Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1321279
26 oroskopju IL-ĦADD 20 TA' DIĊEMBRU 2020 • illum L-oroskopju għal żmien il-Milied Il-bidu taż-żodjaku ta' Capricorn Il-kompetizzjoni tal-Milied Għalikom il-qarrejja ta' din il-paġna, għall-okkażjoni tal-Milied, għandkom 'il fuq minn €100 f 'rigali x'tirbħu. Kulma għandkom tagħmlu huwa li tibagħtu s-suġġerimenti tagħkom dwar din il-paġna u x'tixtiequ taraw aktar. Fost ir-rigali li tistgħu tirbħu hemm l-aħħar pubblikazzjoni tiegħi '7 Rakkonti Misterjużi', 7 kalendarji taż-żodjaku, trattamenti tas-sbuħija, il-gazzetta ILLUM bil-posta b'kollox għal tliet xhur u rigali oħrajn. Ibagħtu s-suġġerimenti tagħkom fl-indirizz postali: PaulJon, ILLUM, PO Box 27, Paola. Minn qalbi nawgura lilkom qarrejja ta' din il-paġna u lill- familji tagħkom il-kumplament ta' Milied mill-aqwa. Namaste. Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? 9901 3600 www.pauljon13.com facebook.com/pauljon13 Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Iż-żodjaku għal żmien il-Milied għalik bħala Aquarius ser ikun mument ta' ħidma aktar mis-soltu, għalhekk prova bbilanċja kollox. Huwa importanti li turi l-kapaċità tiegħek li tqassam u tadatta. Għalkemm uħud madwarek mhumiex jaraw li ser jirnexxilek tibbilanċja, ibqa' żgur li ser tħalli lil kulħadd sorpriż. Iffoka. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa ġej minn Cancer. Aquarius huma magħrufin bħala nies ta' mmotivati. Namaste Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Iż-żodjaku għal żmien il-Milied għalik bħala Pisces ser jagħmlek iddur madwarek biex tara x'hemm bżonn issaħħaħ u jseħħ għas-sena li ġejja. Dan ser tkun tafu fiż-żmien li ġej u fejn ser jirnexxilek tasal. Żomm lilek innifsek kawt imma osserva dejjem ħalli tkun tista' tanalizza dak kollu li jkun għaddej u minn hemm tieħu d-direzzjoni ideali għalik. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa ġej minn Scorpio. Pisces huma magħrufin għad- direzzjoni pożittiva tagħhom. Namaste Aries mill-21 ta' Marzu sad-19 ta' April Iż-żodjaku għal żmien il-Milied għalik bħala Aries ser jagħmlek tanalizza li kollox għandu l-ħin u ż-żmien tiegħu. Għalkemm tħobb timxi waħdek, jista' jkun li wasal iż- żmien li tieħu forma ta' parir bħala mezz ta' gwida sabiex permezz ta' dan tkun tista' tagħraf kemm huwa importanti li fil-ħajja xi kultant, l-għaġġla, tkun żbaljat. Huwa żmien li tirrifletti. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa ġej minn Virgo. Aries huma magħrufin bħala nies ta' fehma soda. Namaste Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju Iż-żodjaku għal żmien il-Milied għalik bħala Taurus ser ikun ifisser aktar impenn u responsabbiltà, kemm għalik personali u anke għall-madwar tiegħek sabiex b'hekk int ser tagħraf turi kemm int kapaċi f 'ħiltek. Min-naħa l-oħra trid ittejjeb il-madwar tiegħek u hemm bżonn toħroġ it mill-qoxra tiegħek u tagħraf aktar sew il-potenzjal tiegħe. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa ġej minn Aquarius. Taurus huma magħrufin li jimxu mal-mument. Namaste Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Iż-żodjaku għal żmien il-Milied għalik bħala Gemini ser ikun ifisser aktar impenn fil-karriera tiegħek sabiex minn issa tagħti spinta kemm biex ittejjeb il-madwar tiegħek u kemm biex twessa' aktar dak li hemm. Iżda dan trid tagħraf tagħmlu b'mod għaqli. Agħraf li int kapaċi sew f 'dak li int, għalhekk kun prudenti lejn dak li riesaq lejk. