Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1321279
12 intervista IL-ĦADD 20 TA' DIĊEMBRU 2020 • illum ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Ilu biss fil-kariga it ġimgħat issa u ngħata l-aktar portafoll problematiku bħalissa - it-turiżmu. Settur li qala' daqqa kbira minħabba l-pandemija pero' li huwa l-aktar settur li beda bil-mod, il- mod issa jħares 'l quddiem għall-irkupru ekonomiku ta' wara dan il-perjodu ta' riċessjoni ekonomika. Il-Ministru Clayton Bartolo jispjega kif minkejja li hu accountant u awditur, trabba f 'familja li minn dejjem kienet involuta fit-turiżmu. Bartolo, mill-Mellieħa, isemmi r-ristorant tal-familja u kif meta kien Viċi Sindku tal-Mellieħa kien elett fuq il-Europeran Board of Destinations of Excellence. "Jiġifieri f 'dan il-qasam bdejt fuq bażi lokali sa bażi nazzjonali issa. Niem allura l-isfidi li qed jiffaċċja t-turiżmu." 'Tajjeb naraw iż-żgħażagħ jagħmlu karriera fl-Ospitalità' Bartolo jibda mill-ewwel jgħid li hemm ħafna xogħol xi jsir u problemi li għandhom jiġu ndirizzati waħda, waħda, b'mod ħolistiku fiż-żmien li ġej. "Sar ħafna investiment fit-turiżmu u jeħtieġ napprezzaw aktar dak l-investiment li sar, filwaqt li l-investituri jeħtieġ japprezzaw aktar il-ħidma tal-istaff, li huma fuq quddiem u l-ewwel nies li magħhom jiltaqa' t-turist." Huwa għalhekk jagħmel aċċenn għall- bżonn ta' titjib u tisħiħ tal-ITS u għal servizz ta' eċċellenza. "Kollox importanti. L-ikel u l-palat tiegħu, ix-xorb, l-indafa ... imma l-aktar importanti huwa s-servizz li noffru fil-lukandi, ristoranti u l-istabbilimenti tagħna." Il-gazzetta ILLUM tfakkru illi ħafna mill- ħaddiema fis-settur huma barranin għax jingħad minn ħafna, li l-Maltin mhumiex lesti jaħdmu għall-pagi li qed jiġu offruti fis-settur tal-ospitalità. Allura kif wieħed qed jistenna servizz tajjeb, minn persuni mħallsin it? Bartolo fakkar li ħafna Maltin illum m'għadhomx ikunu biss waiters, imma mxew 'il quddiem. Maltin li daħlu fil- Maniġment. "Hemm ukoll ir-realtà ta' nies li ma jkunux jixtiequ jaħdmu fil-festi u jixtiequ jħallu dawn il-jiem għall-familja, xi ħaġa li jiena niem ukoll." "Tajjeb li jkollna Maltin f 'dan is-settur. Tajjeb li naraw li ż-żgħażagħ jibqgħu telgħin fil-karigi għall-maniġment, chefs u Head Chefs u aktar. U naraw li jsibu karriera f 'dan is-settur mhux biss f 'Malta imma wkoll barra." Telqu linji tal-ajru, imma m'aħniex abbandunati lanqas Il-gazzetta tfakkar lill-Ministru Bartolo li ġimgħa ilu skont rapport tal- Bank Ċentrali ta' Malta, pajjiżna tilef mal-50 konnessjoni tal-ajru minħabba l-pandemija. L-Emirates - li kienet tgħaqqadna mal-Hub popolari tad- Dubaj kif ukoll il-Qatar Airways li kienet tgħaqqadna mal-hub tal-Qatar mhux qed joperaw. Il-Gvern kif jippjana li jagħmel tajjeb għal dan in-nuqqas? Qed tiltaqgħu ma' Gvernijiet u linji tal-ajru? "Id-diskussjonijiet ma' linji tal-ajru