għalihom, dan kollu nbagħtuh aħna u l-familji tagħna, imbasta jipprovaw jerbħu ftit punti politiċi. Nies bla rispett lejn il-poplu u bla prinċipju! 19 opinjoni illum • IL-ĦADD 20 TA' DIĊEMBRU 2020 Naqilbu l-paġna Alex Agius Saliba Alex Agius Saliba huwa Ewroparlamentari tal-Partit Laburista L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għada se tiddeċiedi dwar il-vaċċin ta' Pfizer u BioNTech