Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1321279
IL-ĦADD 20 TA' DIĊEMBRU 2020 • illum aħbarijiet Il-Milied it-Tajjeb 7952 2687 @michael.falzon Mingħand il-Ministru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal Fl-Italja l-Milied jiġi (kważi) ikkanċellat ukoll hekk kif jitħabbar lockdown parzjali L-ITALJA ordnat lockdown parzjali fl- aħħar sigħat għall-pajjiż kollu għal ħafna mill-vaganzi tal-Milied u dan biex titn- aqqas iż-żieda kbira ta' każi ta' Covid-19 f'dan il-pajjiż, li fil-fatt kien mal-pajjiżi l-aktar milqutin ħażin minn din il-pan- demija għal numru ta' ġimgħat. Il-PM Taljan Giuseppe Conte sejjaħ ir-restrizzjonijiet bħala "deċiżjoni li tweġġa" filwaqt li qal illi attivitajiet bejn il-familji u l-ħbieb jistgħu jerġgħu jżidu l-imxija tal-virus. "Il-virus qed jiċirkola kullimkien. Nist- għu niġġildulu imma ma nistgħux nir- bħulu," qal Conte li sostna illi l-esperti qed jibżgħu li l-kurva tal-pandemija tis- ta' terġa' togħla fil-perjodu tal-Milied. Dawn il-miżuri ta' lockdown jiġu fil- kuntest illi l-Lombardija, Veneto u Lazio ireġistraw rata ta' trażmissjoni ta' aktar minn 1 wara ġimgħat ta' tnaqqis. L-Ital- ja huwa l-pajjiż bl-ogħla rata ta' mwiet kaġun tal-pandemija b'67,900 vittma sal-Ġimgħa 18 ta' Diċembru. Il-miżuri se jidħlu fis-seħħ fil-21 ta' Diċembru u jibqgħu għaddejjin sas-6 ta' Jannar (L-Epifanija) u fost oħrajn se jfiss- ru li r-ristoranti mhux se jkunu miftuħin, għalkemm jistgħu jsiru deliveries u take- aways, filwaqt li l-moviment bejn parti u oħra tal-Italja se jkun ristrett. Huma żewġ persuni biss li jistgħu jżuru ħbieb jew familja fi kwalunkwe ġurnata minn dawn. Restrizzjonijiet tħabbru wkoll fil-Ġer- manja, curfew fi Franza, lockdown ta' ħames ġimgħat fl-Olanda u restrizzjoni- jiet ukoll f'Londra u Spanja. Lockdown parzjali fl-Italja hekk kif il-każi jerġgħu jibdew jiżdiedu fil- Lombardija, Veneto u Lazio