u pajjiżi ma waqfu qatt, anzi bħalissa jinsabu avvanzati ħafna," jgħid il-Ministru li jispjega kif il-problema tal-Emirates ma kinitx Malta imma kienet Larnaca (Ċipru) fejn kienet tieqaf it-titjira lejn id-Dubaj. "Qed naraw kif naħdmu bi strateġija għall-postijiet differenti u naraw kif se nġibu linji tal-ajru li forsi mhumiex ġejjin mill-hubs turistiċi tradizzjonali bħar-Renju Unit, il-Ġermanja u Franza. Tajjeb ukoll li nsemmu li ħafna linji tal-ajru ma telquniex, jiġifieri m'aħniex abbandunati," qal Bartolo. Semma l-low cost airlines li jfakkar illi kienu importanti biex Malta tikseb rekords fit-turiżmu u finalment semma' l-importanza tal-Air Malta. Iwiegħed appoġġ sħiħ fuq l-Air Malta U la semma' l-Air Malta din il-gazzetta tistaqsi lil Bartolo jekk l-linja nazzjonali tal- ajru hijiex sostenibbli għat-tul, speċjalment fid-dawl ta' kliem il-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana li sostna li f 'din il-kumpanija se jkollhom jittieħdu deċiżjonijiet li ma humiex faċli. Bartolo jgħid illi l-Gvern jiem l-importanza tal-linja nazzjonali tal-ajru, "u se jagħmel minn kollox biex din tibqa' sostenibbli." Huwa jfakkar li apparti l-kontribut turistiku, l-Air Malta għandha importanza strateġika għall-pajjiż. "Il-Ministru tal- Finanzi żgur se jsib l-appoġġ tiegħi biex lil-linja nazzjonali tal-ajru nżommuha sostenibbli." Il-vaċċin: Importanti ħafna biex it-turiżmu jirpilja Insemmu għal it ħin il-vaċċin. Bħala Ministru x'jara li hija s-soluzzjoni? Li nagħmlu bħall-Awstralja - u bħal ma probabbilment se jagħmlu pajjiżi oħrajn - u niddikjaraw li min ma ħax il-vaċċin ma jistax jidħol Malta? Jew immorru għal soluzzjonijiet fejn - per eżempju - jinżamm il-prinċipju tal-kwarantina għal min ma jiħdux? Bartolo jgħid illi l-għażliet huma diversi u qal ukoll illi mal-aħbarijiet dwar il-vaċċin beda dieħel aktar is-serħan il-moħħ fost in-nies. "Iktar nies bdew joħorġu u kien hemm it aktar attività fit-toroq." Il-Ministru tat-Turiżmu fakkar fl- importanza ta' bilanċ bejn l-ekonomija u s-saħħa għalkemm qal ukoll li s-saħħa tibqa' priorità għaliex "mingħajr poplu b'saħħtu ma jkollniex ekonomija b'saħħitha." Huwa jgħid li l-vaċċin se jkun importanti ħafna biex il-qasam turistiku jerġa jirpilja filwaqt li jiżvela illi fil-jiem li ġejjin se jkun hemm diskussjonijiet dwar kif se jidħlu Malta t-turisti ladarba popli madwar l-Ewropa u d-dinja jibdew jiksbu immunità għall-Covid-19. Pero' jekk immorru għat-triq tal- Awstralja - bla vaċċin, mal tidħolx Malta - dan ikun dannuż għat-turiżmu? "Le ma jkunx," iwieġeb il-Ministru. 'Il-Ministru tal-Finanzi se jsib l-appoġġ tiegħi biex lill-Air Malta nżommuha sostenibbli' Ilu biss Ministru għat-Turiżmu ftit ġimgħat. Il-gazzetta ILLUM tistaqsi dwar il-vaċċin, niċeċ ekonomiċi ġodda, l-Air Malta, linji tal- ajru li waqfu joperaw lejn pajjiżna, Buġibba u aktar ... Il-Ministru Clayton Bartolo