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa ġej minn Sagittarius. Gemini huma magħrufin għall-mod kif imexxu. Namaste Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Iż-żodjaku għal żmien il-Milied għalik bħala Cancer ser jagħmlek tħossok persuna aktar matura u ddixxiplinata. Din l-esperjenza se tagħtik nifs ġdid u b'dan ser tiltaqa' ma' persuni ġodda bi probabbiltà ta' pjanijiet ġodda. Trid tagħraf li tkun imħejji sew għal dan b'hekk int trid turi li dak li tidħol tkun kapaċi għalik. Irrifletti. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa ġej minn Leo. Cancer huma magħrufin għall-moral effettiv tagħhom. Namaste Virgo mit-23 ta' Awwissu sat-22 ta' Settembru Iż-żodjaku għal żmien il-Milied għalik bħala Virgo ser ikun il-mument li qed tħoss il-pożizzjoni finanzjarja ta' madwarek tiżbilanċja. Dan qiegħed joħloq ċertu pressjoni madwarek, imma jekk minn issa tagħraf tagħmel pjan sabiex tibda tikkalkula l-infieq tiegħek, dan ikun ta' gwadann għall-ġimgħat li ġejjin, għalhekk agħraf wettaq titjib. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa ġej minn Pisces. Virgo huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom. Namaste Libra mit-23 ta' Settembru sat-22 ta' Ottubru Iż-żodjaku għal żmien il-Milied għalik bħala Libra ser ikun ifisser impenn ta' preparazzjoni f 'dak li għandek riesaq lejk sabiex tkun tista' ttejjeb aktar lilek aħjar kif ukoll dak li fil-passat kien forma ta' oppozizzjoni għalik. Issa jista' jkun żmien ta' għaqda iżda dejjem żomm ċertu pass sabiex tagħraf sew qabel kull deċiżjoni. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa ġej minn Taurus. Libra huma magħrufin għat-tfassil dettaljat tagħhom. Namaste Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal- 21 ta' Diċembru Iż-żodjaku għal żmien il-Milied għalik bħala Sagittarius ser ikun ifisser aktar impenn f 'dak kollu li hemm madwarek kemm mill-att personali u anke fil-ħin mal-familja. Dan ukoll ser jagħtik iċ-ċans tirrifletti fuq dawk in-nuqqasijiet li hemm minħabba lli ma stajtx tlaħħaq ma' kollox. Agħraf dan iż-żmien bħala gwida sabiex tkompli tissaħħaħ u titkattar. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa ġej minn Aries. Sagittarius huma magħrufin bħala nies ta' ideat pożittivi. Namaste Scorpio mit-23 ta' Ottubru sat-21 ta' Novembru Iż-żodjaku għal żmien il-Milied għalik bħala Scorpio ser ifisser iżjed impenn fit-twettiq li ser tagħmel f 'dawn il-ġranet fejn għalkemm dan l-aħħar esperjenzajt sitwazzjonijiet xi it ibsin. Dan iżda kien ta' gwadann għalik sabiex tagħraf tħares aktar 'il quddiem għal dak li hemm riesaq lejk. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa ġej minn Leo. Scorpio huma magħrufin bħala nies ta' ideat fundamentali. Namaste Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad- 19 ta' Jannar Iż-żodjaku għal żmien il-Milied għalik bħala Capricorn ser iwasslek sabiex tagħraf suġġeriment li grazzi għal dan ser iġiegħlek taħseb li wasal iż-żmien li tibdel l-istil ta' madwarek. Ipprova twebbisx rasek għal dan għax il-bidla hija bżonjuża għal dak li hemm riesaq fil-ġimgħat li ġejjin. Dan ser jiaħlek toroq li s'issa dehru magħluqin. Agħraf. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa ġej minn Gemini. Capricorn huma magħrufin bħala persuni ta' komunikazzjoni pożittiva. Namaste Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu Iż-żodjaku għal żmien il-Milied għalik bħala Leo ser iqanqallek ħsibijiet profondi iżda huwa ż-żmien li ma tieħu l-ebda azzjoni. Issa huwa l-mument li titgħallem mill-esperjenzi tal-passat sabiex ma terġax tirrepeti xi żbalji. Mhux il-mument li jitwettqu żbalji għalhekk agħraf agħmel analiżi sew ta' dak li jkun riesaq lejk, mument ta' riflessjoni profonda. L-aktar jum ideali għalik għal din il- ġimgħa huwa t-Tlieta. L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa ġej minn Capricorn. Leo huma magħrufin bħala persuni ta' ras iebsa. Namaste